Mill-Ittra Appostolika tal-Papa Franġisku, Desiderio desideravi …
Il-Knisja, magħquda fil-Konċilju, riedet tirrelata mar-realtà tad-dinja moderna filwaqt li terġa’ tafferma l-għarfien tagħha li hi s-sagrament ta’ Kristu, id-dawl tal-ġnus (Lumen Gentium) u tisma’ bil-qalb il-kelma ta’ Alla (Dei verbum) u tagħraf bħala tagħha l-ferħ u t-tamiet tal-bnedmin ta’ żmienna (Gaudium et spes): il-kostituzzjonijiet il-kbar tal-Konċilju ma jistgħux jinfirdu minn xulxin, u mhux b’kumbinazzjoni li din ir-riflessjoni tal-Konċilju Ekumeniku, li hija l-aqwa espressjoni tas-sinodalità tal-Knisja, li jiena ġejt imsejjaħ biex, flimkien magħkom, inħares l-għana tagħha, bdiet it-triq tagħha mil-Liturġija (Sacrosanctum Concilium).
Il-fatt li wieħed ma jilqax ir-riforma, kif ukoll, kull għarfien superfiċjali tagħha, ma jħalliniex insibu tweġiba għall-mistoqsijiet li ntenni mill-ġdid: kif inkabbru fina l-ħila li ngħixu l-qofol tal-azzjoni liturġika? Kif inkomplu nistagħġbu b’dak li fiċ-ċelebrazzjoni jkun qed iseħħ quddiem għajnejna? Għandna bżonn formazzjoni liturġika serja u vitali.
Il-Liturġija tagħti glorja lil Alla għax tippermettilna, hawn, fuq l-art, naraw lil Alla fiċ-ċelebrazzjoni tal-misteri u, li narawh, nieħdu l-ħajja mill-Għid tiegħu: aħna li mejtin kif konna minħabba l-ħtijiet tagħna, bi grazzja ġejna mogħtija l-ħajja mil-ġdid fi Kristu (ara Ef 2, 5), aħna l-glorja ta’ Alla.
Is-saċerdoti, li huma strumenti li bihom in-nar tal-imħabba tal-Mulej iħeġġeġ fid-dinja, huma mħarsin fil-ġuf ta’ Marija, il-Verġni magħmula Knisja (kif għanna dwarha San Franġisk), għandhom iħallu lill-Ispirtu s-Santu jaħdem fuqhom biex iwassal għall-qofol il-ħidma li beda dakinhar tal-ordinazzjoni tagħhom.
Ara l-Ittra Appostolika tal-Papa Franġisku, Desiderio desideravi …