Il-Papa jħeġġeġ liż-żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika biex isiru “ħmira” fis-soċjetà

Print Friendly, PDF & Email

Is-Sibt filgħodu, l-Papa Franġiska ltaqa’ mal-mexxejja żgħażagħ tal-parroċċa tal-Grupp Azzjoni Kattolika Taljana. Meta indirizzahom, il-Papa esprima apprezzament għall-interess tagħhom fil-parroċċa, filwaqt li nnota li, peress li hu jappartjeni għal ġenerazzjoni differenti meta l-parroċċa u l-kappillan, kienu punt ċentrali ta’ referenza fil-ħajja tan-nies permezz tal-Quddiesa tal-Ħadd, il-katekeżi u s-sagramenti.

Il-Qdusija Tiegħu rrikonoxxa wkoll li r-realtà soċjo-kulturali issa nbidlet b’mod sinifikanti – f’pajjiżi oħra u fl-Italja – u l-missjoni tal-Knisja, nkluża l-parroċċa, ġiet ikkunsidrata mill-ġdid. Madankollu, ħaġa waħda essenzjali tibqa’ għal kulħadd fil-mixja tagħhom ta’ fidi u tkabbir: “l-esperjenza tal-parroċċa kienet u hija mportanti”. Il-Papa qal li l-parroċċa “hija l-ambjent ‘normali’ fejn tgħallimna nisimgħu l-Evanġelju, fejn insiru nafu lill-Mulej Ġesù, noffru servizz b’xejn, nitolbu fil-komunità, naqsmu proġetti u inizjattivi, u li nħossuna parti mill-poplu qaddis ta’ Alla”.

Permezz tal-Azzjoni Kattolika, rrimarka l-Papa Franġisku, l-mexxejja tal-parroċċa kellhom esperjenza ta’ “assoċjazzjoni” magħquda ma’ dik tal-komunità parrokkjali. Ħafna, żied jgħid, kienu parti mill-grupp tal-Azzjoni Kattolika żgħażagħ u qed jitgħallmu xi tfisser li tkun parti minn komunità Nisranija.

“Dan huwa mportanti ħafna: li nitgħallmu permezz tal-esperjenza li fil-Knisja aħna lkoll aħwa fil-Magħmudija; li aħna lkoll protagonisti u responsabbli; li għandna rigal differenti u kollox għall-ġid tal-komunità; li l-ħajja hija vokazzjoni, wara Ġesù; li l-fidi hi don li tingħata, u li tagħti xhieda”.

Il-Papa sostna wkoll ir-responsabbiltà tan-Nisrani li jinteressa ruħu fir-realtà soċjali u jagħti kontribut, li jimxi minn ma jimpurtahx għal li jimpurtah, quddiem il-miżerja umana li kważi dejjem hija frott ta’ inġustizzji li jridu jinqerdu. Qal li dawn ir-realtajiet tal-ħajja ħafna drabi mgħallma fil-parroċċa u fl-Azzjoni Kattolika u f’ħafna, kemm fil-Knisja kif ukoll fis-soċjetà ġarrew fl-età adulta tagħhom dawn l-affarijiet li tgħallmu bħala żgħażagħ. “Mela għeżież żgħażagħ,” qal il-Papa, “Aħna minn ġenerazzjonijiet differenti, imma għandna komuni l-imħabba għall-Knisja u l-passjoni għall-parroċċa, li hija l-Knisja f’nofs id-djar, f’nofs in-nies”.

Il-Papa Franġisku kompla jirrakkomanda modi li bihom l-Azzjoni Kattolika tista’ tikkontribwixxi għat-tkabbir tal-Knisja fil-fraternità. L-ewwel, ħeġġiġhom biex ma jibżgħux anki quddiem “dimensjoni” tal-komunità dgħajfa – fatt soċjali – li wkoll ġiet aggravata mill-pandemija. Innota li ħafna żgħażagħ m’għadx għandhom ix-xewqa li jkollhom laqgħat u assemblej kif kien 50 sena ilu, u b’xi mod, hija ħaġa tajba, għax “l-Azzjoni Kattolika m’għandiex għalfejn tkun ‘Sessjoni’ Kattolika, u l-Knisja ma timxix ‘il quddiem bil-laqgħat”. Madankollu, wissa li l-individwaliżmu, l-għeluq fi gruppi żgħar u t-tendenza li wieħed jirrelata “mill-bogħod”, infettat wkoll lill-komunitajiet Kristjani; għalhekk, irridu nwieġbu, billi nibdew ‘naħdmu’ fuqna nfusna.

Il-Qdusija Tiegħu spjega li jsejjaħlu “ħidma” għax “hija vjaġġ ta’ sfida u teħtieġ il-kostanza” peress li l-fraternità mhix improvizzata, lanqas hija mibnija biss b’emozzjonijiet, slogans u ġrajjiet. Anzi, hija ħidma “li kull persuna tagħmel fuqha nnifisha flimkien mal-Mulej, mal-Ispirtu s-Santu, li joħloq l-armonija fost id-diversità”. F’dan ir-rigward, huwa rrakkomanda li l-mexxejja tal-Azzjoni Kattolika jerġgħu jaqra il-parti tal-Eżortazzjoni “Christus vivit” bit-titlu “Mixjiet taż-Żgħażagħ”.

“Il-punt tat-tluq hija li toħroġ minnek innifsek biex tifraħ għall-oħrajn u toħroġ tiltaqa’ magħhom”, qal il-Papa. Hija “relazzjoni li fiha nagħrfu lilna nfusna u nikbru flimkien”. Saħaq li r-realtà fundamentali għalina hija li “fil-Knisja nesperjenzaw dan il-moviment fi Kristu, permezz tal-Ewkaristija: Hu joħroġ minnu nnifsu u jiġi fina biex aħna noħorġu minna nfusna u magħqudin miegħu, u fih, insibu ruħna f’komunjoni ġdida, ħielsa, gratwita, f’offerta lill-Mulej”.

“Il-fraternità fil-Knisja hija msejsa fi Kristu, fil-preżenza tiegħu fina u fosta. Grazzi lilu nilqgħu lil xulxin, inġorru lil xulxin, naħfru lil xulxin”.

Il-Papa wissa wkoll kontra seksik, li rrefera bħala “l-aktar mard serju f’komunità parrokkjali”. Saħaq li hija “mhux Nisranija” u hija “tax-xitan għax tifred”.

Il-Papa Franġisku mbagħad enfasizza f’liema sens l-insara jsiru “ħmira” fis-soċjetà, filwaqt li nnota li jekk huma fi Kristu u animati mill-Ispirtu Tiegħu, ma jistgħux ma jkunux “ħmira tal-umanità” għax “Ġesù Kristu huwa l-Bniedem perfett u l-Evanġelju Tiegħu hu forza umanizzanti”. Huwa sostna l-espressjoni użata mill-Azzjoni Kattolika: “li tkun magħġuna f’din id-dinja”, qal li huwa “l-prinċipju tal-inkarnazzjoni” u “t-triq ta’ Ġesù” li jġibu l-ħajja ġdida minn ġewwa.

Il-Papa ħeġġeġ ukoll lill-mexxejja tal-Azzjoni Kattolika biex iħallu “li l-ħmira tkun ħmira, li l-melħ ikun melħ, li d-dawl ikun dawl”, wissa, li nirriskjaw li nsiru tad-dinja, li nitilfu n-novità ta’ Kristu u li ma jkolln axejn aktar xi ngħidu jew nagħtu jekk nagħmlu mod ieħor. Żied jgħid li hekk ried ifisser Ġesù meta minn naħa jgħid: “Intom il-melħ tal-art”, u mbagħad minnufih iwissi: oqgħodu attenti li ma titilfux it-togħma! (ara Mt 5:13).

Il-Qdusija Tiegħu mbagħad enfasizza espressjoni oħra użata mill-Azzjoni Kattolika: “li nkunu żgħażagħ kredibbli responsabbli”. Qal li dan il-kliem huwa inkorporat minn qaddisin – anke qaddisin żgħażagħ, u indika l-eżempji ta’ ftit qaddisin Taljani – Franġisku u Klara ta’ Assisi, Rosa ta’ Vitterbo, Gabrijel ta’ Marija Addolorata, Domenico Savio, Gemma Galgani, Maria Goretti, Pier Giorgio Frassati, Clare Badano u Carlo Acutis.

“Dawn jgħallmuna xi jfisser li tkon ħmira, li nkunu fid-dinja imma mhux tad-dinja”, qal il-Papa. Fakkar ukoll fil-ħajja ta’ Pier Giorgio Frassati li kien membru attiv u entużjast tal-Azzjoni Kattolika Taljana, u li wriena kif inkunu żagħżagħ responsabbli li nemmnu u kredibbli.

Waqt li temm l-indirizz tiegħu, l-Papa fakkar li Ottubru huwa x-xahar tar-Rużarju u ħeġġiġhom jitgħallmu mill-Madonna biex “iżommu u timmetidaw f’qalbkom il-misteri ta’ Ġesù”.

“Irrifletti fuqek innifsek kuljum fil-grajjiet ferrieħa, mdawwla, imnikkta u glorjużi ta’ ħajti, u dawn jgħinuk tgħix l-ordinarju b’mod straordinarju, jiġifieri, fit-tiġdid tal-Ispirtu, fit-tiġdid tal-Evanġelju”.

Fl-aħħarnett, il-Papa Franġisku bierek u rringrazzja lill-Azzjoni Kattolika għax-xhieda tagħhom u ħeġġiġhom biex joħorġu bil-ferħ u b’kuraġġ.  

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-10/pope-francis-catholic-action-leaders-leaven-italy-parish.html

%d bloggers like this: