Ġwanni Pawlu II għad-Dipendenti tal-Vilel Pontifiċji

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA GĦAD-DIPENDENTI TAL-VILEL PONTIFIĊJI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Castelgandolfo,
25 ta’ Luljiu 1982

1. “Ġesù ħa l-ħobż u, wara li kien iżża ħajr, qassmu lil dawk li kienu bilqiegħda” (Ġw 6,11).

Ix-xena evanġelika tal-multiplikazzjoni tal-ħobs għandha preċedent partikolarment sinifikattiv fil-ġrajja tat-Testment il-Qadim, irriferut fl-ewwel qari tal-Liturġija tallum: ukoll hemm ftit ħobżiet tax-xgħir u l-farru, offruti bħala l-ewwel frott lill-profeta Eliżew, kienu biżżejjed biex ixebbgħu mitt ruħ,  u anzi, bl-ikla lesta, irriżultaw li kienu ferm iktar minn biżżejjed. Xejn differenti fil-Vanġelu li għadna kemm smajna, wara li l-folla – li f’dan il-każ kienet tilħaq diversi eluf ta’ persuni – kienet kielet u xebgħet, setgħu jiġbru tnax il-kannestru bi bċejjec ta’ ħobż li kien fadal.

Abbundanza mela; possibiltà offruta lil kulħadd biex jiekol u jixba. Hawn jinsab il-messaġġ essenzjali tal-Liturġija tallum. Fiha tidwi bxara karatteristika tal-profeti, li kienu tkellmu dwar iż-żminijiet tal-Messija futur bħala perijodu ta’ abbundanza kbira: “Il-foqra jieklu u jkunu mxebbgħin”, kien ingħad fis-Salm 21 (Sal 21,27). U l-profeta Iżaija min-naħa tiegħu, kien ħabbar bil-quddiem: “Il-Mulej tal-eżerċti se jħejji fuq din il-muntanja / festa ta’ ikel bnin, għall-popli kollha, / ikla ta’ nbejjed eċċellenti / ta’ ikel delizzjuż, ta’ mbejjed raffinati” ( 25,6).

2. Dan il-messaġġ, aħna nilqgħuh f’qalbna u nirriflettu fuqu f’atteġġjament ta’ fidi. Nafu li s-seħħ sħiħ ta’ din il-bxara bil-quddiem profetika se jkollha t-twettiq tagħha biss fil-perjodu eskatoloġiku, li l-miġja ta’ Kristu fuq l-art kienet għadha kemm inawgurat.

Meta Kristu jerġà jiġi fil-glorja biex b’mod sollenni jikkonkludi l-istorja tad-dinja, allura fl-aħħar l-umanità tilħaq dik l-abbundanza ta’ kull ġid, li fiha se nsibu x-xabgħa tal-istenniji kollha tal-“foqra”.

Ix-“xabgħa sħiħa” hija mela destinazzjoni li lejha l-umanità tallum u, l-umanità tal-era messjanika, għadha għaddejja bil-mixja tagħha. Dan, madankollu, ma jfissirx, li diġa fiż-żmien preżenti xi ħaġa minn dik il-milja tistà tiġi sperimentata. Iż-żmien eskatoloġiku, infatti, diġa beda, ukoll jekk, kif diġa għidt, dan “għadu” ma “ġiex” imwettaq għal kollox.

Il-konsegwenza ta’ dan hija evidenti: huwa dmir tal-insara, ulied is-saltna” (Mt 13,38), li jimpenjaw ruħhom b’attenzjoni ġeneruża għaliex diġa issa min jonqos mill-ġid meħtieġ għall-ħajja jirnexxilu jiksbu mill-iktar fis, tant li jkun jaqtà l-ġuħ hu stess u l-membri kollha tal-familja tiegħu.

3. Il-problema tal-ġuħ fid-fdinja illum tippreżenta ruħha b’urġrnza traġika, ukoll għaliex is-soluzzjoni tagħha, minflok ma toqrob donnha li mal-passaġġ taż-żmien għall-kuntrarju donnha titbiegħed dejjem iktar. L-Iskwilibru ekonomiku bejn in-nazzjonijiet żviluppati u l-oħrajn, infatti qed ikompli jirreġistra progressjoni preokkupanti.

Diġa huma bosta l-ilħna li qegħdin jogħlew biex jesponu l-iskandlu ta’ din is-sitwazzjoni, li fiha minoranza ta’ persuni ffortunati tikber, titqawwa u  tistagħna  billi tinjora maġġoranza ta’ sfortunati spiss esposti, minbarra għall-umiljazzjoni tas-sottożviluppar u tad-dipendenza ekonomika, għall-esperjenza stess tad-detorjorament organiku u tal-mewt prematura minħabba n-nuqqas ta’ alimentazzjoni suffiċjenti. Huwa diġa meħtieġ u urġenti li mill-kliem ngħaddu għall-fatti b’inizjattivi konkreti, fosthom m’għandhiex tonqos dik tal-“ġbir tal-bċejjeċ avanzati” skont t-twissija evanġelika, għaliex waħda mir-raġunijiet tal—iskwilibri tal-biżà li dwarhom għadni kemm aċċennajt wieħed għandu jfittixha fil-ħala tar-riżorsi disponibbli, li għaliha tawha ilhom snin il-popli sinjuri, storduti bid-drawwa għal konsumiżmu sfrenat.

Hemm bżonn inżidu mal-fatti, bħala ndividwi u bħala komunità. Ġesù xebbà b’mod konkret lill-bnedmin bil-ġuħ, waqt li offra b’tali ġest eżempju regolatorju lill-Knisja tiegħu, li tul is-sekli ħasset li ma tistax ma tagħtix każ ta’ min għandu l-ġuħ u l-għatx, ta’ min kien għeri jew pellegrin, ta’ min kien marid jew kalzrat (cf. Mt 25,35-36), ta’ min f’kelma waħda kien qed iġarrab in-nuqqas ta’ xi ġid vitali, mingħajr ma effettivament tonqos li twettaq l-istennija tal-Mulej. Il-Knisja, illum, bħal dejjem, għandha l-vokazzjoni nativa li tqiegħed lilha nfisha għas-servizz tal-foqra, biex tkompli tkun, ukoll fid-dinja kontemporanja, “sinjal” għal dawk kollha li, bil-ġuħ tal-ħobż terren, iġorru f’qalbhom l-aspirazzjoni għall-ġid etern.

4. Iva, ukoll l-aspirazzjoni għall-ġid etern. Infatti “mhux bil-ħobż biss jgħix il-bniedem”, hemm migħud fil-Vanġelu (cf. Mt 4,4). L-iżvilupp u l-kumdità mhumiex biżżejjed biex jimlew l-istenniji ta’ qalbna. Il-bżonnijiet tal-bniedem imorru ‘l hemm mill-isfera purament temporali u jidħlu fl-etern.

Għalhekk mhux b’kumbinazzjoni li, l-Evanġelista Ġwanni għamel mir-rakkont tal-multiplikazzjoni tal-ħobż “sinjal”, xbiha antiċipatriċi tal-Ewkaristija: il-kliem li huwa juża (“ħa l-ħobz u, wara li iżża ħajr, qassamhom”) isibu xebħ eżatt fir-rakkont taċ-Ċena. Mill-miraklu mwettaq fuq il-ġemb tal-muntanja fil-Galilea wasalna biex nirriflettu dwar ikla oħra, li Ġesù jifrex fuq il-mejda tal-altar għalina, Pellegrini interrqu fuq toroq id-dinja.

Il-ħobż, li hawn jiġi offrut, huwa il-ġisem ta’ Kristu u l-imbid huwa demmu: “ikel” li jistà jitma lil qalbna għall-eternità. “Ikel”, madankollu, li diġa jimpenjana matul iż-żmien ta’ ħajjitna hawn isfel: “Min jiekol minni jgħix għalija”, qal Ġesù  (Ġw 6,57). “Tgħix għal Ġesù” jfisser twettaq il-kmandamenti u, b’mod partikolari l-“ikbar kmandament”, dak tal-imħabba. Kif tistà ma tħobbx lil Kristu, u fih, lil ħutek irġiel u nisa li jgħixu fid-dinja li, waqt li toqgħod bil-qiegħda mal-istess mejda magħhom, tikkonsma l-istess ikla divina?

5. Kemm jidhru, mela, opportuni l-eżortazzjonijiet li ndirizzalna l-Appostlu Pawlu fit-tieni qari tal-Quddiesa tallum! Huwa rrakkomandalna li nġibu ruħna “b’kull umiltà, manswetudni u sabar, waqt li nissaportu lil xulxin b’imħabba, waqt li nfittxu li nżommu l-għaqda tal-Ispirtu permezz tar-rabta tal-paċi” (Ef 4,2s).

Din mhix stedina ġenerika għall-feħim fratern.  San Pawl enfasizza espressament is-sies ontoloġiku ta’ tali eżortazzjoni għall-imħabba ta’ xulxin: aħna niftakru sewwa dik is-serje martellanti ta’ “wieħed” (“ġisem wieħed”, Spirtu wieħed, tama waħda, Mulej wieħed. Magħmudija waħda”, eċċ), li minnu l-Appostlu silet il-ġustifikazzjoni tad-dmir li jikkultiva l-għaqda fraterna. F’ittra oħra, l-ewwel lill-Korintin, huwa għaqqad is-serje bl-appell għall-“ħobż uniku”, li waqt li għalih nieħdu sehem ilkoll insiru “ġisem wieħed” (cf. 1Kor 10,17).

In-nisrani jirrinunzja lilu nnifsu, kemm-il darba ma jkunx jaf ikun bniedem ta’ għaqda u ta’ paċi. Hawn ir-riflessjoni issir neċessarjament personali u ntima: kull wieħed irid jistaqsi lilu nnifsu, waqt li jissottometti ħajtu (dik tal-familja, tax-xogħol, tas-soċjetà) għall-ġudizzju tal-Kelma ta’ Alla, biex jara sa fejn din hija f’sintonija mal-esiġenzi li joħorġu mill-vokazzjoni għall-għaqda fl-imħabba.

Huwa mistħarreġ is-settur tal-ħsibijiet u tas-sentimenti, tal-kliem u tal-ħaqq, tal-atteġġjamenti u tal-inizjattivi konkreti. Ejjew inħallu lilna nfusna niġu ggwidati minn Kristu f’din ir-“reviżjoni tal-ħajja” salutari. Kultant se tkun esperjenza pjuttost skomda, li minnha jistgħu jitqanqlu dubji dwar ċerti abititudnijiet mentali u operattivi li qisnihom akkwistati. Imma tkun esperjenza “liberanti”, li grazzi għaliha jingħatalna li niskopru possibiltajiet ġodda ta’ superament tal-egoiżmu tagħna u ta’ laqgħa mal-oħrajn, li hija kif jgħidu possibiltajiet ġodda ta’ ferħ. Infatti Ġesù ma qalx li “hemm iktar gost fli tagħti milli fli tirċievi” (At 20,35)? Għaliex mela ma nippruvax neħduh fil-kelma?

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: