Ħsieb fuq il-qari tal-lum mill-APOKALISSI ta’ San Ġwann: Imbierka l-Knisja

Print Friendly, PDF & Email

Ħsieb dwar il-qari mil L-Apokalissi ta’ San Ġwann – Quddiesa tal-Ħamis 24 ta’ Novembru 2022 …

Imbierka l-Knisja.

Illum l-awtur tal-apokalissi jagħtina viżjoni tal-“fidwa tagħna li hi riesqa”. L-Iben t’Alla, il-Ħaruf li ġie offrut b’sagrifiċċju, hu Ġesù Kristu, rebbieħ fuq il-mewt: Ġesù ġej. Lil hemm min-neguzjanti tad-dinja li jġennu lill-popli, folla mmensa fis-sema qed tipproklama s-saħħa, il-glorja u l-qawwa ta’ Kristu. Dan il-kantiku, bħal dak ta’ lbieraħ, huwa r-rittmu tat-tifħir tagħna. Imbierka l-Knisja li hi mistiedna għall-ikla tal-Ħaruf.

Minn Joe Galea

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading