L-arloġġ tal-idejn tal-Papa għall-Irkant għall-Karità

Print Friendly, PDF & Email

L-arloġġ tal-Papa se jinbiegħ f’irkant għall-benefiċċju tal-Fondazzjoni tal-Karità tal-Brian La Violette American Scholarship. Il-Fondazzjoni tagħti boroż ta’ studju għal studenti Universitarji minn irkanti ta’ arloġġi mogħtija minn personalitajiet prominenti.

L-oriġini tal-Fondazzjoni tmur lura għall-inċident fatali ta’ Brian LaViolette fl-1992, meta Brian kellu biss 15-il sena. Kien iħobb l-arloġġi u wieħed mill-aħħar tiegħu kien l-istess marka tal-Papa – Swatch tas-snin 90. Minn dakinhar, u biex tonora l-memorja tiegħu, l-familja tiegħu bdiet torganizza rkanti ta’ arloġġi tal-idejn ta’ donaturi famużi. L-qligħ imur għall-boroż ta’ studju.

L-aroġġ li l-Papa ta donazzjoni nkiseb bis-saħħa ta’ Austin Rios, ħabib tat-tfulija ta’ Brian. Rios kien Ministru Episkopali tal-Qima f’Ruma fejn iltaqa’ mal-Papa Franġisku li wara li sema’ l-istorja ta’ Brian, ta’ l-arloġġ tiegħu (li kien ukoll ta’ inkoraġġiment għall-Fondazzjoni Filantropika Amerikana).

Is-Segretarju privat tal-Papa bagħat l-arloġġ tiegħu ‘Swatch’ lill-Isqof Kattoliku ta’ Green Bay, Wisconsin, biex hu jagħtih lill-Fondazzjoni.  

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://zenit.org/2022/11/22/popes-swatch-watch-up-for-auction-for-charity/

%d