Laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta għad-Djalogu Teoloġiku bejn il-Knisja Kattolika u l-Knisja Assirjana tal-Lvant

Print Friendly, PDF & Email

Bejn is-16 u 19 ta’ Novembru, saret l-erbatax-il sessjoni plenarja tal-Kummissjoni Konġunta għad-Djalogu Teoloġiku bejn il-Knisja Kattolika u l-Knisja Assirjana tal-Lvant. Il-Kummissjoni ffinalizzat domument ta’ studju bl-isem “Ix-Xbihat tal-Knisja fit-Tradizzjonijiet Patristiċi Sirjaċi u Latini”, li għandu l-għan li jippreżenta xi xbihat u simboli tal-Knisja evokati mill-Iskrittura u żviluppati mill-Missirijiet Latini u Sirjaċi tas-sekli bikrin.

Dan id-dokument “juri li x-xbihat tal-Knisja, komuni għaż-żewġ tradizzjonijiet, għalkemm xi drabi espressi u mifhuma b’sfumaturi differenti, jistgħu jgħinuna biex flimkien insibu l-pedamenti ta’ ekkleżjoloġija komuni”. Id-dokument jirrifletti fuq disa’ xbihat: il-Poplu ta’ Alla, l-Ġisem Mistiku ta’ Kristu, t-Tempju tal-Ispirtu s-Santu, l-għarusa ta’ Kristu, l-omm, l-għalqa tad-dwieli, “l-isptar spiritwali”, l-merħla u l-vapur.

Is-Sibt 19 ta’ Novembru, wara li sar l-iffirmar tad-dokument mill-Beatitudni Tiegħu Ma Meelis Zaia, Metropolitana tal-Awstralja, Ko-President, u l-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Kurt Koch, Prefett tad-DPCU, l-Kummissjoni ntlaqgħet f’udjenza mill-Papa Franġisku, flimkien mal-Qdusija Tiegħu Mar Awa II, Patrijarka Kattoliku tal-Knisja Assirjana tal-Lvant.

Filwaqt li rrifletta fuq id-dokument il-ġdid tal-Kummissjoni, l-Qdusija Tiegħu afferma, “Intom ġbidtu mill-ekkleżjoloġija tal-Missirijiet, li kien ifformulata b’lingwaġġ tipoloġiku u simboliku ispirat mill-Iskrittura…. Dan il-lingwaġġ, sempliċi u universalment aċċessibbli, huwa eqreb ta’ dak ta’ Ġesù u konsegwentement aktar ħaj u xieraq: ikellem lill-kontemporanji tagħna aktar minn ħafna kunċetti. Huwa importanti li fil-mixja ekumeniku tagħna nersqu dejjem eqreb flimkien, mhux biss billi nerġgħu lura għall-għeruq komuni tagħna, iżda wkoll billi flimkien inxandru lid-dinja kontemporanja, permezz tax-xhieda tagħna tal-ħajja u bil-kliem tagħna tal-ħajja, l-misteru tal-imħabba bejn Kristu u l-għarusa tiegħu, l-Knisja”.

Il-Kummissjoni se terġa’ tiltaqa’ f’Ruma f’Novembru 2023 biex tibda studju ġdid dwar it-tema: “Liturġija fil-ħajja tal-Knisja: Studju komparattiv tal-Latin u t-tradizzjonijiet liturġiċi tal-Knisja tal-Lvant”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://zenit.org/2022/11/21/meeting-of-the-joint-commission-for-theological-dialogue-between-the-catholic-church-and-the-assyrian-church-of-the-east/

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading