Il-Papa jitlob għal raġel Ġermaniż bla dar li nstab mejjet ħdejn San Pietru

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku talab għal Burkhard Scheffler, raġel Ġermaniż, li ma kellux dar fejn joqgħod, li miet f’lejl kiesaħ qrib il-Bażilika ta’ San Pietru.

Meta wieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Matteo Bruni, Direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede. Qal dan li ġej:

“B’sogħba, l-Papa Franġisku sar jaf bil-mewt ta’ Burkhard Scheffler li seħħet ilbieraħ filgħaxija ħdejn il-kollonat tal-Bażilika ta’ San Pietru.

Is-Sur Scheffler twieled fl-1961 fil-Ġermanja u għex fit-toroq ta’ Ruma, ikkurat mill-isforzi ta’ karità u assistenza tad-Dekasteru għas-Servizz tal-Karità. Sfortunatament, l-aħħar ftit iljieli ta’ kesħa u xita kkontribwew għan-natura fraġli tal-kundizzjoni tiegħu, diġa’ affettwata mill-persuni bla dar.

Fit-talba tiegħu, l-Papa Franġisku jiftakar f’Burkhard u f’dawk kollha li huma mġiegħla jgħixu mingħajr dar, f’Ruma u madwar id-dinja, u jistieden lill-fidili jingħaqdu miegħu. L-Almonier Appostoliku, l-Kardinal Krajewski, li jinsab f’Assisi għal pellegrinaġġ, jafda lil Burkhard għall-interċessjoni ta’ San Franġisk”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-11/pope-prays-for-german-homeless-man-found-dead.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading