Il-Papa Franġisku jappella għad-djalogu bejn Iżrael u l-Palestina

Print Friendly, PDF & Email

Wara t-talba tal-Angelus, il-Papa Franġisku qal li qed isegwi bi tħassib dwar iż-żieda fil-vjolenza u l-ġlied li seħħ fl-Istat tal-Palestina u Iżrael matul ix-xhur li għaddew. Huwa fakkar fl-attakki tal-biża’ ta’ nhar l-Erbgħa li għaddew f’Ġerusalemm, fejn inqatel ġuvnot Iżraeljan u weġgħu ħafna oħrajn, filwaqt li nnota li ġuvnot Palestinjan miet fi ġlied armat fl-istess jum waqt ġlied f’Nablus.

Il-Papa rrimarka li l-vjolenza toqtol il-futur, tfarrak il-ħajja taż-żgħażagħ u ddgħajjef it-tamiet għall-paċi. Huwa appella lil kulħadd biex jitolbu “għal dawn iż-żgħażagħ li mietu u għall-familji tagħhom, speċjalment ommijiethom”.

Il-Papa esprima wkoll it-tama tiegħu li l-awtoritajiet Iżraeljani u dawk Palestinjani “ikollhom iktar għal qalbhom” it-tfittxija għad-djalogu u l-bini ta’ fiduċja reċiproka essenzjali biex ikun hemm il-paċi fl-Art Imqaddsa.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-11/pope-francis-appeals-for-israeli-palestinian-dialogue.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading