Waqt li kien qed isellem lill-pellegrini, li kienu fi Pjazza San Pietru għat-talba tal-Angelus, il-Papa talab lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakru fin-nies tal-gżira Taljana ta’ Ischia, li qed tirkupra minn xita qawwija li kkawżat għargħar u valangi tat-tajn li qatlu żewġ persuni, bi ħdax oħra għadhom nieqsa. L-Papa qal li qed jitlob ħafna għall-vittmi, dawk li qed ibatu, u għall-ħaddiema kollha tas-salvataġġ.
Il-Papa sellem ukoll lill-parteċipanti li dalgħodu hadu sehem f’mixja kontra l-vjolenza sesswali fuq in-nisa, filwaqt li nnota li sfortunatament hija realtà mifruxa kullimkient, u saħansitra tintuża bħala arma tal-gwerra. L-Qdusija Tiegħu ħeġġeġ lil kulħadd biex bla heda ngħidu ‘le’ għall-gwerra, ‘le’ għall-vjolenza’, imma ‘iva’ għad-djalogu, ‘iva’ għall-paċi, speċjalment għall-poplu martri tal-Ukrajna, filwaqt li fakkar fl-anniversarju ta’ lbieraħ mit-traġedja tal-Holodomor.
L-Isqof ta’ Ruma ftakar ukoll f’Burkhard Scheffler, raġel bla dar li miet fil-bard ftit tal-jiem ilu fil-kolonnat ta’ Pjazza San Pietru. Mbagħad indirizza l-awguri tiegħu lid-diversi gruppi li kienu miġbur fil-Pjazza, fosthom, lis-segretarjat tal-Forum Internazzjonali tal-Azzjoni Kattolika (FIAC), miġbura f’Ruma għat-8 Assemblea tagħhom.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-11/pope-remembers-victims-ischia-floods-women-suffering-violence.html
Il-Papa jiftakar fil-vittmi tal-għargħar f’Ischia, u fin-nisa li jbatu l-vjolenza