3 ijiem ta’ sawm għall-paċi

Il-Kaldej, qabel il-Milied, se josservaw 3 ijiem ta’ sawm għall-paċi.

Hekk kif l-insara jippreparaw għall-Milied fost gwerer u kriżijiet li għaddejjin madwar id-dinja, l-Kardinal Sako ta’ Bagdad stieden lill-Kattoliċi Kaldej minn madwar id-dinja biex jingħaqdu f’sawm speċjali ta’ 3 ijiem għall-paċi. S-sawm se jiġi osservat mill-21 sat-23 ta’ Diċembru.

F’messaġġ ippubblikat fuq il-websajt tal-Patrijarkat tal-Kaldejn, il-Patrijarka jfakkar lill-fidili li “l-Milied mhux biss jiċċelebra t-tifkira ta’ xi ħaġa li ġrat elfejn sena ilu u l-folklor. Hija l-għarfien ta’, u l-fidi fil-preżenza kontinwa ta’ mħabba u ħniena ta’ Alla fostna. Irridu għalhekk inħejju għas-sawm li jġibna lura għat-tħabbira hienja tal-Milied”, jgħid il-kap tal-Knisja tal-Kaldej. “Dan jgħinna nsaħħu l-valuri umani u spiritwali tagħna”.

Il-Kardinal Sako jissuġġerixxi lis-sawm ta’ tlett ijiem ikun akkumpanjat ukoll minn appoġġ konkret lill-familji fil-bżonn, bħall-120 familja Kristjana spostati minn Mosul u l-Pjan ta’ Nineveh li reċentement tkeċċew mill-awtoritajiet lokali minn djarhom biex jagħmlu spazju għal ċentri tax-xiri.

Il-familji kienu ħarbu minn djarhom fl-2014 wara l-okkupazzjoni tar-reġjun mill-Istat Iżlamiku tal-iraq. Il-Patrijarkat issa offra li jagħtihom kenn fil-binjiet imġedded reċentement tal-eks seminarju tal-Kaldej f’Dora, subborg fil-Nofsinhar ta’ Bagdad, li qabel it-tieni Gwerra tal-Gold, fl-2003 kien dar għal madwar 150,00 Nisrani.

Skont il-Kardinal Sako, l-ġranet speċjali tas-sawm għall-paċi, għandhom ikunu wkoll żmien ta’ talba u penitenza, li nitbiegħdu mill-imġieba u l-attitudnijiet midinba u minflok niddedikaw ħin għall-ħidma ta’ karità. Min-naħa tagħha, l-Arċidjoċesi Kaldej ta’ Bagdad qed tagħti donazzjoni ta’ 50 miljun Dinar Iraqsin (ftit aktar minn 32 elf Ewro) biex tappoġġja lil dawk fil-bżonn, filwaqt li l-Caritas lokali qed toffri 800 kaxxa tal-ikel.

Matul dawn l-aħħar disa’ xhur il-Kardinal Sako ripetutament tkellem fuq il-gwerra fil-Lvant tal-Ewropa, u kemm-il darba ingħaqad mal-appelli bla waqfien tal-Papa Franġisku għall-paċi, u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-impatt negattiv tal-kunflitt ukoll fil-Lvant Nofsani, speċifikament fuq il-ħidma ta’ karità tal-Knisja u fuq il-komunità Nisranija lokali li qed tonqos, li qed tiffaċċja insigurezza, instabbiltà u l-kriżi ekonomika li qed tirriżulta mill-gwerra.   

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2022-12/chaldeans-observe-3-days-of-fasting-for-peace-before-chrismas.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading