Dietrich Bonhoeffer: profeta u martri

“Is-Silenzju quddiem il-ħażen huwa ħażen fih innifsu:
Alla mhux se jqisna bla ħtija. Meta ma titkellimx tkun qed titkellem.
Meta ma taġixxix tkun qed taġixxi”.

Kompli skopri aktar fuq dan il-Profeta u Martri f’Ħarġa 142 tal-Knisja 2000 …


Dan il-kliem Bonhoeffer mhux biss tennieh b’fommu u bil-kitba,
imma tabilħaqq għexu fil-ħajja qasira tiegħu. Dietrich Bonhoeffer
(1906-45) huwa wieħed mill-personaġġi l-kbar tal-Knisja Luterana li
għex fl-iktar żminijiet diffiċli li l-Ġermanja kienet għaddejja minnhom
matul it-Tieni Gwerra Dinjija taħt ir-reġim dittatorjali ta’ Adolf Hitler.
Meta huwa beda jara l-ħruxijiet tan-Naziżmu huwa ma beżax isemma’
l-leħen ta’ reżistenza, anki jekk dan kien ifisser tbatija u mewt. Il-leħen
profetiku tiegħu wasslu biex isofri l-martirju fuq il-passi ta’ Ġesù Kristu
li dejjem żammu fiċ-ċentru tal-ħajja tiegħu (christuswirklichkeit). Huwa
stess jistqarr li: ‘l-iktar ħaġa li l-ħin kollu qed tinkwetani hija l-mistoqsija
… min hu tassew Kristu għalina llum’ (Ittra tat-30 ta’ April, 1944)

Kompli skopri aktar fuq dan il-Profeta u Martri f’Ħarġa 142 tal-Knisja 2000 …