Fost il-ħafna opri tal-arti bix-xbieha ta’ San Gejtanu naraw lill-qaddis qed jilqa’ f’dirgħajh liċ-ċkejken Ġesù mingħand il-Madonna. M’hemmx għalfejn immorru ‘l bogħod għax bizzejjed ngħaddu sal-Knisja parrokkjali tal-Ħamrun u nħarsu lejn l-istatwa tal-qaddis u lejn it-titular li hemm fuq l-altar maġġur.
IItqajt ma’ kurżita’ interessanti li tittratta dwar ix-xbiha ta’ San Gejtanu bil-Bambin Gesù. Irridu mmorru lura fl-istorja, sewwasew f’Marzu ta1-1675 ġewwa Pariġi, fi Franza, meta mietet tifla fil-familja sinjura ta’ Dukessa bil-kunjom ta’ De Guise. Iċ-ċkejkna, mibkija għall-aħħar minn ommha, is-sinjura De Guise, ġiet midfuna ġewwa Montmartre. U hemmhekk ukoll ġie midfun ħuha ta’ erba’ snin, li b’dispjaċir ieħor għall-familja De Guise, miet ftit warajha.
Is-sinjura de Guise kienet waħda minn dawk li bi flusha għamlet ħafna ġid mal-Knisja. Fil-vjaġġi tagħha kienet tidħol f’kull knisja li ssib, u hemm kienet titlob bl-ikbar ġabra. Mhux l-ewwel darba li kienet tgħid lill-kuċċier tal-karrozzella biex jieqaf ħalli hi żżur xi knisja mat-triq, filwaqt li l-oħrajn kienu jistennewha għal ftit ħin.
Ftit wara I-mewt taż-żewġt itfal, f’Mejju tal-1675, is-sinjura De Guise tefgħet għajnejha fuq kunvent ġo Pariġi li kien tal-komunità Taljana tal-patrijiet Teatini. Ħamsa u għoxrin sena qabel it-Teatini kienu bnew kappella iddedikata lil Sant’Anna f’dan il-kunvent.
Mhix ċara r-raġuni li għaliha s-sinjura de Guise inġibdet lejn din il-kappella. Imma jidher li fiż-żmien tal-vistu tagħha, b’konsegwenza tat-telfa taż-żewġt uliedha, hija ħadet l-inizjattiva u talbet lis-Superjur tal-kunvent biex il-kappella ta’ Sant’Anna tiġi iddedikata lill-fundatur tal-ordni tat-Teatini, San Gejtanu. F’dak iż-żrnien, bħal-lum, San Gejtanu kien magħruf għad-devozzjoni tiegħu lejn Gesù Tarbija. Kienu jafu li, fi twelidu Gejtanu ġie ‘rnogħti’ lill-Verġni Marija u f’Milied minnhom Gesù deherlu bħala tarbija tat-twelid. ll-Verġni Marija ħalliet lil Gejtanu biex iżomm f’idejh it-Tarbija u hu qagħad jiggosta lit-Ġesù għal ħin twil. B’tifkira għal din id-dehra, San Gejtanu baqa’ mfakkar f’pitturi u statwi biċ-ċkejken Ġesu’ mqiegħed f’idejh mingħand il-Madonna.
Id-Dukessa De Guise kellha ħeġġa kbira biex tħalli l-marka tagħha fil-kappella ta’ San Gejtanu. Kienet tara xebh bejn statwa famuza tal-Madonna bit-Tarbija fi Knisja iddedikata lil San Ġużepp ma’ dik li kien hemm fil-kunvent tat-Teatini. L-istatwa kienet turi lil San Gejtanu b’ferħ tal-Ġenna qed imelles liċ-ċkejken Ġesù.
Fil-kappella ta’ Sant’Anna, fil-kunvent tat-Teatini, diġa’ kien hemm statwa li turi lil San Gejtanu bit-Tarbija Ġesù. Id-Dukessa de Guise talbet lis-Superjur tal-kunvent li xtaqet iżżejjen artistikament il-kappella ta’ San Gejtanu u wegħditu somma sabiħa ta’ flus bil-kundizzjoni li d-dekorazzjoni tkun fuq l-istil tal-kappella tal-Madonna tal-Karmelitani Skalzi.
Kienet il-mewt taż-żewġt ulied tas-sinjura De Guise li għenitha titfa’ għajnejha mnikkta lejn it-Tarbija Ġesù u lejn Ommu Marija. Ħarset lejhom għall-faraġ u biex ħajjitha jkollha skop ġdid. Hija talbet, ħasbet u ddeċidiet li l-aħjar mod biex taqdi lit-Tfajjel Ġesù kien li tgħin għall-edukazzjoni tat-tfal.
Fost l-opri tajba tagħha, hija waqqfet żewġ istituzzjonijiet, waħda msemmija il-‘Lukanda tat-Tfajjel Ġesù’ u l-oħra l-‘Istitut tal-Iskejjel tal-Karità tat-Tfajjel Ġesù’. Le-eżempju tagħha għall-edukazzjoni tat-tfal wassal biex fi Franza ta’ żmienha nies sinjuri kienu benefatturi biex jinfetħu djar ta’ tagħlim għat-tfal bil-ħsieb Ii jkun hemm futur Nisrani għaċ-ċittadini tal-pajjiz.
Minn dan naraw li Ġesù f’idejn San Gejtanu mhux biss ornament. Fil-vara tal-parroċċa tal-Ħamrun il-Madonna qħandha ħarsa speċjali. Mhijiex tafda lit-Tarbija f’idejn San Gejtanu biss imma qed tgħabbi lilna lkoll bir-responsabbiltà li nfasslu futur aħjar għat-tfal. It-tfal iridu jaraw madwarhom ambjent ta’ ħbiberija, ta’ mogħdrija u ta’ komprensjoni. Naraw ukoll li fil-vara hemm armonija ta’ qdusija bejn tliet personaġġi, Ġesù, Marija u San Gejtanu, eżempju sabiħ għall-familji tagħna.
Joe Galea