Dħul b’xejn

Kultant naħseb li għandna nqegħidu sinjal mal-bieb tal-parroċċi tagħna li jgħid, “Dħul b’xejn.”

Dan huwa kliem il-Papa Franġisku nnifsu fil-bidu tal-messaġġ-vidjo tiegħu għax-xahar ta’ Frar li fih kien qed jikkumenta fuq l-intenzjoni tiegħu għat-talb matul dan ix-xahar.

Matul Frar 2023 il-Papa Franġisku jistieden lill-bnedmin kollha ta’ rieda tajba sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu biex il-parroċċi jikbru f’komunitajiet ta’ fidi u ta’ fraternità u li jagħrfu jilqgħu lil dawk l-aktar fil-bżonn.

Il-Papa Franġisku:”Inqegħidu sinjal, “Dħul b’xejnmal-bieb tal-parroċċi .

Il-Papa kompla l-messaġġ tiegħu billi qal li “il-parroċċi għandhom ikunu komunitajiet magħquda ħaġa waħda flimkien, bla burokrazija, iċċentrati fuq in-nies – postijiet fejn tista’ ssib id-don tas-sagramenti.”

Franġisku saħaq li, l-knejjes tagħna jridu jsiru għal darb’oħra skola ta’ servizz u ta’ ġenerożità, bil-bibien tagħhom dejjem miftuħa għal kull min hu barra. U għal min hu ġewwa. Għal kulħadd. Il-parroċċi m’humiex xi klabb tal-ftit, biex joffru xi tip ta’ appartenenza soċjali.

“Jekk jogħġobkom, ejjew inkunu kuraġġużi”, kompla l-Papa Franġisku, “Ejjew nerġgħu naħsbu flimkien xi stil irriduhom il-komunitajiet parrokjali tagħna.

Imbagħad huwa appella lil kużadd, “Ejjew nitolbu biex il-parroċċi jqiegħdu fiċ-ċentru x-xirka tan-nies u jikbru f’komunitajiet ta’ fidi, ta’ fraternità u jagħrfu jilqgħu lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn”

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading