Żewġ nazzjonijiet Afrikani qed jistennew lill-Papa Franġisku li jixtieq jagħmel dan il-Vjaġġ Appostoliku u joħloq kundizzjonijiet għal laqgħa fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fis-Sudan t’Isfel, fejn iż-żewġ pajjiżi huma milquta minn kunflitt u sfruttament.
Dan l-40 Vjaġġ Appostoliku barra mill-Italja li se jsir mill-31 ta’ Jannar sal-5 ta’ Frar, se jwassal lill-Papa fuq art Afrikana; fejn se jieħu l-Kelma ta’ Alla, t-tama tal-paċi u d-djalogu. Fis-Sudan t’Isfel, iż-żjara se jkollha konnotazzjoni ekumenika qawwija, hekk kif mas-Suċċessur ta’ Pietru se jingħaqdu l-Arċisqof ta’ Canterbury, Justin Welby, u l-Moderatur tal-Assemblea Ġenerali tal-Knisja tal-Iskozja, Iain Greenshields.
Se jkun “ekumeniżmu ta’ xhieda”, tenna s-Segretarju tal-Istat, il-Kardinal Pietro Parolin, li jispeċifika li din iż-żjara se ssir biex tintwera qrubija lejn il-Knejjes u l-komunitajiet lokali, li huma “ħajjin u attivi”, u biex jippromwovu “soċjo-politika”, għarfien fit-tama ta’ rikonċiljazzjoni; żewġ realtajiet, li għal raġunijiet differenti, huma affettwati mid-drama ta’ miljuni ta’ refuġjati, tal-gwerra tal-geurilla, tat-tensjonijiet etniċi u politiċi.
Għal intervista kollha mal-Kardinal Pietro Parolin u għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2023-01/cardinal-parolin-interview-pope-visit-drc-south-sudan.html