Ġwanni Pawlu II lis-Seminaristi

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA GĦAS-SEMINARISTI TAS- 
SEMINARJU MAĠĠURI PONTIFIĊJU RUMAN
OMELIJ TA’ ĠWANNI PAWLU II
Kappella Pawlina, 26 ta’ Ottubru 1982

1. “Hawn jien, ġej, o Mulej, biex nagħmel ir-rieda tiegħek”.

Dan il-versett responsorjali, meħud mis-Salm 39 (Sal 39,8s) u applikat mill-Awtur tal-ittra lil-Lhud għal Kristu, kbir u etern saċerdot tal-patt il-ġdid (cf. Lh 10,5-10), joffrilna bħala tema dominanti għar-riflessjoni tagħna f’din iċ-ċelebrazzjoni tallum li tara lilkom, għeżież Studenti tas Seminarju Naġġuri ta’ Ruma, madwar l-Isqof tagħkom, fil-bidu tas-sena skolastika.

Bħad-dixxipli ta’ Ġesù, kull wieħed minnkom jum wieħed fl-intern tal-kuxjenza tiegħu il-kliem ta’ Kristu: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit” (Mt 9,37): fis-sebħ taż-żgħożija tagħkom; waqt li tinfetħu għall-espressjonijiet differenti hekk kumplessi tad-dinja kontemporanja; waqt li tosservaw id-differenza eżistenti bejn l-ideali segwiti u r-relazzjonijiet mitlufa, b’mod speċjali fil-qasam soċjali, intom intbaħtu li ż-żerriegħa tal-Kelma ta’ Alla spiss minħabba nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ seminaturi ma jirnexxiliex tilħaq tant żoni, imma b’mod speċjali tant intelliġenzi u tant qlub.  U allura, b’entużjażmu u ġenerożità, intom afdajtu ruħkom lil Alla b’disponibiltà totali biex tkunu strumenti ħelwa f’idejh u tagħtu l-kontribut personali tagħkom għall-pjan tiegħu ta’ mħabba u ta’ salvazzjoni fil-konfront tal-umanità. Intom ukoll għedtu, f’għaqda mal-Iben ta’ Alla inkarnat: “Hawn jien, niġi, o Mulej, biex nagħmel ir-rieda tiegħek”; bħal Ġesù, irrid nivvjaġġa għal għonq it-toroq tad-dinja ngħallem u nipprieka l-Vanġelu tas-Saltna (cf. Mt 9,35); intom ukoll, bis-sensibiltà tagħkom, waqt li rajtu folol ta’ rġiel u nisa, ta’ żgħażagħ, ta’ foqra ifittxu l-verità, il-ġustizzja, il-paċi, il-ferħ, inbaħtu li huma kienu “għajjiena u mfarrka”, diżillużi mill-wegħdi mrewħa minn ideoloġiji  li jinbidlu, u allura fhimtu li kien verament jaqbel li tiddedikaw ħajjitkom kollha kompletament, l-enerġiji kollha tagħkom biex issegwu lil Ġesù, bil-għan li tagħtu lil ħutkom is-sens profond tal-fidi u tat-tama nsara!

Hekk ridtu ssegwu lil Ġesù biex tieħdu sehem fis- saċerdozju ministerjali tiegħu.

2. Tali sehem huwa iżda privileġġ, don tal-Iktar Għoli, li jifformakom b’mod misterjuż għal Kristu; permezz tas-saċerdozju ħajjitkom kollha jkollha bipolarità fundamentali: Alla u l-bnedmin. Imsejħa minn Alla tkunu kostitwiti “għall-ġid tal-bnedmin fil-ħwejjeġ li jirrigwardaw lil Alla” (Lh 5,1).

Kull wieħed minnkom, f’dan il-waqt, qiegħed jimmedita bla dubju dwar l-“istorja tal-vokazzjoni tiegħu”: storja singulari, irrepetibbli, li fiha jinsabu jaqsmu lil xulxin ġrajjiet u episodji personalissmi, magħrufa biss minn Alla u minnkom; storja li fl-oriġni tagħha hemm ġest ta’ infinit, imħabba personali ta’ Ġesù, Bin Alla nkarnat. Bħad-dixxipli u l-appostli, intom ukoll jum wieħed b’mod l-iktar mhux mistenni u inspjegabbli fhimtu li hu kien qed jagħmlilkom,  perswassiva u perentorja, l-istedina tiegħu: “Imxu warajja!” (cf. Mt 8,22; Mc 2,14). U ddikjarajtu d-disponibiltà tagħkom lir-Rgħajja tagħkom, u lil min issa jsegwi l-vokazzjoni tagħkom.

Imma, issegwi lil Kristu biex tieħu sehem fis-saċerdozju ministerjali tiegħu, jitlob u jesiġi ġenerożtà, abnegazzjoni, perseveranza; tħejjija twila ta’ karattru spiritwali, artikolata bit-talb u d-dixxiplina, u wkoll ta’ karattru kultura, li ssib fis-Seminarju l-post tagħha u l-ambjent l-iktar idonju, sabiex fih l-isforz u x-xogħol tas-Superjuri u tal-Kollaboraturi tagħhom jiġu finalizzati għal prospettiva unitarja ċara.

F’dan il-perijodu estremament delikat huwa meħtieġ li l-mixja spiritwali tagħkom tkun orjentata għall-konfermazzjoni ta’ ħajjitkom ma’ dik ta’ Kristu f’kollox, imma b’mod speċjali fl-imħabba u fiż-zelu nfatikabbli tiegħu għall-erwieħ. “Cernis – donnu jgħid lil kull wieħed minnkom San Ġirolmu – quod aequaliter et villis, et urbibus, et castellis, id est, et magnis et parvis evangelium praedicaverit, ut non consideraret nobilium potentiam, sed salutem credentium. Circuibat civitates, hoc habens operis, quod mandaverat Pater, et hanc esuriem, ut doctrina sua salvos faceret infideles” (S. Ġirolmu, In Ev. Matthaei comm., 1, 9, 35: PL 26, 60 B).

Nafda dawn il-wegħdi tiegħi, flimkien mal-ideali u l-għanijiet tagħkom, lil Marija Santissma, Omm il-fiduċja, biex tgħallimkom tkunu, bħalha, dejjem disponibbli għall-proġett ta’ Alla u lesti għall-ġid tal-erwieħ.

Amen!

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: