Il-Ġublew: X’inhu u għaliex

Print Friendly, PDF & Email

Tagħrif storiku u riflessjonijiet

Dan huwa volum ieħor fis-sensiela “Għejun ta’ Katekeżi” li I-Lumen Christi Publications ippubblikat fis-sena 2000 bħala għajnuna taħt ħafna għamliet għal min matul is-Sena Mqaddsa jixtieq ġid spiritwali mill-aħjar li jista’.

Fit-tmien taqsimiet tal-ktieb tiegħu, Mons. Salv Borg irnexxielu jmiss diversi aspetti marbuta mal-Ġublew u ttratta mhux biss il-parti storika, minn dik Ebrajka sas-sena 2000, imma fisser taħt forma ta’ skema l-valuri u s-simboliżmu ta’ għadd tal-iktar magħrufa fil-kuntest tal-ġrajja tal-Ġublew. Għalhekk ma tonqosx it-tifsira tematika tal-istess kelma “ġublew”, il-pellegrinaġġ, il-Porta Santa, l-indulġenzi, u l-applikazzjoni tagħhom, id-dispożizzjonijiet meħtieġa min-naħa tal-Insara, l-għan mixtieq li jinkiseb, kif ukoll id-dettalji tal-kundizzjonijiet f’ċirkustanzi varji.

Kull taqsima, bħal f’kull parti oħra taI-istess sensiela, tintemm b’għadd ta’ mistoqsijiet li wieħed faċli jweġibhom. Mifruxa tul is-96 paġna hemm mhux anqas minn 40 stampa jew ritratt li jgħinu ħalli I-ħsieb jasal iktar ħafif u hekk jintlaħaq aħjar I-għan kateketiku.

Il-parti storika tħaddan firxa tal-aħħar 700 sena u tiġbor id-dettalji u tagħrif ieħor interessanti ta’ kull ġublew fil-ħajja tal-Knisja, li wħud minnhom huma meqjusa bħala snin imqaddsa ordinarji u oħrajn straordinarji minħabba xi rikorrenza speċjali.

L-aħħar taqsima hija mill-pinna taI-E.T. I-lsqof Mons. Nikol Ġ. Cauchi fejn ifisser, fost ħwejjeġ oħra, it-tagħlim tal-Knisja dwar il-piena ta’ dejjem u dik taż-żmien, kif ukoll dwar ix-xirka tal-qaddisin jew il-Ġisem Mistiku ta’ Kristu.

adattata minn riċensjoni ta’ Mons. Salv Grima li dehret fir-Rivista “Il-Ħajja f’Għawdex”, Frar 2000

%d bloggers like this: