VJAĠĠ APOSTOLIKU FI SPANJA
ĊELEBRAZZJONI TAL-KELMA
FIS-SANTWARJU TA’ SIDTNA TA’ GUADALUPE
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Guadalupe, 4 ta’ Novembru 1982
Għeżież ħuti fl-iskopat,
għeżież ħuti.
1. Għadna kemm smajna l-Kelma ta’ Jahwé ndirizzata lil Abraham: “Itlaq minn pajjiżek, minn art twelidek, / u minn dar missierek, / lejn pajjiż li nurik jien. / Minnek se nagħmel poplu kbir” (Ġen 12, 1 s). Abraham wieġeb għal din is-sejħa divina billi ffaċċja l-inċertezzi ta’ vjaġġ twil li kellu jsir is-sinjal karatteristiku tal-Poplu ta’ Alla.
Il-wegħda Messjanika magħmula lil Abraham hija magħquda mal-kmand tal-abbandun ta’ art twelidu. Fil-vjaġġ tiegħu lejn l-art imwegħda, jibda wkoll il-korteo storiku mmens tal-umanità kollha lejn id-destinazzjoni messjanika, Il-wegħda se titwettaq propju fost id-dixxendenti ta’ Abraham, u għalhekk kien imiss lill-missjoni tagħhom li tħejji, fil-ġeneru uman, il-post għall-Midluk ta’ Alla, Ġesù Kristu. Waqt li għamel eku għal dawn ix-xbihat bibbliċi, il-Konċilju Vatikan II spjega li “il-komunità nisranija tifforma ruħha minn bnedmin li, magħqudin madwar Kristu, huma mmexxija mill-Ispirtu Santu fil-pellegrinaġġ tagħhom lejn is-Saltna tal-Missier” (Gaudium et Spes, 1).
Mismugħa hawn, ħdejn is-Santwarju ta’ Sidtna ta’ Guadalupe, dan il-qari tat-Testment il-Qadim ifakkar x-xbiha ta’ tant ulied tal-Estremadura u ta’ Spanja kollha li telqu bħala emigrant minn art twelidhom, lejn reġġjuni u pajjiżi oħra.
2. Fl-enċiklika Laborem Exercens jiena enfasizzajt li “dan il-fenomenu antik” ta’ movimenti migratorji kompla għaddej tul is-sekli, u akkwista fl-aħħar żminijiet dimensjonijiet maġġuri minħabba “l-implikazzjonijiet kbar tal-ħajja kontemporanja” (Ġwanni Pawlu II, Laborem Exercens, 23).
Il-ħaddiem għandu dritt li jħalli Pajjiżu għat-tiftix ta’ kondizzjonijiet aħjar tal-ħajja, kif ukoll li jerġà lura lejh (cf. Ivi. 23). Imma l-emigrazzjoni tinħtieġ aspetti ta’ niket. Għalhekk jien sejjaħtilha “ħażin meħtieġ” (Ivi.), għaliex tikkostitwixxi telf għall-pajjiż, li jara jitilqulu rġiel u nisa fl-aħjar ta’ ħajjithom.
Huma jabbandunaw l-komunità kulturali tagħhom u jsibu ruħhom imħawla f’ambjent ġdid, bi tradizzjonijiet differenti, kultant b’lingwa differenti. Jistà jkun li wara spallejhom iħallu, postijiet ikkundannati għal xjuħija mgħaġġla tal-popolazzjoni, bħalma qiegħed iseħħ f’xi wħud mill-provinċji Spanjoli.
Ikun ferm iktar uman li dawk responsabbli tal-ordni ekonomiku, kif kien indika l-predeċessur tiegħi il-Papa Ġwanni XXIII, jagħmlu mod li l-kapital ifittex l-ħaddiema, u mhux viċi-versa, “biex joffru lil ħafna nies il-possubiltà konkreta li joħolqu futur aħjar, mingħajr ma jħossuhom obbligati li jitilqu mill-ambjent tagħhom, bi trapjant li huwa kważi mpossubbli li ma jinħtieġx qtugħ doloruż u perijodi diffiċli ta’ adattament uman u ta’ ntegrazzjoni soċjali” (Ġwanni XXIII, Pacem in Terris, 46).
Tali oġġettiv jirrapreżenta sfida tassew għall-intelliġenza u l-effikaċja tal-governanti, biex ifittxu li jevitaw saġrifiċċji gravi lil tant familji, obbligati għal “firda forzata li kultant timponi riskju għall-istabiltà u l-għaqda tal-familja, u spiss tqiegħdha quddiem sitwazzjonijiet ta’ inġustizzja” (Ġwanni Pawlu II, Allocutio ad quosdam Hispaniae episcopos occasione oblata ad Limina visitationis coram admissos habita, 7, die 14 dec. 1981: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, IV, 2 [1981] 946). Sfida għar-responsabbli tal-ordni nazzjonali jew internazzjonali, li għandhom iħejju l-programmi ta’ ekwilibriju bejn reġgjuni għonja u reġġjuni foqra.
3. Jinħtieġ li nżommu quddiem għajnejna li s-sagrifiċċju tal-emigranti jirrapreżenta wkoll kontribut għall-postijiet li jilqgħuhom u wkoll għall-għixien flimkien paċifiku internazzjonali, ladarba jiftaħ possibiltajiet ekonomiċi lil gruppi soċjali depressi u jnaqqas l-pressjoni soċjali li l-blokk jipproduċi, meta jilħaq kwoti elevati.
Disgrazzjatament, l-impieg tn-nies tax-xogħol spiss ma jkunx iddettat mill-għanijiet nobilment uman, linqas ma jfittex il-ġid tal-komunità nazzjonali jew internazzjonali; bi frekwenza jwieġed għal movimenti mhux kontrollati, skont il-liġi tad-domanda u tal-offerta.
Ir-reġgjuni u l-pajjiżi klijenti jinsew bi frekwenza żejda li l-ħaddiema immigrati huma krejaturi umani maqtugħa, mill-bżonn, minn art twelidhom. Mhumiex imċaqilqin mis-sempliċi dritt għall-emigrazzjoni, imma mill-kombinazzjoni ta’ diversi fatturi ekonomiċi barranin għall-istess emigrant. F’ħafnaa każijiet dawn huma persuni kulturalment dgħajfa, li jkollhom iġarrbu diffikultajiet gravi qabel ma jaddattaw ruħhom għall-ambjent il-ġdid, li tiegħu jistà jkun li njoraw saħansitra l-lingwa. Jekk hemm jissottomettu ruħhom għall-diskriminazzjonijiet jew għall-oppressjoni, se jaqgħu vittmi ta’ sitwazzjonijiet morali perikolużi.
Mill-banda l-oħra, l-awtoritajiet politiċi u l-istess imprendituri għandhom id-dmir li ma jqegħdux lill-emigranti f’livell uman u f’xogħol inferjuri għal dak tal-ħaddiema tal-post. Barra minn dan, il-popolazzjoni għandha tevita wirjiet ta’ ostilità, jew rifjut, billi tirrispetta l-karatteristiċi kulturali u reliġjużi tal-emigrant. Kultant dan ikun kostrett li jgħix fi djar mhux xierqa, jirċievi retribuzzjonijiet salarjali diskriminatorji u li jissaporti segregazzjoni soċjali u effettiva miserabbli, li ġġegħlu jħoss ruħu ċittadin tat-tieni kategorija. U hekk jgħaddu xhur, ukoll snin qabel mas-soċjetà l-ġdida turih wiċċ tassew uman. Din il-kriżi eżistenzjali taffettwa b’mod profond fuq ir-reliġjożità tal-emigranti, li l-fidi nisranija tagħhom forsi kienet tiddisponi biss b’elementi sentimentali, hekk li dawn, f’ambjent sfavorevoli, jistgħu jitfarrku faċilment.
4. Quddiem dawn il-perikoli u dan it-theddid, il-Knisja għandha tfittex li toffri l-kollaborazzjoni tagħha sabiex tinsab tweġiba effikaċi.
Is-soluzzjonijiet ma jiddipendux prinċipalment minnha, imma għandha u tistà tgħin permezz ta’ xogħol koordinat tal-komunità ekkleżjali tal-post li fih imorru. Jien stess, fi snin li għaddew, kelli l-opportunità li niltaqà ma bosta konnazzjonali tiegħi emigrat f’diversi pajjiżi tad-dinja u stajt nosserva kemm tgħinhom u tikkonslhom għajnuna reliġjuża li għandha l-fervur tal-imbegħda art twelidhom.
Inqis għalhekk fundamentali li l-emigranti jaraw ruħhom akkumpanjati minn kappillani, possibilment mill-post jew il-pajjiż tagħhom, speċjalment fil-postijiet fejn teżisti l-barriera tal-lingwa: is-saċerdot jikkostitwixxi għall-emigranti, b’mod speċjali għal dawk li ilhom biss ftit li waslu, riferenza konfortanti u barra minn dan jistà jtihom orjentamenti validi fit-tensjonijiet inizjali inevitabbli. Għal dan il-għan, irrid ukoll ninkuraġġixxi l-isforz li l-Knisja tagħmel fi Spanja, permezz tas-segretarjati ta’ pastorali speċjalizzata, biex tintegra l-komunità żingara u jeliminaw kull traċċja ta’ diskrimazzjoni.
Lill- awtoritajiet tan-nazzjon jew tal-post fejn twieldu, imiss li joffri l-appoġġ possibli kollu liċ-ċittadini emigrati, b’mod speċjali jekk marru f’pajjiżi stranġieri. Perċentwal kbir tal-emigrati barra l-pajjiż, fil-qrib jew fil-bogħod, se jerġà lura f’art twelidu, u qatt m’għandhom ikunu meqjusa abbandunati min-nazzjon li lilu jappartienu u li lejh għandhom f’moħħhom li jirritornaw. Fost il-mezzi essenzjali għat-twettiq ta’ dawn ir-rapporti mal-art tat-twelid jispikkaw id-distribuzzjonijiet ta’ materjal informattiv, is-sistema ta’ tagħlim bilingwu għat-tfal, il-faċilità għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot, iż-żjajjar organizzati sewwa ta’ gruppi kulturali jew artistiċi u inizjattivi simili.
Imma, fuq kollox, ir-responsabbli tal-pajjiż li jilqà għandu jindirizza b’mod ġeneruż l-inizjattivi tiegħu a favur tal-emigranti, bl-għajnuniet fix-xogħol u f’dawk ekonomiċi u kulturali; waqt li jevita li jikkonvertihom f’sempliċi roti tal-ingranaġġ industrijali, mingħajr riferenzi għall-valuri umani. Biex titkejjel l-vera statura demokratika ta’ nazzjon modern huwa diffiċli li ssib metru iktar eżatt minn dak offrut mill-osservazzjoni tal-imġieba tiegħu lejn l-immigranti.
5. Naturalment,ukoll għall-emigranti għandu jsir sforz lejali għall-għixien flimkien fl-ambjent il-ġdid, li fih tiġi offruta l-possibiltà ta’ xogħol stabbli u mħallas b’mod ġust. Bosta drabi, mill-imġieba tiegħu jiddependu s-soluzzjoni tad-dubji u s-suspetti u l-ftuħ għad-djalogu u s-simpatija.
B’attenzjoni partikolari għandhom jikoordinaw l-kondotta tagħhom, l-emigrant u l-awtoritajiet lokali, fil-każ ta’ familji li, billi waslu minn reġgjun ieħor Spanjol, ikollhom l-iskop li jistabilixxu ruħhom f’dak it-territorju b’mod definittiv id-diffikultajiet jistgħu jitfaċċaw meta bejn il-post tal-oriġni u dak li jilqagħhom tkun teżisti differenza fil-lingwa.
L-emigrant għandu jaċċetta b’lejaltà r-ritwazzjoni reali tiegħu, jesponi r-rieda tiegħu ta’ permanenza u jfittex li jinserixxi ruħu fid-drawwiet kulturali tal-post jew tar-reġġjun li jilqgħu. Għall-awtoritajiet hemm l-obbligu li ma jisforzaws ir-ritmu tal-inseriment ta’ dawn il-familji, joffru l-possibiltà ta’ dħul gradwali u seren fil-klima l-ġdida, juru r-rieda pubblika li ma jiddiskriminawx minħabba mottivi lingwistiċi, jagħtu assistenza tal-faċilitazzjonijiet skolastiċi meħtieġa sabiex it-tfal ma jħossux ruħhom f’diffikultà jew umiljati fl-iskola, billi joffrulhom it-tagħlim bilingwu, mingħajr impożizzjonijiet; jappoġġjaw inizjattivi li jippermettu lill-emigrati li jżommu l-linfa kulturali ta’ art twelidhom. B’dan il-mod, jevitaw oppożizzjonijiet patetiċi u inutli, u l-patrimonju kulturali taż-zona li toffrilhom ospitalità, fl-għoti, tagħni ruħha wkoll b’mod silenzjuż bl-elementi miġjuba minn ambjenti oħra.
Jixraqlu kelma speċjali d-dramm ġdid iffaċċjat mill-emigrati mill-kriżi ekonomika mondjali, li ġġegħlhom jirritornaw f’art twelidhom minħabba li jkunu lliċenzjati qabel ma jkun mistenni. In-nazzjonijiet potenti għandhom jirriservaw trattament ġust għal dawn il-ħaddiema, li b’safrifiċċji kbar ikkontribwew għall-iżvilupp komuni. Kienu utli b’mod speċjali, ferm iktar minn dak li jistà jħallas b’salarju sempliċi. Huma, l-iktar dgħajfa, jimmeritaw attenzjoni partikolari li tevita li tagħlaq kapitlu ta’ ħajjithom b’falliment.
Waqt li naħseb dwar tant persuni mbegħda minn djarhom, tiġini f’moħħi s-sitwazzjoni ta’ dawk miżmuma fil-ħabsijiet. Ħafna minnhom kitbuli qabel il-vjaġġ tiegħi fi Spanja. Nixtieq nibgħatilhom it-tislima kordjali tiegħi, waqt li nassigurahom minn talbi għalihom, għall-intenzjonijiet tagħhom u l-bżonnijiet tagħhom.
6. Il-liturġija tal-Kelma – bħalma smajna – tipproponilna l-figura ta’ Abraham, missierna fil-fidi. Turina wkoll lil Marija, li timxi minn Nażżaret fil- Galilea, għall-art ta’ Ġuda” imsejħa, skont it-tradizzjoni Ain Karin. Hemm, tidħol “fid-dar ta’ Zakkarija, issellem lil Eliżabetta”, li ppronunzjat il-Magnificat tal-magħrufa barka.
Flimkien mal-bnedmin, flimkien mal-ġenerazzjonijiet ta’ din l-art tal- Estremadura u ta’ Spanja, kienet imxiet ukoll Marija, Omm Kristu. Fil-postijiet ġodda ta’ installazzjoni Hija kienet sellmet, bil-poter tal-Ispirtu Santu, lill-popli ġodda, li kienu wieġbu bil-fidi u l-qima lejn Omm Alla.
B’dan il-mod, il-wegħda messjanika magħmula lil Abraham xterdet fid-Dinja l-Ġdida u fil-Filippini. Mhuwiex jewwilla sinifikattiv li llum ninsabu fis-Santwarju Marjan ta’ Ġuadalupe fl-art ta’ Spanja, u li fl-istess ħin is-Santwarju tal-istess isem fil-Messiku inbidel f’post ta’ pellegrinaġġ għall-Amerika Latina Kollha? Jiena wkoll kelli l-pjaċir li nmur bħala pellegrin fil-Guadalupe Messikan fil-bidu tas-servizz tiegħi fis-Sedja ta’ Pietru.
U hawn hu li, bħal f’lingwi oħra, imma b’mod speċjali bl-Ispanjol – ladarba b’din il-lingwa tesprimi ruħha l-familja kbira tal-Ispanjoli – jidwu b’mod kostanti l-kelmiet li bihom darba waħda Eliżabetta sellmet lil Marija:
“Imbierka fost in-nisa, u mbierek il-frott ta’ ġufek! U minn fejn ġieni dan li Omm Sidi tiġi għandi? Għax ara, malli smajt f’widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ. Iva, ħienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej (Lq 1, 42-45).
Imbierka int! Din it-tislima tgħaqqad miljuni ta’ qlub; ta’ dawn l-artijiet, ta’ Spanja, ta’ kontnenti oħra, magħquda flimkien madwar Marija, fi Guadalupe, f’tant partijiet tad-dinja.
Hekk, Marija mhijiex biss l-Omm solleċita tal-bnedmin, tal-popli, tal-emigranti. Hija wkoll il-mudell fil-fidi u fil-virtujiet li għandna nimitaw matul il-pellegrinaġġ terren tagħna, Hekk ikun, bil-barka apostolika għal kulħadd.
Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb