Ġwanni Pawlu II mal-Istituti Reliġjużi

Print Friendly, PDF & Email

 VJAĠĠ APOSTOLIKU FI SPANJA
QUDDIESA GĦALL-ISTITUTI RELIĠJUŻI MWAQQFA MINN SPANJOLI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Loyola, 6 ta’ Novembru 1982

Għeżież ħuti fl-Episkopat,
għeżież ħuti.

Ikun imfaħħar Ġesù Kristu!

1. Inħoss ferħ kbir li stajt niġi sa Loyola, fil-qalba tal-art Baska tant għażiża, biex nuri l-imħabba tal-Papa għall-ulied kollha u kull wieħed u waħda ta’ din il-Knisja ta’ Kristu.

Insellem qabel xejn lir-Ragħaj tad-dijoċesi u lill-Isqfijiet l-oħra preżenti. F’dan il-vjaġġ apostiliku fi Spanja, l-Isqfijiet riedu li tiżvolġi ruħha hawn din il-laqgħa sinifikattiva mas-Superjuri Ġenerali u s-Superjuri Maġġuri tal-Ordnijiet u tal-Kongregazzjonijiet reliġjużi ta’ oriġni Spanjola.

Kien ukoll mod li nirrendu qima lil wieħed mill-ulied kbar ta’ din l-art, ta’ projezzjoni universali għall-aspirazzjonijiet tiegħu u t-twettieq tiegħu: San Injazju ta’ Loyola. Il-figura li għamlet l-iktar magħruf dan il-post mad-dinja kollha, li tagħtu l-iktar glorja. Bin il-Knisja li nistgħu nħarsu lejh b’ferħ u bi kburija leġittma.

F’din il-laqgħa-qima lill-fundatur tal-ikbar Ordni reliġjuż tal-Knisja huma wkoll inklużi l-Fundaturi tal-familji reliġjużi l-oħra mwielda fl-artijiet Spanjoli, u hawn rappreżentati mis-Superjuri Ġenerali rispettivi tagħhom. Lill-membri kollha tal-istess Familji reliġjużi tasal it-tislima tal-Papa.

X’xefaq wiesà jinfetah quddiemna, ‘il hemm minn dawn il-muntanji ħodor sbieħ bis-slaleb tagħhom u bis-Santwarji tagħhom, jekk naħsbu dwar il-panoramika ekkleżjali li joffrulna” Ma nistgħux nagħmlu l-lista interminabbli, iżda kif nistgħu ma nsemmux il-familja tal-ulied irġiel u l-ulied nisa ta’ San Duminku, dik Karmelitana ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù u ta’ San Ġwann tas-Salib, dik Franġiskana skalza riformata minn San Pietru ta’ Alkantara, dik Trinitarja, dik merċedarja, dik ospedaliera, Dik tal-Iscolopi, dik Klaretjana?

Ma dawn jeħtieġ li nsemmu l-Familja reliġjuża tal-Adoratriċi tas-Santissmu Sagrament, ta’ Sant’Anna, il-Kumpanija ta’ Santa Tereża, Is-Servi tal-Qalb Imqaddsa, il-konfraternità tal-Anzjani, L-ulied ta’ Ġesù, is-Servi ta’ Marija, u l-Ulied ta’ Marija Immakulata u tant Kongregazzjonijiet oħra xejn inqas ta’ min ifaħħarhom. Dawn kollha jirrapreżentaw parti kbira mill-madwar ħamsa u disgħin elf membru tad-dinja reliġjuża Spanjola, li magħhom jingħaqdu d-diversi Istituti Sekulari ta’ oriġni Spanjola.

Kemm ulied irġiel u nisa ta’ din l-art Baska, nobbli u ġeneruża, jingħaddu fosthom! U kemm ġid ġabu lill-ġid tal-Knisja f’tant oqsma! Lilhom nibgħat it-tifkira maħbuba tiegħi, u b’mod speċjali lil dawk li jaħdmu fil-Pajjiżi tal-Amerka Latina, magħqudin magħna permezz tat-televiżjoni.

Frott sieket u ta’ eżemplarità speċjali huwa l-ammirevoli Fratel Garate, li nittamaw li naraw mill-iktar fis fuq il-glorja tal-altari, u li l-qabar tiegħu jinsab hawn f’Loyola, flimkien ma’ dak ta’ Dolores Sopeña.

2. Li wieħed jitkellem dwar Sant’ Injazju f’Loyola, benniena u post tal-konverżjoni tiegħu, ifakkarni b’mod spontanju dwar “l-eżerċizzi spiritwali”, metodu tant sperimentat ta’ avviċinament effikaċi lejn Alla, u fil-Kumpanija ta’ Ġesù, mifruxa mad-dinja kollha, li ġabret tant frott u għadha tkompli tiġbor, għall-kawża tal-Vanġelu.

Huwa għaraf jobdi meta, wara li fieq mill-ġrieħi, leħen il-Mulej ħabbatlu bil-qawwi fuq qalbu. Kien sensibbli għall-ispirazzjonijiet tal-Ispirtu Santu, u minħabba dan fehem liema soluzzjonijiet kienu meħtieġa għall ħżunija ta’ żmienu. Kien dejjem ubbidjenti għas-Sedja ta’ Pietru, li f’idejh riedet tħalli strument addattat għall-evanġelizzazzjoni. Sal-punt li ħalla din l-ubbidjenza bħala wieħed mit-trattati karatteristiċi tal-kariżma tal-Kumpanija tiegħu.

Għadna kemm smajna lil San Pawl: “Kunu imitaturi tiegħi, bħalma jien ta’ Kristu . . .; hekk jiena nogħġob lil kulħadd f’kollox, bla ma nfittex l-interessi tiegħi, sabiex issalvaw” (1 Kor 11, 1; 10, 33).

Dan il-kliem tal-Appostlu nistgħu inqegħduh f’fomm San Injazju llum, avolja għaddew sekli. Infatti l-kariżma tal-Fundaturi għandha tibqà fil-komunitajiet li bdew huma.

Dan għandu jibni f’kull żmien il-prinċipju tal-ħajja ta’ kull Familja reliġjuża. Għal dan l-aħħar Konċilju ġustament indika: “Fedelment jinterpretaw u josservaw l-ispirtu u għanijiet propji tal-Fundaturi, kif ukoll t-tradizzjonijiet b’saħħithom, ladarba dan kollu jikkostitwixxi l-patrimonju ta’ kull Istitut” (Perfectae Caritatis, 2).

Nibdew minn din il-fedeltà għall-vokazzjoni partikolari propja fl-intern tal-Knisja, migħuxa fl-ispirtu ta’ aġġornament fil-waqt preżenti skond ir-regoli stabbiliti mill-istess Konċilju, kull Istitut jistà jiżvolġi l-attivitajiet differenti l-iktar konġenjali għall-membri tiegħu. Hekk ikun jistà joffri lill-Knisja l-għana speċifika tiegħu, magħquda b’mod armoniku fl-imħabba ta’ Kristu, għal servizz iktar effikaċi għad-dinja tallum.

3. Loyola hija sejħa għall-fedeltà. Mhux biss minħabba l-Kumpanija ta’ Ġesù imma, indirettament, ukoll minħabba l-Istituti l-oħra. Ninsab hawn flimkien mas-Superjuri maġġuri li llum imexxu tant Ordnijiet u Kongregazzjonijiet reliġjużi. Nixtieq inħeġġiġkom biex teżerċitaw b’dedikazzjoni ġeneruża l-funzjonijiet tagħkom ta’ servizz evanġeliku ta’ komunjoni, ta’ animazzjoni spiritwali u apostolika, ta’ dixxerniment fil-fedeltà u ta’ koordinazzjoni.

Naf li mhux faċli li f’jiemna twettqu l-missjoni tagħkom ta’ Superjuri. Għal dan jien ninkuraġġikom biex ma tabdikawx għal dmirkom u għall-eżerċizzju tal-awtorità; biex teżerċitaw b’sens profond ta’ responsabiltà li għandkom quddiem Alla u quddiem ħutkom. Imma bil-fehim kollu u bil-fraternità, la tonqsux li tipprattikaw, meta jkun meħtieġ, il-korrezzjoni paċenzjuża, sabiex il-ħajja ta’ ħutkom tissodisfa l-għan tal-konsagrazzjoni reliġjuża.

Dawn id-diffikultajiet indispensabbli tal-missjoni tagħkom huma parti mid-donazzjoni vokazzjonali. Kristu, li darba għażilkom bħala l-aħjar parti, ikompli jidwi f’widnejkom il-kliem tal-Vanġelu li smajna qabel: “Jekk xiħadd irid jiġi warajja, jiċħad lilu nnifsu, jerfà salibu kuljum u jiġi warajja” (Lq 9, 23).

Dan il-kliem jirriferi għal kull nisrani u b’mod speċjali għal min isegwi l-vokazzjoni reliġjuża. Dwarha jitkellem b’mod partikolari Kristu, meta jgħid: “Min irid isalva ħajtu jitlifha, imma min jitlif ħajtu minħabba fija, isalvaha” (Lq 9, 24).

Ma nistgħux ninsew li l-vokazzjoni reliġjuża tiġi, fl-għerq tagħha l-iktar profond, mill-ġerarkija evanġelika tal-prijoritajiet: “Li x’jiswielu l-bniedem li jirbaħ id-dinja kollha, jekk imbagħad jitlef jew jirrovina lilu nnifsu?” (Lq 9, 25).

Linqas ma nistgħu nitilfu minn quddiem għajnejna l-fatt li l-ħajja reliġjuża hija wkoll vokazzjoni għal xhieda partikolari; u propju b’riferenza għal din ix-xhieda għandna nifhmu l-kliem ta’ Kristu: “Min jistħi minni u minn kliemi,minnu jistħi Bin il-bniedem” (Lq 9, 26). Maħbubin ħuti: Kristu jrid jixhed quddiem il-Missier (cf. Mt 10, 32) favur kull wieħed u waħda minnkom. Fittxu li timmeritawh billi toffru “quddiem il-bnedmin” xhieda denja tal-vokazzjoni tagħkom.

4. Din ix-xhieda tagħkom għandha tkun personali u wkoll bħala Istituti: kapaċi li toffri mudelli validi ta’ ħajja lill-komunità tal-fidili li tosservakom.

Din tal-aħħar tinħtieġ il-fedeltà tal-Istituti tagħkom biex issegwi fiha l-fedeltà tagħha. Tiħtieġ ħarsitkom ta’ universalità ekkleżjali biex iżżomm ruħha miftuħa, waqt li tirreżisti għat-tentazzjoni, li tfaqqar, li tingħalaq fiha nfisha. Tinħtieġ il-fratellanza wiesgħa tagħkom u l-ħila ta’ merħba biex tifhem li għandha tkun fraterna u tilqà lil kulħadd. Tinħtieġ il-mudell ta’ mħabba tagħkom, ġewwa u barra tal-Istitut tagħkom, biex tegħleb il-barrieri tan-nuqqas ta’ fehim u ta’ mibegħda. Tinħtieġ l-eżempju tagħkom u l-kelma ta’ paċi tagħkom, biex tegħleb it-tensjonijiet u l-vjolenzi. Tinħtieġ il-miudell tagħkom ta’ dedikazzjoni għall-valuri tas-Saltna ta’ Alla, biex Tevita l-perikli tal-materjaliżmu prattiku u tejoriku li jhedduha.

Dimostrazzjoni effikaċi ta’ dan il-ftuħ u disponabiltà tistgħu tagħtuhulha bl-inseriment tagħkom fil-komunitajiet tal-Knejjes lokali. Billi tagħmlu attenzjoni sewwa biex tevitaw li l-eżenzjoni reliġjuża tagħkom qatt ma tistà tkun raġuni biex jitwalu l-pjani pastorali dijoċeżani u nazzjonali.

La tinsewx li l-kontribut tagħkom f’dan il-qasam jistà jkun deċiżiv għar-rivitalizzazzjoni tad-dijoċeżijiet u tal-komunitajiet insara.

Se jkun jekk din il-komunità nisranija tal-pajjiż Bask, ta’ Spanja u barra minnha, tistà ssib fikom tweġiba ta’ ħajja. Jekk għall-mistoqsija ta’ Kristu: “Imma intom min tgħidu li jien?”, tistgħu twieġbu bħal diwi tal-Appostli: aħna l-estensjoni tal-preżenza tiegħek fid-dinja attwali, tal-Kristu ta’ Alla (cf. Lq 9, 20).

5. Din il-faċċata ġdida tal-imitazzjoni ta’ Kristu u ta’ eżamplarità fid-dinja tallum, għandhom ikunu l-koordinazzjonijiet tal-Istituti reliġjużi tagħkom. Biex issegwuhom, huma għandhom inisslu fl-appartament tagħkom atteġġjamenti definiti sewwa.

Fir-realtà, id-dinja reliġjuża hija mgħaddsa f’soċjetà u ambjenti, li tagħhom trid tapprezza u tippromwovi l-valuri umani u reliġjużi, għaliex il-bniedem u d-dinjità tiegħu huma l-mixja tal-Knisja u għaliex il-Vanġelu jrid jippenetra f’kull poplu u kultura. Iżda mingħajr kunfużjoni ta’ pjani u ta’ valuri. Il-konsagrati – kif tgħallimna l-liturġija tallum – jafu li l-attività tagħhom mhix iċċentrata fir-realtà temporali, linqas f’dak li hu qasam tal-lajċi li għandhom iħalluh għalihom. Għandhom iħossu lilhom infushom, b’mod speċjali, għas-servizz ta’ Alla u tal-kawża tiegħu: “Se nbierek lill-Mulej kull ħin , / fuq fommi dejjem it-tifħir tiegħu” (Sal 33 [34], 2).

It-toroq tad-dinja reliġjuża ma jsegwux il-kalkoli tal-bnedmin, ma jużawx bħala parametru l-kult tal-poter, tal-għana, tal-pjaċir. Jafu, iżda, li l-qawwa tagħhom hija l-grazzja tal-aċċettazzjoni divina tad-dedikazzjoni propja: “Dan il-fqajjar isejjaħ u l-Mulej jisimgħu” (Sal 33 [34], 7).

Dan l-istess faqar b’dan il-mod isir ftuħ għad-divin, libertà tal-ispirtu, disponibiltà bla limiti.
Sinjali indikaturi fit-toroq tad-dinja, ir-reliġjużi jindikaw il-mixja lejn Alla. Għal dan isir bżonn imperjuż it-talb imploranti “Jgħajtu (il-ġusti) u l-Mulej jismagħhom” (Sal 33 [34], 18). F’dinja li fiha tinsab fil-periklu l-aspirazzjoni għat-traxxendenza, huma meħtieġa dawk li jiddedikaw ruħhom għat-talb,  dawk li jilqgħu lil dawk li jitolbu, dawk li jagħtu supliment ta’ spirtu lil din id-dinja, dawk li kuljum iqegħdu lilhom infushom għad-dispożizzjoni ta’ Alla.

‘Il fuq minn kollox, id-dinja reliġjuża trid iżżomm l-aspirazzjoni kostanti għall-perfezzjoni. B’konverżjoni mġedda kuljum biex tissaħħaħ f’dan il-għan. X’ħila ta’ elevazzjoni u ta’ umaniżżazzjoni jippossiedi l-kliem – programm awtentiku – tas-Salm responsorjali: “Żomm ‘il bogħod mill-ħażin u agħmel il-ġid, / fittex il-paċi u segwiha” (Sal 33 [34], 15). Dan huwa programm għal kull nisrani; ferm iktar għal min jagħmel professjoni li jiddedika ruħu għall-ġid, għal Alla tal-imħabba, tal-paċi, tal-qbil.

Intom, għeżież Superjuri Irġiel u Nisa, maħbubin reliġjużi irġiel u nisa, intom ilkoll imsejħa biex tgħixu din ir-tealtà splendida. Din hija lezzjoni kbira x’nigħallmu f’Injazju ta’ Loyola. Għal uliedu, għal kull Istitut, għal kull reliġjuż u reliġjuża.

Dik tal-fedeltà assoluta lejn Alla, għal ideal bla fruntieri, għall-bniedem bla distinzjoni. Mingħajr ma tiċħad, anzi billi tħobb b’mod profond lil artek u l-valuri ġenwini tagħha, b’rispett sħiħ ta’ dawk ta’ ħaddieħor.

6. Ma nistax intemm din l-omelija mingħajr ma nindirizza kelma partikolari lill-ulied il-Knisja fil-pajjiżi Baski, li lilhom inkellem ukoll fil-laqgħat l-oħra mal-fidili ta’ Spanja.

Intom poplu għani b’valuri nsara, umani u kulturali: il-lingwa millenarja tagħkom, it-tradizzjonijiet u l-istitutuzzjonijiet tagħkom, is-sodizza u l-karattru moderat tan-nies tagħkom, is-sentimenti nobbli u ħelwin espressi f’kanzonetti tassew sbieħ, id-dimensjoni umana u nisranija tal-familja, id-dinamiżmu eżemplari ta’ tant missjunarji, il-fidi profonda ta’ dawn in-nies.

Naf liqegħdin tgħixu mumenti diffiċli, mill-punt di vista soċjali u reliġjuż. Naf l-isforz tal-Knejjes lokali tagħkom, tal-Isqfijiet, tas-saċerdoti, tal-erwieħ ta’ konsagrazzjoni speċjali u tal-lajċi, biex jagħtu orjentament nisrani lil ħajjitkom bl-evanġelizzazzjoni u l-katekeżi. Ninkuraġġikom minn qalbi f’dan l-isforz, u f’dak li twettqu favur r-rikonċiljazzjoni tal-ispirti. Din hija dimensjoni essenzjali tal-għixien nisrani, tal-ewwel kmandament ta’ Kristu li huwa l-imħabba. Imħabba li tagħmel aħwa u li għalhekk la tammetti barrieri u linqas distinzjonijiet. Għaliex il-Knisja, bħala Poplu uniku ta’Alla (cf. Lumen Gentium, 9) hija u għandja tkun dejjem sinjal u sagrament ta’ rikonċiljazzjoni fi Kristu. Fih “mhemmz iktar Lhudi linqas Grieg; mhemmx iktar raġel linqas mara, ladarba lkoll intom wieħed fi Kristu Ġesù” (Gal 3, 28).

Ma nistax nonqos li naħseb b’mod speċjali dwarkom iż-żgħażagħ. Ħafna għexu ideali kbar u wettqu opri meraviljużi; fl-imgħoddi u fil-preżent. Dawn huma l-maġġoranza l-kbira. Nixtieq infaħħarkom u nagħmlilkom dan ir-rigal quddiem ġeneralizzazzjoni possibbli jew akkużi nġusti. Imma disgrazzjatament, hawn ukoll dawk li jħallu lilhom infushom jiġu ttentati minn idejoliġiji materjalisti u ta’ vjolenza.

Irrid ngħidilhom b’imħabba u b’sodizza – u leħni hija dik ta’ min ġarrab personalment il-vjolenza – biex jirriflettu dwar triqthom: biex ma jħallux li jkunu strumentalizzati l-ġenerożità u l-altruwiżmu tagħhom. Il-vjolenza mhijiex mezz ta’ kostruzzjoni, toffendi lil Alla, toffendi lil min iġarrabha u lil min jipprattikaha.

Mill-ġdid għal darb’oħra ntenni li l-kristjaneżmu jiġbor fih u jagħraf il-ġlieda nobbli u ġusta għall-ġustizzja fil-livelli kollha, iżda tipprojbixxi li tfittex soluzzjonijiet għat-toroq tal-mibegħda u tal-mewt (cf. Ġwanni Pawlu II, Homilia in urbe Drogheda habita, die 29 sept. 1979: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, II,2 [1979] 422ss).

Maħbubin insara tal-pajjiż Bask: nixtieq nassikurakom li għandkom post fit-talb tiegħi u f’imħabbti; li nagħmel tiegħi il-ferħ tagħkom u t-tbatijiet tagħkom. Ħarsu ‘l quddiem. Tħobbu xejn mingħajr Alla u żommu t-tama.

Nixtieq li jibqà fil-bliet tagħkom, fil-widien u l-muntanji sbieħ tagħkom l-eku maħbub u amikevoli ta’ leħni biex jirripetilkom: Guztioi nere agurrik beroena! Pakea zuei! Iva, it-tislima kordjali tiegħi lilkom ilkoll! Il-paċi magħkom!

Jalla l-Verġni Marija, fix-xbihat kollha li bihom hija meqjuma f’din l-art, takkumpanjakom dejjem. Hekk ikun.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: