VIAĠĠ APOSTOLIKU FI SPANJA
ĊELEBRAZZJONI TAL-KELMA U GĦOTI Tal-KURĊIFISSI LILL-MISSJUNARJI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Javier, 6 ta’ Novembru 1982
Venerabbli ħuti fl-Episkopat,
għeżież ħuti.
1.F’dan il-post fejn kollox jitkellem dwar San Franġisk Saverju, dan il-qaddis kbir minn Navarre u Spanjol universali, insellem qabel xejn lir-Ragħaj tad-dijoċesi, lill-Isqfijiet li ġew minn żoni oħra ta’ Spanja, lis-saċerdoti, lill-missjunarji rġiel u nisa, flimkien mal-familji tsagħhom, u lill-komunità u l-iskola apostolika tal-Kumpanija ta’ Ġesù li, b’tant żelu, tieħu ħsieb dan il-post u ta’ dan is-Santwarju.
F’din il-laqgħa popolari u missjunarja magħkom, ulied ilkoll ta’ Navarra u ta’ Spanja, irrid inqim il-patrimonju tal-valuri umani nobbli u tal-virtujiet insara solidi tan-nies ta’ din l-art, Irrid nesprimi l-gratitudni profonda tas-Santa Sede lill-Knisja ta’ Spanja għall-opra kbira tagħha ta’ evanġelizzazzjoni; opra li għaliha wlied Navarra taw kontribut tant notevoli.
Pijuniera tal-evanġelizzazzjoni f’tant oqsma – mhux biss dawk miftuħa minn Saverju, imma b’mod speċjali dawk tal-Amerka Latina, tal-Filippini u tal- Guinea Ekwatorjali –, il-Knisja Spanjola tkompli tagħti kontribut importanti lil din l-evanġelizzazzjoni bit-23,000 missjunarji rġiel u nisa attwali tagħha operanti fil-latitudnijiet kollha.
Il-Knisja Spanjola La Chiesa saret kreditriċi tal-gratitudni tas-Sedja Apostolika wkoll minħabba l-fatt li hija waħda minn dawk li l-iktar jappoġġjaw, b’nies u b’għajnuna materjali, l-istrateġija tal-koperazzjoni fil-missjoni universali; u minħabba l-isforz tagħha ta’ animazzjoni missjunarja, li fiha, inizjattiva ta’ sinifikat għoli u ta’ ħila kbira huwa iċ-“Ċentru Missjunarhu Javier” eżistenti hawnhekk. Awturi ewlenin ta’ din il-koperazzjoni u ta’ din l-animazzjoni kienu l-Opri Missjunarji Pontifiċi, espressjoni ħajja tal-kuxjernza missjunarja tal-Knisja, mal-kollaborazzjoni tal-Istituti reliġjużi u missjunarji. Min-naħa tagħha, il-Konferenza Episkopali, bid-dokument dwar ir-“Responsabiltà Missjunarja tal-Knisja Spanjola”, ta’ tliet snin ilu, tat impuls ġdid lill-animazzjoni missjunarja tal-pastorali.
2. Naf li l-kampanja tad-DOMUND riċenti, kellha bħala kunsinna: “Il-Papa l-ewwel missjunarju”.
Iva, fil-Knisja essenzjalment missjunarja, il-Papa jħoss ruħu l-ewwel missjunarju u responsabbli tal-azzjoni missjunarja, kif urejt fil-messaġġ tiegħi minn Manaus, fil-Brażil.
Għalhekk, ladarba nħoss din ir-responsabiltà personali u ekkleżjali, ridt niġi f’Javier, benniena u Santwarju tal-“Appostlu tal-ġnus ġodda” u “patrun ċelesti tal-missjunarji rġiel u nisa kollha u tal-missjonijiet kollha” (cf. AAS 20 [1928] 147 s.; ASS [1903-1904] 580 ss) u patrun ukoll tal-Opra għall-Propagazzjoni tal-Fidi. Niġi biex niġbor l-ispirtu missjunarju tiegħu, u biex nitlob il-patroċinju tiegħu fuq il-proġetti missjunarji tal-pontifikat tiegħi. Saverju, barra minn dan, għandu relazzjoni partikolari mar-Ragħaj u responsabbli tal-Knisja; infatti jekk kull missjunarju, għaliex mibgħut mill-Knisja huwa sa ċertu punt mibgħut mill-Papa, Saverju kien mibgħut b’titlu speċjali bħala Nunzju jew Delegat papali fil-Lvant.
3.Il-liturġija tal-Kelma li qegħdin niċċelebraw biex nagħtu l-Kurċifiss lill-missjunarji l-ġodda, fil-preżenza wkoll tal-ġenituri u l-familjari tagħhom, iġġedded l-laqgħa u s-sejħa ta’ Ġesù lill-Appostli tiegħu – lil Pietru u Indri, Ġakbu u Ġwanni – qrib il-baħar tal-Galilea. Kienu sajjieda, u Ġesù qalilhom: “Ejjew warajja, se nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin”.
Dakinhar Kristu ma tahomx is-salib missjunarju, kif iżda nagħmlu aħna llum ma’ dawn il-missjunarji ġodda. Semgħu biss is-sejħa: “Ejjew warajja”. Fi tmiem il-pellergrinaġġ terren tagħhom ma’ Ġesù, kienu rċivew is-salib tiegħu, bħala sinjal tas-salvazzjoni. Bħala xhieda tat-Triq, tal-Verità u tal-Ħajja; xhieda li kellhom jikkonfermaw bil-predikazzjoni tagħhom, b’ħajjithom ta’ servizz u bl-olokawst ta’ mewthom.
L-Appostli kellhom jagħtu xhieda, u tawha, tal-fatt li “Ġesù huwa l-Mulej”, kif ifakkar San Pawl fl-ittra lir-Rumani (Rm 10, 10); u għal din il-fidi kellhom iwasslu lill-bnedmin kollha, għaliex Ġesù huwa l-Mulej ta’ kulħadd. Kif titwettaq din l-opra ta’ salvazzjoni? Iwieġed l-Appostlu: “Bil-qalb jemmen li jakkwista ġustizzja u bil-fomm jagħmel il-professjoni tal-fidi biex ikollu s-salvazzjoni” (Rm 10, 10).
Bħall-Appostli msejħa fil-bidu, intom ukoll, għeżież missjunarji, li, waqt li ssegwu l-passi tal-kbir Franġisku Saverrju, illum tirċievu l-kurċifiss missjunarju, tridu tassumu miegħu, pjenament u b’qalbkom kollha, is-servizz tal-fidi u tas-salvazzjoni.
San Pawl, waqt li jirreferi għall-opra tas-salvazzjoni, jagħmel numru ta’ mistoqsijiet ta’ attwalità kbira: “Kif jistgħu isejħulu mingħajr ma qabel ikunu emmnu fih? U kif jistgħu jemmnu, mingħajr ma jkunu semgħuh jitkellem? U kif jistgħu jisimgħuh jitkellem mingħajr xiħadd li jxandarulhom? . . .”. “Il-fidi – jżid iktar ‘il quddiem – mela tiddependi mill-predikazzjoni u l-predikazzjoni min-naħa tagħha tattwa ruħha bil-kelma ta’ Kristu” (Rm 10, 14.17).
B’liema disponibiltà u impenn weġibt int għal dan il-kliem, San Franġisk Saverju, bin din l-art! U kemm imitaturi kellek, tul is-sekli, fost il-kompatrijoti tiegħek u fost l-ulied l-oħra tal-Knisja f’popli oħra! Tassew “mal-art kollha nstemà leħinhom, u sa truf l-art il-kelma tagħhom” (Rm 10, 18).
4. Għeżież missjunarji rġiel u nisa li sejrin tirċievu l-Kurċifiss fl-ispirtu apostoliku ta’ Saverju: Kunu imitaturi tiegħu, bħalma hu kien ta’ Kristu!
Saverju kien mudell ewlieni ta’ missjunarji fil-linja tal-missjoni universali tal-Knisja. Il-motivazzjoni tiegħu hija l-imħabba evanġelika lejn Alla u l-bniedem, b’attenzjoni prinċipali għal dak li għandu valur prijoritarju: ruħu, fejn jintlagħab id-destin etern tal-bniedem: “X’jiswa infatti lill-bniedem li jirbaħ id-dinja kollha, jekk imbagħad jitlef ruħu?” (Mk 8, 36). Dan il-prinċipju evanġeliku jistimola ħajtu nterna. Iż-żelu għall-erwieħ huwa fih nuqqas ta’ sabar passjonali.
Ismà, kif Pawlu, l-istimolu nkontenibbli ta’ kuxjenza għal kollox responsabbli tal-mandat missjunarju u tal-imħabba ta’ Kristu (cf. 2 Kor 5, 14), lest jagħti ħajtu temporali għas-saħħa spiritwali ta’ ħutu (cf. Cartas y escritos de san Francisco Javier, F. Zubillaga, doc. 54, 4): “Min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu minħabba fija u l-Vanġelu, isalvaha” (Mk 8, 35). Din hija l-qawwa motivanti nkontenibbli li tanima id-dinamiżmu missjunarju stupend ta’ Franġisku Saverju.
Għandu l-għarfien ċar li l-fidi hija don ta’ Alla, u jibbaża l-fiduċja tiegħu fuq it-talb, li jipprattika b’regolarità, waqt li jakkumpanjaha b’sagrifiċċji u penitenzi; u jitlob ukoll lid-destinarji tal-ittri tiegħu l-għajnuna tat-talb tagħhom. Jimmudella l-identità tiegħu fuq l-aċċettazzjoni sħiha tar-rieda ta’ Alla u fuq il-komunjoni mal-Knisja u r-rappreżentanti tagħha, tradotta f’ubbidjenza u fedeltà ta’ messaġġier, grazzi għal dixxerniment fin; u jaġixxi dejjem b’viżjoni u orizzonti universali, f’sintonija mal-missjoni tal-Knisja, sagrament universali ta’ salvazzjoni. Iqiegħed max-xandir u mal-katekeżi, li jipprattika bħala xogħol fundamentali, ħajja qaddisa li tqiegħed l-aċċent fuq l-umiltà u l-fiduċja totali f’ Ġesù Kristu u fil-Knisja Omm qaddisa.
Il-karità tiegħu u l-metodi ta’ evanġelizzazzjoni, u konkretament is-sens tiegħu ta’ adattament għall-postijiet u għall-kulturi, kienu proposti bħala orjentament sikur għall-attività missjunarja tal-Kongregazzjoni “de Propaganda Fide”, waqt li rrakkomanda fit-taħriġ lill-ewwel vigarji apostoliċi ta’ Siam, Tonchino u Cocincina, il-ħajja u b’mod speċjali l-ittri ta’ Franġisku Saverju (cf. Instructio, 1659, in Sacrae Congregationis de Propaganda Fide, Memoria rerum, 1976, III/2, 704).
5. Il-preżenza konfortanti tagħkom, ġenituri u familji ta’ missjunarji rġiel u ta’ missjunarji nisa, tirrapreżenta hawn il-familja kattolika, li, konsistenti mal-fidi tiegħu, għandha ssir missjunarja. Waqt li nesprimilkom l-gratitudni awtentika tal-Knisja, irridkom li twassluha wkoll lill-familji tal-missjunarji kollha li qegħdin jaħdmu fl-għalqa tad-dwieli tal-Mulej.
Il-fsamilja nisranija, li topera diġa bħala missjunarja meta tippreżenta lil uliedha lill-Knisja biex tagħammidhom, għandha tkompli l-ministeru ta’ evanġelizzazzjoni u ta’ katekeżi, billi tedukom sa minn età l-iktar żgħira fl-għarfien missjunarju u fl-ispirtu ta’ koperazzjoni ekkleżjali. Li tikkultivaw il-vokazzjoni missjunarja fl-ulied subien u bniet tikkostitwixxi għall-ġenituri l-aħjar kollaborazzjoni għas-sejħa divina. U kemm drabi dan l-għarfien missjunarju tal-familja nisranija jwassalha biex issir b’mod dirett missjunarja permezz ta’ servizzi temporali, skont l-possibiltajiet tagħha. Familji nsara: stabru bil-mudell tal-Familja Mqaddsa, li ffavoriet b’attenzjoni delikata l-manifestazzjonijiet gradwali tal-missjoni redentriċi, nistgħu ngħidu missjunarja, ta’ Ġesù.
Irriflettu lilkom infusklom ukoll fl-azzjoni edifikanti tal-ġenituri ta’ Saverju. B’mod speċjali ta’ ommu, li kienu jafu mill-familja tagħhom Knisja domestika eżemplari. Id-drawwiet ta’ dik il-familja jirrivelaw attenzjoni profonda għall-ħajja tal-fidi, bid-devozzjoni qawwija lejn it-Trinità Qaddisa, għall-Passjoni ta’ Kristu u għal Omm Alla.
Waqt li segwew l-eżempju tal-familja ta’ Saverju, il-familji ta’ din il-Knisja ta’ San Firmino kienu sa ftit żmien ilu mixtla fertili ta’ vokazzjonijiet saċerdotali, reliġjużi u missjunarji. Maħbubin familji ta’ Navarra: hemm bżonn tirkupraw u tikkonservaw b’għira patrimonju hekk sublimi ta’ virtù u ta’ servizz lill-Knisja u lill-umanità!
6. Il-Papa għandu jagħmel lilu nnifsu kelliem permanenti tal-mandat nisrani ta’ Kristu. U jħoss id-dmir li jfakkru b’mod speċjali llum, meta qed jinnota, maġemb l-iżvilupp konsolanti tal-Knisja fost popli ta’ tradizjoni kattolika riċenti – min-naħa tagħhom diġa missjunarji – ix-xefaq ta’ tliet kwarti tal-umanità – il-biċċa l-kbira żgħażagħ – li ma jafux lil Ġesù, linqas il-programm tiegħu ta’ ħajja u ta’ salvazzjoni għall-bniedem; u l-ispettaklu nkwetanti ta’ ħafna li ċaħdu l-messaġġ nisrani u jew li għamlu lilhom infushom insensibbli għalih. Din il-panorama u r-ritmu li qed jiżdied tan-non kristjani jisfidaw lill-Knisja fi tmiem it-tieni millenju ta’ ħajjitha.
Ir-riflessjoni konċilljari tal-Vatikan II dwar is-sitwazzjoni tal-bniedem fid-dinja attwali, ħeġġet fil-Knisja l-kuxjenza ta’ dmirha missjunarju, dmir li jirrigwarda l-membri kollha u l-komunitajiet tagħha, fir-rigward tal-bnedmin u l-popli kollha.
Meta jitwettaq il-wieħed u għoxrin anniversarju tal-bidu tal-Konċilju, il-Knisja kollha – il-Papa, l-Isqfijiet, is-saċerdoti, ir-reliġjużi irġiel u nisa u l-lajċi, il-Poplu kollu ta’ Alla – għandhom jistaqsu lilhom infushom dwar it-tweġiba għas-sejħa missjunarja potenti tal-Ispirtu Santu permezz ta’ dak il-Konċilju. Qatt, mill-banda l-oħra, ix-xandaraa tal-Vanġelu ma kellhom possibiltajiet u mezzi maġġuri biex jevanġelizzaw l-umanità minkejja li f’nofs diffikultajiet mhux żgħar.
7. Il-karba ta’ Ġesù: “il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit” (Mt 9, 37), għadha llum ukoll tinkwierta l-Knisja. In-nuqqas aċċentwat tal-vokazzjonijiet, f’dawn l-aħħar għaxriet ta’ snin, f’tant Knejjes partikolari ta’ tradizzjoni missjunarja għanja, ukoll f’din l-arċidijoċesi u f’dijoċesijiet u Istituti reliġjużi u missjunarji oħra ta’ Spanja u ta’ pajjiżi oħra, għandhom jinbuttaw lir-Rgħajja kollha u lill-operaturi tal-pastorali, kif ukoll lill-familji nsara, biex jissensibilizzaw liż-żgħażagħ dwar id-disponibiltà tagħhom biex jikkollaboraw għax-xandir tal-Vanġelu, billi jgħinuhom jagħrfu s-sejħa ta’ Ġesù u jilqgħuha bħala grazzja ta’ preferenza.
Għaliex intom, għeżież żgħażagħ, intom it-tama tal-Knisja. Tħobbu l-konsistenza inkarnata u attwalizzata tal-fidi tagħkom? Meta kattoliku jsir konxju tal-fidi tiegħu, isir missjunarju.
Inklużi bħalma intom fil-Ġisem mistiku ta’ Kristu meta tistgħu tħossukom indifferenti quddiem is-salvazzjoni tal-bnedmin? Temmen fi Kristu jfisser temmen fil-programm tiegħu ta’ ħajja għalina. Tħobb lil Kristju jfisser tħobb lil dawk li jħobb hu u kif iħobbhom hu. Kristu biss għandu kliem ta’ ħajja eterna. U mhemmx isem ieħor li fih il-bnedmin u l-popli jistgħu jsalvaw lilhom infushom.
Tfittxu l-motivazzjoni għall-opra ta solidarjetà umana ikbar lejn ħutkom? Ma jeżistix servizz lill-bniedem li jistà jkun imqabbel mas-servizz missjunarju. Tkun missjunarju jfisser tgħin lill-bniedem biex ikun awtur liberu tal-promozzjoni tiegħu u tas-salvazzjoni tiegħu.
Tridu programm li jagħti sens sħiħ lil ħajjitkom u li jimla l-aspirazzjonijiet l-iktar nobbli tagħkom?
Hawn, żagħżugħ bħal ħafna minnkom, Saverju fetaħ lilu nnifsu għall-valuri u għall-meravilji tal-ħajja temporali, sakemm skopra l-misteru tal-valur suprem tal-ħajja nisranija; u għamel lilu nnifsu messaġġier tal-imħabba u tal-ħajja ta’ Kristu fost ħutu tal-popli kbar tal-Asja.
8. Żgħażagħ ta’ Navarra: il-javierada (pellegrinaġġ għas-Santwarju ta’ Javier) annwali tagħkom u l-appuntament annwali tal-missjunarji l-ġodda ta’ Spanja biex jirċievu l-Kurċifiss ħolqu il-“camino de Javier” (ir-rotta tal-pellegrinaġġ għal Javier); fejn il-laqgħa tagħkom mal-qaddis missjunarju universali jsir tgħannieqa ta’ rikonċiljazzjoni, tiġdid paskwali u impenn ta’ ħajja u ta’ kollaborazzjoni – ma’ Ġesù Kristu.
Żgħażagħ studenti u ħaddiema, ulied subien u bniet tal-familja kollha kattolika: l-orizzonti kbar tad-dinja mhix nisranija huma sfida għall-fidi u għall-umaneżmu tal-ġenerazzjoni tagħkom. Illum l-Ispirtu ta’ Alla jsejjaħ lil kulħadd għal sforz missjunarju ġeneruż u kostanti, ta’ sinjal ekkleżjali, biex jagħmel lill-popli kollha familja waħda, il-Knisja. Franġisku Saverju kiteb ukoll għalikom s-sejħa nsistenti tal-ittri tiegħu lill-Universitajiet ta’ żmienu, waqt li talab lill-professuri u lill-istudenti, għarfien u kollaborazzjoni missjunarja: “Ħafna drabi inħossni mqanqal mill-ħsieb li nmur fl-universitajiet tal-inħawi tagħkom, waqt li ngħajjat, bħal bniedem li tilef moħħu, u prinċipalment fl-università ta’ Pariġi, biex ngħid lil dawk tas-Sorbona . . .: Kemm erwieħ ma jirnexxilhomx jaslu għall-glorja u jmorru l-Infern minħabba t-traskuraġni tagħkom!” (Cartas y escritos de san Francisco Javier, F. Zubillaga, doc. 20, 8).
Żgħażagħ: Kristu għandu bżonnkom u qiegħed isejħilkom, biex tgħinu miljuni ta’ ħutkom biex ikunu għal kollox bnedmin u biex isalvaw lilhom infushom. Għixu b’dawn l-ideali nobbli f’ruħkom u ċċedux għat-tentazzjoni ta’ idejoloġiji tal-edoniżmu, tal-mibegħda u tal-vjolenza li jbaxxu lill-bniedem. Iftħu qalbkom għal Kristu, għal-liġi tiegħu ta’ mħabba, bla ma tikkundizzjonaw d-disponabiltà tagħkom, bla biżà tat-tweġibiet definittivi, sabiex l-imħabba u l-ħbiberija ma jinżlu qatt.
9. Waqt li twieġbu għas-sejħa tal-Ispirtu permezz tal-Knisja, la tinsewx dak li fl-ordni tal-valuri u tal-mezzi jokkupa l-ewwel post: it-talb u l-offerta tas-sagrifiċċji tagħkom. Il-fidi u s-salvazzjoni huma don ta’ Alla li hemm bżonn nitolbu. Mat-talb għandu jingħaqad l-isforz u s-sagrifiċċju biex ngħixu ta’ kuljum il-meravilji tal-imħabba nisranija.
F’San Franġisk Saverju u f’Santa Teresa ta’ Lisieux għandna żewġ interċessuri kbar. Jekk Santa Teresa, bħalma stqarret hija stess ma’ ħutħa, kisbet permezz ta’ San Franġisk Saverju l-grazzja biex tkompli tferrex mis-sema xita ta’ ward fuq l-art, u għenet tant lill-Knisja fl-attività missjunarja tagħha, għaliex m’għandniex aħna nistennew l-istess mingħand il-qaddis missjunarju?
Franġisku Saverju offra bla dubju l-aħħar talb tiegħu fid-dinja u l-olokawst ta’ ħajtu, f’art Ċiniza, ġewwa Sancián, għall-poplu kbir taċ-Ċina li tant ħabb u li ddispona lilu nnifsu biex jevanġelizzaha b’tama bla biżà. Ejjew ngħaqqdu t-talb tagħna mal-interċessjoni tiegħu għall-Knisja fiċ-Ċina, li hija oġġett ta’ solidarjetà speċjali u tama tal-familja kattolika kollha.
Mal-interċessjoni qawwija taż-żewġ Patruni tal-Missjonijiet nirrakkomandaw illum: il-għana ta’ impuls evanġelizzatur enerġetiku tal-Knisja kollha, il-fjoritura fertili ta’ vokazzjonijiet missjunarji u d-dispożizzjoni nobbli tal-popli kollha biex jisperimentaw il-valur suprem u t-tama kbira li Kristu u l-Knisja tiegħu jirrapreżentaw għall-bnedmin kollha.
10. Lill-missjunarji imitaturi ta’ Saverju, lesti li jitilqu, u għal dawk li jħossu s-sejħa ta’ Kristu biex jaħdmu fil-missjoni tiegħu, nirripeti l-kliem ta’ San Pawl li ispiraw din il-liturġija: “Kemm huma sbieħ riġlejn dawk li jġorru aħbar ferrieħa ta’ ġid” (Rm 10, 15). B’dan il-kliem jiena nibgħatkom għax-xogħol missjunarju.
L-isforz biex tħabbru l-Bxara t-Tajba huwa d-dmir ta’ kuljum tal-Knisja, li jżejjinha bħala Għarusa, fidila u bla riservi lejn l-Għarus tagħha. Aċċettaw, mela, parti minn dan l-isforz li jżejjen il-Knisja.
Morru! Xerrdu l-Bxara t-Tajba sa truf id-dinja! Morru u xandru: “Ġesù hu l-Mulej”. “Alla qajmu mill-Imwiet”. Fih is-salvazzjoni! Omm Ġesù u l-Knisja jakkumpanjaw dejjem il-passi tagħkom. U takkumpanjakom ukoll il-barka kordjali tiegħi.
Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb