Ġwanni Pawlu II f’Ċelebrazzjoni Marjana

Print Friendly, PDF & Email

 VJAĠĠ APOSTOLIKU FI SPANJA
ĊELEBRAZZJONI TAL-KELMA U ATT MARJAN NAZZJONALI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Saragozza, 6 ta’ Novembru 1982

Għeżież ħuti fl-Episkopat,
għeżież ħuti.

1. It-toroq marjani jeħduni llum wara nofsinhar gewwa Saragoża. Fil-vjaġġ apostoliku tiegħu fuq l-art Spanjola, il-Papa huwa llum pellegrin fuq ix-xtut tal-Ebro. Fil-belt marjana ta’ Spanja. Fis-Santwarju ta’ Sidtna s-Sinjura tal-Pilar.

Hekk qiegħed nara titwettaq aspirazzjoni, li ili żmien nixtieq naraha titwettaq, dik li ninxteħet bħala iben devot ta’ Marija quddiem il-Pilar sagru. Biex nirrendi l-qima filjali tiegħi lil din l-Omm twajba u biex nirrendihielha magħqud mar-Ragħaj ta’ din id-dijoċesi, Isqfijiert oħrajn u magħkom, għeżież Aragoniżi, Kastiljani u l-Ispanjoli kollha, f’dan l-att marjan nazzjonali.

Pellegrin sa dan is-Santwarju bħal fil-vjaġġi apostoliċi tiegħi preċedenti li ħaduni Guadalupe, Jasna Gora, Knock,  Sidtna Sinjura tal-Afrika, Notre Dame, Altötting, La Aparecida, Fátima, Luján u Santwarji oħra, postijiet privileġġjati ta’ laqgħa ma’ Alla u ta’ mħabba lejn Omm il-Mulej u Ommna.

Ninsabu f’art Spanjola, bir-raġun imlaqqma bħala l-art ta’ Marija. Naf li, f’ħafna postijiet ta’ dan il-Pajjiż, id-devozzjoni marjana tal-fidili ssib l-espressjoni  konkreta tagħha f’tant Santwarji tant meqjuma.

Ma nistgħux niftakruhom kollha. Iżda, kif nistgħu ma ninxteħtux spiritwalment, b’imħabba riverenti quddiem l-Omm ta’ Covadonga, ta’ Begoña, ta’ Aránzazu, ta’ Ujué, ta’ Monserrat, ta’ Valvanera, tal-Almudena, ta’ Guadalupe, tal- Indifiżi, tal-Lluch, tar-Rocío, tal-Pino?

Ta’ dawn is-Santwarji kollha u tal-oħrajn, xejn inqas venerabbli, fejn tiltaqgħu spiss fl-imħabba lejn l-Unika Omm Ġesù u Ommna, illum il-Pilar huwa simbolu. Simbolu li jiġborna madwar Dik li, f’kull parti ta’ Spanja, ilkoll issejħu bl-istess isem: Omm u Sinjura tagħna.

2.Fuq il-passi ta’ tant miljuni ta’ fidili li ġew qabli, niġi bħala l-ewwel Papa pellegrin fil-Pilar, bħala simbolu tal-Knisja pellegrina tad-dinja kollha, biex inqiegħedni taħt il-protezzjoni ta’ Ommna, biex ninkoraġġikom fl-imħabba radikata sewwa tagħkom lejn il-Madonna, biex Nizzi ħajr lil Alla għall-preżenza singulari ta’ Marija fil-misteru ta’ Kristu u tal-Knisja , u biex inqiegħed f’idejha u f’qalbha il-preżent u l-futur tan-Nazzjon tagħkom u tal-Knisja fi Spanja  .

Il-Pilar u t-tradizzjoni tiegħu jfakkrukom l-fażijiet ewlenin tal-evanġelizzazzjoni ta’ Spanja.

Dakl it-tempju ta’ Sidtna, li, fil-waqt tar-rikonkwista ta’ Saragozza, l-Isqof tagħha ndika bħala ta’ valur ħafna għal qdusija u dinjità, li kien oġġett ta’ qima diġa għal diversi sekli qabel, isib il-kontinwità tiegħu fil-Bażilika marjana attwali. Minn ġo fiha għadhom jgħaddu moltitudnijiet ta’ wlied il-Madonna, li jiġu biex jitolbu quddiem x-xbiha tagħha u biex iqimu l-Pilar imbierek.

Dan il-wirt ta’ fidi marjana ta’ tant ġenerazzjonijiet, għandu jikkonverti ruħu mhux biss fit-tifkira ta’ passat, imma f’punt tat-tluq lejn Alla. It-talb u s-sagrifiċċji offruti, il-vitalità vibranti ta’ poplu, li jesprimi quddiem Marija l-ferħ, in-niket u t-tamiet sekulari tiegħu huma ġebel ġdid li jgħollu d-dimensjoni sagra ta’ fidi marjana.

Għaliex f’din il-kontinwità reliġjuża l-virtù tiġġenera virtù ġdida. Il-grazzja tattira grazzja. U l-preżenza regolari ta’ Santa Marija tkompli tifrex għeruqha tul is-sekli, billi tispira u tinkuraġġixxi l-ġenerazzjonijiet suċċessivi. B’dan il-mod jissaħħaħ ‘il fuq it-tlugħ diffiċli ta’ poplu.

3. Aspett karatteristiku tal-evanġelizzazzjoni fi Spanja huwa l-għaqda profonda tagħha mal-figura ta’ Marija. Permezz tagħha, taħt forom differenti ta’ ħniena, wasal lil ħafna nsara d-dawl tal-fidi fi Kristu, Bin Alla u Marija. U kemm insara jgħixu llum il-komunjoni tagħhom ta’ fidi ekkleżjali sostnuti mid-devozzjoni lejn Marija, li saret b’dan kolonna ta’ din il-fidi u gwida sikura lejn is-salvazzjoni!

Waqt li nfakkar din il-preżenza ra’ Marija, ma nistax nonqos li nsemmi l-opra mportanti ta’ Sant’Ildefonso ta’ Toledo “Dwar il-verġinità perpetwa ta’ Santa Marija”, li fiha esprima l-fidi tal-Knisja dwar dan il-misteru. Waqt li juża formula preċiża jgħid: “Verġni qabel il-miġja tal-Iben, verġni wara l-ġenerazzjoni tal-Iben, verġni bil-miġja tal-Iben, verġni wara li l-Iben twieled” (S. Hildefonso da Toledo, De virginitate perpetua Sanctae Mariae, 1: PL 96, 60).

Il-fatt li l-ewwel stqarrija kbira Spanjola dwar il-Madonna kienet difiża tal-verġinità ta’ Marija, kien deċiżiv għall-immaġni li l-Ispanjoli għandhom tagħha, li huma jsejħu “il-Verġni”, jiġifieri, il-Verġni per eċċellenza.

Biex jilluminaw il-fidi tal-kattolċi Spanjoli tallum, l-Isqfijiet ta’ dan in-Nazzjon u l-istess Kummissjoni Episkopali għad-Duttrina tal-Fidi fakkru s-sens rejalistiku ta’ din il-verità tal-fidi (cf. Nota, die 1 apr. 1978). B’mod verġinali, “mingħajr intervent ta’ raġel u bl-opra tal-Ispirtu Santu” (Lumen Gentium, 63), Marija tat in-natura umana lill-Iben etern tal-Missier. B’mod verġinali twieled minn Marija ġisem qaddis animat minn ruħ razzjonali, li magħha l-Verb ingħaqad ipostatikament.

Din hija l-fidi li l-Kredu abbundanti ta’ Sant’Epifanju esprima bit-terminu “dejjem verġni” (Denz-Schön., 44) u li l-Papa Pawlu IV artikola fil-formula “qabel it-twelid, fit-twelid u b’mod perpetwu wara t-twelid” (Ivi. 1880). L-istess li jgħallem Pawlu VI: “Nemmnu li Marija hija l-Omm, dejjem Verġni, tal-Verb Inkarnat”” (Pawlu VI, Credo, Populi Dei, die 30 iun. 1968).

Dik li għandkom iżżommu dejjem fil-wisgħa kollha tagħha.

L-imħabba lejn il-Madonna kienet fl-istorja tagħkom eċċitament ta’ kattoliċità, imbuttat lin-nies ta’ Spanja lejn devozzjoni solida u għad-difiża bla biżà tal-kobor ta’ Marija, b’mod speċjali l-Immakulata Konċezzjoni tagħha.F’tali mħabba afdaw poplu, korporazzjonijiet, fratellanzi u istituzzjonijiet universitarji ta’ din il-belt, ta’ Barċellona, Alcalá, Salamanca, Granada, Baeza, Toledo, Santiago u oħrajn. U huwa dan li mbotta wkoll biex jittrasferixxi d-devozzjoni marjana fid-Dinja l-Ġdida skoperta minn Spanja, li taf li rċevieta mingħandha, u qiegħda żżommha  ħajja ħafna.

Dan il-fatt iqanqal hawn, fil-Pilar, diwi ta’ komunjoni profonda quddiem il- patruna tal-Ispanità.

Qiegħed nieħu pjaċir niftakru llum, għaxar snin mill-ħames ċentinarju tal-iskoperta u tal-evanġelizzazzjoni tal-Amerika. Appuntament li għalih il-Knisja ma tistax tonqos

4. Il-Papa Pawlu VI kiteb li “fil-Verġni Marija kollox huwa riferut għal Kristu u kollox jiddependi minnu” (Pawlu VI, Marialis Cultus, 25). Dan għandu applikazzjoni speċjali fil-kult marjan. L-iskopijiet kollha li nsibu f’Marija, biex nagħtu ġieħ lill-kult tagħha, huma don ta’ Alla, sabiex tkun Omm il-Verb. U l-kult kollu li noffrulha ifawwar bil-glorja ta’ Kristu, u fl-istess ħin il-kult stess ta’ Marija jiggwidana lejn Kristu.

Sant’Ildefonso ta’ Toledo, ix-xhud l-iktar antik ta’ din il-forma ta’ devozzjoni li hu jsejjaħ “skjavitù marjana”, jiġġustifika l-kondizzjoni tagħna ta’ skjavi ta’ Marija minħabba l-kawża tar-relazzjoni singulari li ġħandha hi rispett ta’ Kristu: “Minħabba dan jiena skjav tiegħek, għaliex Sidi huwa Ibnek. Għal dan inti Sidti, għaliex int l-iskjava tal-Mulej. Minħabba f’hekk jiena l-iskjav tal-iskjava tal-Mulej, għaliex inti ġejt magħmula Omm Sidek.  Għal dan jien ġejt magħmul skjav, għaliex int ġejt magħmula omm Dak li ħalaqni” (S. Hildefonso da Toledo, De virginitate perpetua Sanctae Mariae, 12: PL 96, 106).

Kif inhu ovvju. Dawn ir-relazzjonijiet reali eżistenti bejn Kristu u Marija jagħmlu iva li l-kult marjan għandu lil Kristu bħala oġġett aħħari. Dan jarah biċ-ċarezza kollha l-istess Sant’Ildefonso: “Infatti jirreferixxi ruħu għall-Mulej dak li jaqdi lill-iskjava; hekk jasal sal-Iben dak dak li joffri ruħu lill-Omm; hekk imur għas-Sultan l-unur li jirrendi bis-servizz lis-Sultana” (S. Hildefonso da Toledo, De virginitate perpetua Sanctae Mariae, 12: PL 96,108). Wieħed jifhem allura d-destinatarju doppju tax-xewqa li l-istess Qaddis jifformula, waqt li jitkellem dwar il-Verġni Santissma: “Ippermettili li noffri lili nnifsi lil Alla u lilek, li nkun skjav ta’ Ibnek u tiegħek, li naqdi lil Sidek u lilek” (Ivi.: 12: PL 96, 105).

Ma jonqsux ir-riċerkaturi li jemmnu li jistgħu jsostnu li l-iktar popolari fost it-talb lil Marija – wara l-“Ave Marija” – kienet komposta fi Spanja, u li l-awtur tagħha kien l-Isqof ta’ Campostela, San Pietru ta’ Mezonzo, fi tmiem l-X seklu, jiġifieri s-“Salve Regina”.

Din it-talba tilħaq il-quċċata fit-talba: “Urina lil Ġesù”.Dan huwa kemm Marija twettaq kostantament, kif inhu raffigurat fil-ġest ta’ tant xbihat tal-Verġni, imxerrdin fil-bliet u l-irħula ta’ Spanja. Hi, b’Binha f’dirgħajjha, bħal hawn fil-Pilar, tindikahulna bla taqtà bħala “it-triq, il-verità u l-ħajja” (Ġw 14, 6). Kultant, bl-Iben, mejjet fuq irkubbtejha, ifakkarna l-valur infinit tad-demm tal-Ħaruf imxerred għas-salvazzjoni tagħna (cf. 1 Pt 1, 18 s; Ef 1, 7). F’okkażjonijiet oħra, ix-xbiha tagħha, waqt li tinklina lejn il-bnedmin, tqarreb lejna lil Binha u ġġegħelna nħossu l-viċinanza ta’ min huwa rivelazzjoni radikali tal-ħniena (cf. Ġwanni Pawlu II, Dives in Misericordia, 8) waqt li turi ruħha hekk, turi ruħha bħala Omm il-ħniena (cf. Ivi. 9).

Ix-xbihat ta’ Marija b’dan il-mod jiġbru tagħlim evanġeliku ta’ mportanza primarja. Fix-xena tat-Tieġ ta’ Kana, Marija qalet lill-qaddejja: “Agħmlu dak li jgħidilkom” (Ġw 2, 5). Is-sentenza tistà tidher limitata għal sitwazzjoni tranżitorja. Bdanakollu, kif jenfasizza Pawlu VI (cf. Pawlu VI, Marialis Cultus, 57), il-kamp tat-tifsira tagħha huwa ferm iktar superjuri: din hija eżortazzjoni permanenti sabiex ninfetħu għat-tagħlim ta’ Ġesù. Hekk hija għandha konsonanza mal-leħen tal-Missier fuq it-Tabor: “Dan huwa Ibni l-għażiż li fih tgħaxxaqt, Isimgħuh!” (Mt 17, 5).

Dan kollu janima x-xefaq tagħna lejn prospettivi mhux faċli. Il-pjan ta’ Alla fi Kristu kien li jirrendina konformi max-xbiha ta’ Ibnu, sabiex hu jkun “l-ewwel wild fost ħafna aħwa” (Rm 8, 29). Kristu ġie fid-dinja “sabiex nirċievu l-addozzjoni” (Gal 4, 5), biex nirbħu l-“poter li nsiru wlied Alla” (Ġwv 1, 12). Perrmezz ral-grazzja aħna wlied Alla u, imwaqqfa fuq ix-xhieda tal-Ispirtu Santu, nistgħu ngħidu: Abbà, Missier! (cf. Rm 8, 15 s; Gal 4, 6 s). Ġesù għamel iva li, bil-mewt u l-qawmien mill-imwiet tiegħu, Missieru jkun Missierna (cf. Ġw 20, 17).

U sabiex il-fratellanza tagħna miegħu tkun kompluta, ried ukoll li l-Omm Santissma tiegħu tkun l-Omm spiritwali tagħna. Din il-Maternità, sabiex ma tirriduċix ruħha għal sempliċi titlu ġuridiku, twettqet, bir-rieda ta’ Kristu, permezz ta’ kollaborazzjoni ta’ Marija fl-opra feddejja ta’ Ġesù, jiġifieri “għar-restawr tal-ħajja soprannaturali tal-erwieħ” (Lumen Gentium, 61).

5. Missier u omm jakkumpanjaw lil uliedhom b’attenzjoni. Jisfurzaw b’azzjoni edukattiva kostanti. Għal dan id-dawl jakkwistaw is-sens sħiħ tagħhom l-ilħna miftehma tal-Missier u ta’ Marija: “Isimgħu lil Ġesù, agħmlu dak li jgħidilkom. Dan huwa l-parir li kull wieħed u waħda minna għandna nfittxu li nassimilaw, u li għalih sa mill-bidu tal-pontifikat tiegħi ridt nagħmel eku: “La tibżgħux; iftħu l-bibien lil Kristu! (cf. Insegnamenti di Giovanni Paolo II, I [1978] 35 ss).

Marija, min-naħa tagħha, hija l-eżempju suprem ta’ dan l-atteġġjament. Għall-bxara tal-anġlu, twieġeb b’iva inkondizzjonata: “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej. Ħa jsir minni skont kelmtek” (Lq 1,38). Hi tinfetaħ għall-Kelma eterna u personali ta’ Alla, li f’ġufha ħadet il-ġisem uman. Dan l-ilqugħ, preċiżament, jirrendiha fertili: Omm Alla u Ommna, għaliex f’dak il-waqt tibda l-koperazzjoni tagħha fl-opra feddejja.

Din il-fertilità ta’ Marija hija sinjal tal-fertilità tal-Knisja (cf. Lumen Gentium, 63 s).

Waqt li ninfetħu għall-Kelma ta’ Kristu, waqt li nilqgħu lilu u l-Vanġelu tiegħu, kull membru tal-Knisja jkun fertili f’ħajtu nisranija.

6. Il-Pilar ta’ Saragozza minn dejjem kien meqjus bħala s-simbolu tal-qawwa tal-fidi tal-Ispanjoli. Ejjew ma ninsewx li l-fidi mingħajr l-opri hija mejta  (cf. Ġk 2, 26). Ejjew naspiraw għall-“fidi li taġixxi permezz tal-karità” (Gal 5, 6). Jalla l-fidi tal-Ispanjoli, fuq ix-xbiha tal-fidi ta’ Marija, tkun fertili u operanti. Jalla tkun imħeġġa lejn kulħadd, b’mod speċjali lejn dawk li huma l-iktar fil-bżonn: l-emarġinati, l-invalidi, il-morda u dawk li jbatu fil-ġisem u fir-ruħ.

Bħala suċċessur ta’ Pietru ridt inżurkom, maħbubin uliedi ta’ Spanja, biex ninkuraġġikom fil-fidi tagħkom u biex nimlikom bit-tama. Dmiri pastorali jobligani li nħeġġiġkom għal konsistenza bejn il-fidi tagħkom u ħajjitkom. Marija, li fil-velja ta’ Pentekoste intercediet sabiex l-Ispirtu Santu jinżel fuq il-Knisja naxxenti (cf. At 1, 14), tinterċedi issa wkoll. Sabiex dan l-Istess Spirtu jipproduċi rinnovament nisrani profond fi Spanja. Sabiex hi tkun taf tiġbor il-valuri kbar tal-wirt kattoliku tagħha u tiffaċċja b’mod qalbieni l-isfidi tal-futur.

7. Nizzi ħajr imħeġġeg lil Alla għall-preżenza singulari ta’ Marija f’din l-art Spanjola fejn ipproduċiet tant frott. U rrid, fl-aħħarnett, nirrakkomandalek, Verġni Santissma tal-Pilar, lil Spanja kollha, lil uliedha kollha u kull wieħed u waħda u lill-popli, il-Knisja fi Spanja, kif ukoll lill-ulied tan-nazzjonijiet Ispaniċi kollha.

Ave Marija,
Omm Kristu u l-Knisja!
Sliema, ħajja ħelwa u tama tagħna!

F’idejk il-lejla nafda
il-bżonnijuet tal-familji kollha ta’ Spanja,
il-ferħ tat-tfal, ix-xewqat taż-żgħażagħ,
il-preokkupazzjonijiet tal-adulti, in-niket tal-morda,
u x-xjuħija serena tal-anzjani.

Nafdalek il-fedeltà
u l-abnegazzjoni tal-ministri ta’ Ibnek,
it-tama ta dawk li jħejju lilhom infushom għal dan il-ministeru,
id-donazzjoni ferrieħa tal-verġni tal-monasteru,
it-talb u l-interess tar-reliġjużi rġiel u nisa,
il-ħajja u l-impenn ta’ dawk kollha li jaħdmu
għas-saltna ta’ Kristu f’din l-art.

F’idejk inqiegħed it-taħbit
u l-għaraq ta’ dawk li jaħdmu b’idejhom;
id-dedikazzjoni nobbli ta’ dawk li jittrażmettu dak li jafu
u l-isforz ta’ dawk li jitgħallmu;
il-vokazzjoni sabiħa ta’ dawk li bix-xjenza tagħhom
u s-servizz tagħhom, itaffu n-niket ta’ ħaddieħor;
id-dmir ta’ dawk li bl-intelliġenza tagħhom ifittxu l-verità.

F’qalbek inħalli l-aspirazzjonijiet
ta’ dawk li, permezz tal-attivitajiet ekonomiċi,
ifittxu bir-reqqa l-prosperità ta’ ħuthom;
ta’ dawk li, għas-servizz tal-verita, jinformaw
u jiffurmaw b’mod rett l-opinjoni pubblika;
ta’ dawk li fil-politika, fl-eżerċtu, fil-junjins(sindacati)
jew fis-servizz tal-ordni ċittadin,
jisilfu l-kollaborazzjoni onesta tagħhom
favur għixien flimkien ġust, paċifiku u sikur.

Verġni qaddisa tal-Pilar: żid il-fidi tagħna,
qawwi t-tama tagħna, ħeġġilna l-karità tagħna.
Għin lil dawk li jġarrbu disgrazzji,
dawk li jbatu minħabba s-solitudni, minħabba l-injoranza
jew minħabba l-ġuħ jew minħabba n-nuqqas ta’ xogħol.

Qawwi lid-dgħajfa fil-fidi.

Qanqal fiż-żgħażagħ d-disponabiltà
għal donazjoni sħiħa lil Alla.

Ipproteġi lil Spanja kollha u liċ-ċittadini tagħha, irġiel u nisa.
U assisti b’mod matern, o Marija,
lil dawk li jsejħulek bħala Patruna ta’ Spanja. Hekk ikun.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: