It-Tnejn, kien jidher li kollox għadu paċifiku f’Belfast, iżda l-Papa appella biex il-ftehim magħruf dak ‘tal-Ġimgħa l-Kbira’, jaqdi lil kulħadd, hekk kif hemm tħassib qawwi dwar il-futur ta’ dan il-ftehim. Dan kien ġie iffirmat fl-10 ta’ April 1998, li kellu jtemm tliet deċennji ta’ kunflitt diviżiv fl-Irlanda ta’ Fuq, kif ukoll diversi attakki terroristiċi fuq ir-Renju Unit.
Il-ġlied kellu l-għeruq tiegħu fl-istorja, hekk kif wara aktar minn tmien sekli ta’ ħakma Brittanika, fl-1922, l-Irlanda kisbet l-indipendenza. Madankollu, l-Irlanda ta’ Fuq, baqgħet parti mir-Renju Unit.
Tensjonijiet bejn nazzjonalisti Repubblikani li riedu jingħaqdu mal-Irlanda u l-unjonisti li riedu jibqgħu mar-Renju Unit wasslu għal tant tixrid ta’ demm mis-sittinijiet sad-disgħinijiet. It-tixrid tad-demm, magħruf lokalment bħala l-Inkwiet b’T’ kapitali, kien jinvolvi sparaturi, attakki b’bomba, u attakki oħra, li hu maħsub li qatel aktar minn 3,500 ruħ.
L-attakki kienu jinkludu dak msejjaħ il-“Bloddy Sunday” tal-1972, meta grupp Brittaniċi sparaw fuq dimostranti mhux armati li dakinhar qatlu aktar minn tnax-il ruħ, kif ukoll dak li kien attentat ta’ attakk terroriżmu li kważi kien qatel lill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Margaret Thatcher, meta l-Armata Repubblikana Irlandiża jew l-IRA għamlu attakk b’bomba fil-Grand Hotel tagħha f’Brighton, l-Ingilterra, fl-1984. “Tisma’ b’dawn l-atroċitajiet, b’dawn il-bombi, imma ma tistenniehomx li se jiġru lilek,” kienet qalet dak iż-żmien Margaret Thatcher lill-ġurnalisti wara l-isplużżjoni ta’ bomba li qatlet ħames persuni u weġġgħu għexieren oħra.
Eventwalment, il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, li kien sar minn Washington kien ġie ratifikat mill-gvernijiet f’Londra u f’Dublin preċiżament 25 sena ilu. Fil-ftehim hemm minqux “il-prinċipju tal-kunsens,” li jgħid li l-Irlanda ta’ Fuq tista’ fi kwalunkwe ħin tingħaqad mal-Irlanda jekk il-maġġoranza tan-nies miż-żewġ naħat jivvutaw favur.
Il-ftehim ta wkoll lill-Irlanda ta’ Fuq il-korp politiku tagħha, l-Assemblea tal-Irlanda ta’ Fuq, u waqqaf il-Kunsill Irlandiż Brittaniku, pjattaforma għal relazzjonijiet futuri bejn iż-żewġ pajjiżi. Jonathan Powell kien in-negozjatur ewlieni tal-Gran Brittanja. “Il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira kien, fl-aħħar mill-aħħar, ftehim biex ma naqblux. Ma solvietx il-problema. Xi nies fl-Irlanda ta’ Fuq iridu jkunu parti mir-Renju Unit, u oħrajn iridu jkunu parti mill-Irlanda magħquda. Ma stajniex insolvu dik il-problema. Dak li għamilna kien li nwaqqfu milli jinqatlu aktar nies biex jiġu segwiti dawk l-għanijiet,” saħaq.
Il-kelliem tal-Assemblea tal-Irlanda ta’ Fuq, Alex Maskey, jaqbel ma’ dak li qal Jonathan Powell. Huwa qed jipparteċipa fiċ-ċerimonji li qed jimmarkaw il-25 anniversarju tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira. “Kien kompromess onorevoli. Fih sfidi għal kulħadd. Iżda ma naqas l-ebda opinjoni politika profonda ta’ dawk preżenti. Lanqas ma fisser li l-futur se jkun faċli, iżda kien bidu ġdid”, fakkar.
Il-Prim Ministru Ingliż Rishi Sunak u l-President tal-Istati Uniti Joe Biden waslu t-Tlieta biex iniedu diversi jiem ta’ kommemorazzjonijiet biex itaffu t-tensjoni.
Il-livell tat-theddid tat-terroriżmu fl-Irlanda ta’ Fuq qed jiżdied. Dan l-aħħar sar attakk fl-armi fuq uffiċjal għoli tal-pulizija. Mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fl-2020, magħruf “Brexit” wara 47 sena ta’ sħubija, l-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira ġie taħt tensjoni.
L-istitutuzzjonijiet ta’ qsim tal-poter maħluqa mill-ftehim ilhom paralizzati għal aktar minn sena minħabba nuqqas ta’ qbil dwar il-kummerċ ta’ wara l-Brexit. Ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea qablu li jirrevdu l-arranġamenti. Iżda l-ftehim il-ġdid – Windsor Framework – għad irid jirċievi appoġġ mill-Partit Demokratiku Unjonista, il-partit influwenti favur l-Ingliżi fl-Irlanda ta’ Fuq.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/world/news/2023-04/good-friday-agreement-worries-mark-25-anniversary.html
Tħassib dwar il-ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira li qed jimmarka l-25 anniversarju milli sar