Il-kontribut tal-Knisja Kattolika fl-istorja
Kitba ta’ Joe Galea
Wara l-waqgħa ta’ Kostantinopli
L-ewwel kien fi żmien Leo l-Isauran. Leo III sar Imperatur Ruman (illum ngħidulu l-Imperu Biżantin) fl-717 meta l-Imperu tal-Lvant kien tassew f’periklu li jaqa’ biċċiet. Ħakkiema Islamiċi nvadew aktar minn nofs l-Imperu u n-nofs l-ieħor kien qed iżomm fuq ħajta. Il-Kalif kien qed jassedja l-istess Kostantinopli, il-kapitali u l-ikbar belt tal-Kristjaneżmu. B’azzjoni mgħaġġla, b’politika ta’ ħila u b’kuraġġ personali, Leo rnexxielu li jqajjem l-imperu mill-ġdid fuq saqajh hekk li żamm għal 7 sekli oħra. Kien l-akbar Imperatur sa minn Ġustinjanu.
Min-naħa tiegħu Leo kien lesti li jittortura u joqtol. Il-qerda u l-persekuzzjoni fakkret lin-nies li għexuha dwar il-martri fiż-żmien tal-persekuzzjonijiet mill-pagani. Ħlief fil-parti żgħira tal-Italja li kienet direttament taħt il-kontroll tal-Imperu tal-Punent din ir-rewwixta ta’ fanatiżmu qatt ma laħqet l-Ewropa tal-Punent. U dik il-parti Biżantina rribellat. Ħafna mill-Punent ħassew li l-Imperatur tal-Lvant kien abbuża mis-setgħa tiegħu.
Ix-xbihat aċċettati
Imbagħad ġie personaġġ mill-Lvant, Ġwanni ta’ Damasku, li artikola l-veru argument dwar l-użu tax-xbihat fil-Knisja. Fl-aħħar, it-Tieni Konċilju ta’ Nicea aċċetta l-pożizzjoni tiegħu li l-arti Ewropea tista’ tkun rappreżentatativa mhux biss b’mod ġometriku u dekorattiv.
Mela nżommu t-tradizzjoni kollha tal-Knisja, li għaddiet kemm bil-kitba kif ukoll bil-fomm. Waħda minnhom hi li tagħmel xbihat, li taqbel mal-istorja u mal-predikazzjoni tal-Vanġelu. It-tradizzjoni hi utli b’ħafna manjieri, imma l-aktar f’dan: li biha l-inkarnazzjoni tal-Kelma t’Alla hi murija bħala vera u mhux bħala fantasija. Hi l-Knisja Kattolika li għamlet possibbli l-arti tal-Punent u artisti tal-Punent ħallsu d-dejn tagħhom lejn Alla billi jiddedikaw ħajjithom għas-sevizz ta’ din il-Knisja.
Il-Katidral
Meta ndħlu f’xi wieħed mill-katidrali kbar Gotiċi naraw minnufih x’kien ifisser għall-poplu Nisrani li bniehom. Illum aħna nistgħu nibnu post u nsibu spazju f’rokna għal xi xogħol ta’ arti. Imma b’dak il-mod li nagħmlu l-affarjiet inħallu jistagħġeb lill-arkitett medjevali.
F’katidral Gotiku kull pulzier kwadru hu arti. U l-arti kollha tiġi flimkien b’mod meravijuż fuq l-istil Kattoliku. Il-perit ifassal il-forma tal-katidral. L-iskulturi mhux biss iżejnu bl-istatwi imma l-forma bil-kolonni, bit-travi, bit-tiżjin, anke bl-iċken aċċessorji. Artisti ta’ ħġieġ kulurit jimlew it-twieqi biex xbihat bid-dawl minn warajhom.
Fejn hemm ħitan vojta, il-pittura jgħattuha b’pitturi mill-Iskrittura, jew ħajjiet tal-qaddisin jew viżjonijiet tas-sema. Ma tonqosx il-kreattività, bħall-pulptu tal-Katidral ta’ Vjenna, fejn mal-puġġaman telgħin iż-żrinċijiet (it-tajbin) u neżlin il-ġrieden (il-ħżiena). L-orgni tal-katidral hu xogħol kbir meraviljuż tal-arti.

L-ilbies fil-liturġija hu rrakkmat b’mod sabiħ. Is-setting hu proprju għal-liturġija, li fiha nfisha hi waħda mill-aqwa opri ta’ arti, drama poetiku li fih tinfetaħ quddiemna l-istorja tas-salvazzjoni tagħna.
Arti li tgħin il-qima
L-arti mhix xi ħaġa li żżid dekorazzjoni għall-ħajja tar-reliġjon imma hi l-mod kif tingħax il-ħajja Nisranija. Meta jkollok ix-xorti li tidħol fi knisja medjevali, tiltaqa’ ma’ dinja fejn il-ħajja u l-arti huma inseparabbli. Hi dinja li fiha kibru, iffjorew u spikkaw l-artisti l-kbar tal-Medjuevu u tar-Rinaxximent. L-arti ffurmat l-idejat tagħhom mhux biss dwar kif se jidhru l-kapulavuri tagħhom, imma fejn jerfgħu il-qalb lejn is-sabiħ ta’ dak li hu sagru. Xi ħaġa li d-dinja tal-lum teħtieġ daqs qatt qabel!