Fjuri Olandiżi jiddekoraw u jimlew Pjazza San Pietru għal Ħadd il-Għid

Print Friendly, PDF & Email

“Nirringrazzjaw lil Alla għal dawn il-pjanti u l-fjuri sbieħ. U nitolbu għall-barka ta’ Alla fuq it-trasport u s-sewwieqa għal vjaġġ sigur.” Dan kien il-kliem tal-Isqof Hans van den Hende, tal-belt Olandiża ta’ Rotterdam, li hu magħruf għall-aqwa ġonna tal-fjuri l-aktar estensivi fid-dinja.

Il-ġimgħa li għaddiet, l-Isqof bierek il-vetturi li kien fihom għexieren ta’ eluf ta’ fjuri qabel ġew ittrasportati lejn il-Vatikan għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Ħadd il-Għid.

L-Isqof qal: “Hija xi ħaġa fantastika li dawn il-fjuri se jerġgħu jkunu Ruma. Għax l-Għid hija l-aktar festa mportanti li għandna bħala Nsara, peress li tiċċelebra l-qawmien ta’ Ġesù Kristu u r-rebħa Tiegħu fuq il-mewt. Huwa sabiħ li dawn il-fjuri ikkuluriti mill-Olanda se jkunu parti miċ-ċelebrazzjoni tal-Għid”.

Hekk kif l-Għid ġie kmieni din is-sena, l-arranġaturi tal-fjuri Olandiżi għażlu l-warda Avalanche bħala l-fjura ċentrali, li tidher b’abjad spettakolari u erba’ kuluri oħra. Fost pjanti u fjuri oħra hemm ukoll eluf ta’ tulipani Olandiżi użati f’dekorazzjonijiet u għexieren ta’ eluf ta’ basal tal-fjuri, li jgħaqqdu Pjazza San Pietru mal-artal, li dawn jiġu jixbħu l-immaġini tal-għelieqi tal-fjuri famużi fl-Olanda.

Bħas-soltu, l-isfar u l-abjad jisspikkaw, fejn juru l-kuluri rappreżentattivi tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan. Dan kollu jġib tbissima fuq wiċċ Alex van der Slot, li għal snin sħaħ id-ditta tiegħu kienet involuta fit-trasport annwali tal-fjuri lejn il-Vatikan mir-reġjun Olandiż tat-tkabbir tal-fjuri fl-Olanda t’Isfel.

Huwa spjega li dan kollu “beda b’inizjattiva minn ħbieb mill-partijiet Kattoliċi tal-Bollenstreek (Reġjun tat-tkabbir tal-basal tat-tulipani), inklużi l-belt ta’ Noordwijkerhout u Leiden fil-qrib.”  Van der Slot stqar li l-idea tagħhom kibret, “U issa huwa unur li nitħallew li nġibu l-fjuri kull sena lill-Papa.” Hija t-38 darba li ġabuhom il-Vatikan, fejn l-Olandiżi jkunu qed jistennew bil-ħerqa l-kliem tal-Papa: “Bedankt voor fe bloemen” jew “Grazzi tal-fjuri”.

Din is-sena wieħed minn dawk li ħadmu fid-dekorazzjoni tal-fjuri fil-Vatikan kien Malti.    

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2023-04/holland-floral-decorations-saint-peters-square-easter.html

%d bloggers like this: