Msoffija mill-imħabba. Kitba ta’ Fr Juan De Bono ocd

San Ġwann tas-Salib, kittieb diffiċli ?

Bosta huma tal-ideja li San Ġwann tas-Salib huwa kittieb ‘diffiċli’.

Imma jekk tanaliżża sew il-kitbiet tiegħu tintebaħ kemm San Ġwann tas-Salib ma hu diffiċli xejn.

Int tħobb ?

Il-kitbiet ta’ San Ġwann tas-Salib HUMA DIFFIĊLI BISS GĦAL MIN QATT MA ĦABB.

Ejjew nieħdu dan it-test tallum:

“L-erwieħ jiġu msoffija fil-ħajja l-oħra min-nar, imma hawn fuq l-art huma jiġu msoffija mill-IMĦABBA” (Lejl Mudlam II, 12, 1)

X’qiegħed igħid San Ġwann tas-Salib?

Sempliċi.

Il-ħtieġa li tinbidel fil-persuna li tħobb

Ara l-aħwa biex aħna nidħlu l-Ġenna BIL-FORS irridu nkunu liebsa l-libsa l-bajda, jiġifieri irridu nkunu liebsa l-virtuwijiet kollha, fil-mod sħiħ tagħhom.

Ma hemmx mod ieħor kif niġu ammessi għal Ġenna.

Biex naslu għal dan, ġaladarba n-natura tagħna ġiet korrotta mid-dnub, hemm bżonn ta’ process ta’ purifikazjoni.

Ħames tapep

San Ġwann tas-Salib, jispjega dan il-proċess li hu maqsum f’ħames tapep.

Issa l-bniedem jasal biex ibiddel għemilu waqt li għadu hawn, għax iħobb, u għax iħobb BISS.

L-IMĦABBA TBIDDEL LIL MIN IĦOBB FIL-PERSUNA LI JKUN IĦOBB.

Anki fuq livell uman, l-imħabba jekk tħallik dak li kont qabel ma ltqajt mal-persuna li bdejt tħobb mela mhux vera li tkun tħobb.

Aktar ma tħobb aktar tinbidel u ssir tixbah lil persuna li tkun tħobb.

Ma kontx tħobb il-minestra u tispiċċa tħobb il-minestra, ma kontx torqod tard, u tispiċċa toroqd tard, ma kontx tikkonsulta ma ħadd x’se tagħmel u tispiċċa dejjem tikkonsulta. U l-lista ma tispiċċa qatt.

MIN IĦOBB JINBIDEL FIL-PERSUNA LI JKUN IĦOBB.

Il-ħtieġa li l-imħabba tbiddlek dejjem aktar f’Alla

U L-ISTESS META INT TIBDA MIEXI FIT-TRIQ TA’ ALLA, INT JEKK TASSEW TKUN TĦOBB TISPIĊĊA TINBIDEL F’ALLA U GĦEMILEK ISIRU L-GĦEMIL TA’ WIEĦED (jew waħda) LI TEMMEN.

MELA FIL-ĦAJJA HI L-IMĦABBA LI SSAFFIK

Imma wara li mmutu se jkun in-nar tal-purgatorju li se jsaffik.

Infakkru 100 sena Duttur tal-Knisja

Nhar it-Tnejn 24 ta’ Awissu jaħbat il-100 sena minn mindu San Ġwann tas-Salib ġie ddikjarat Duttur tal-Knisja.

X’QIEGĦED (qiegħdha) TISTENNA BIEX TIDDEĊIEDI LI TIEĦU SEHEM FIL-QUDDIESA LI SE TIĠI ĊĊELEBRATA FIL-KNISJA SANTA TEREŻA, BORMLA FIS-6.30 ta’ filgħaxija

Emmnuni nħoss niket bħala patri li nara kemm diffikultajiet u ‘skużi’ dak li jkun iġib biex ma jieħux sehem f’funzjoni bħal din li tfakkar 100 sena minn mindu San Ġwann tas-Salib ġie ddikjarat Duttur tal-Knisja.

Fejn tħobb il-qalb jiġru r-riġlejn

Imbagħad tiġi kantanta li titħallas il-belli ewro u jimlewlek il-fosos.

Jiġi qassis li jagħmilha ta’ dj u jimlewlek ground nies.

Imbagħad tmur marċ tal-festi u ssibu mballat bin-nies.

Imbagħad tmur il-baħar f’xemx taqli l-ankri u tara lil kulħadd jitbellaħ fix-xemx.

Oh San Ġwann tas-Salib, tieħux għalik tafx……..

Xi trid tagħmel kompli hi…… hu paċenzja bħalma dejjem ħadt

Jekk tabbel ixxerja din il-posts mal-ħbieb.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading