Kull glorja, tifħir, u foħħrija lilek nagħtuk, o Ġesù, preżenti personalment u ħaj fis-Sagrament Imqaddes, fejn dawk kollha li huma bil-għatx, jiġu u jixorbu mill-għajn tas-salvazzjoni. (3 sek pawsa)
Mingħajr ma narak b’għajnejja, nemmen fik bid-dawl tal-fidi u nifraħ bil-Preżenza vera tiegħek, o Mulej; għax Inti tilqagħni b’diragħajn miftuħa u b’qalb mimlija mħabba, u bi kliem li għidt lil Tumas: “Henjin dawk li ma rawx u emmnu!”
Mingħajr ma narak, o Sinjur, inħobbok fis-Sagrament Imqaddes, għax il-presenza tiegħek hawn tgħidli li Inti tħobbni b’imħabba bla qies. (5 sek pawsa)
Żommni fidil lejn it-tagħlim tiegħek, o Ġesù; żommni leali lejn il-Knisja Mqaddsa tiegħek, u ubbidjenti lejn il-Papa tiegħek, Papa Ljun XIV; għax Int tajt awtorità sħiħa lill-Vigarju tiegħek fuq l-art. Għax Int sejjaħt lil Pietru: “Hieni”, u ddikjarajtu “Blata” li fuqha “nibni l-Knisja tiegħi”; filwaqt li wegħedt “lis-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex”. Inti afdajtlu “l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet”, u ordnajtlhu: “kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet”; u b’hekk tagħmel lil Pietru l-ewwel Papa meta huwa stqarr b’fidi ferma: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj”.
Silenzju 2min.
Innu:___________________________
Qari mill-Evanġelju skond San Mattew Mt 16, 13-20
F’dak iż-żmien, meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?”. U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti”.
“Imma intom min tgħidu li jien?”, staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj”. U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet. U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex. Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet”.
Imbagħad lid-dixxipli tiegħu wissiehom biex ma jitkellmu ma’ ħadd fuq li huwa l-Messija.
Il-Kelma tal-Mulej
Tifħir lilek Kristu
Silenzju 1 min
Mulej, int ħadt lill-appostli tiegħek lejn l-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, belt ġdida li kien bena Filippu bin Erodi l-kbir, belt li kien hemm kult ta’ diversi allat. U hemm f’dan il-post pagan, Inti tisfida lil appostli għal darba darbtejn: “Min jgħidu n-nies li jien?”…. “imma intom min tgħidu li jien?”
Persważ li din il-mistoqsija qed tagħmilha lil kull wieħed u waħda minna: ‘Min jien għalik?’ (5 sek pawsa)
Faċli li risposta tagħna tkun dak li tgħallimna mill-katekiżmu jew mill-klassi tar-reliġjon; dak li smajna dwaru minn xi priedka; jew li qrajna mill-Iskrittura. Imma fil-verita’ min hu Ġesù għalija??? (10 sek pawsa)
Pietru stqarr tassew min hu Ġesù, għax kien imnebbah mill-Missier tas-Sema: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj”. U għal din l-istqarrija ta’ fidi, o Sinjur, inti faħħart l-fidi ta’ Pietru, li kien imqanqal mill-Ispirtu qaddis ta’ Alla. Ejjew aħna lkoll inħallu l-Ispirtu jqanqalna, biex aħna wkoll naslu li nagħrfu min hu verament Ġesù. Ejjew f’dan il-mument inħarsu lejn Ġesù, u nħalluh jistaqsina: Inti min tgħid li jien? Min jien għalik?
Silenzju 3min
Fil-mument ta’ glorja għall-Pietru, Ġesù jħabbar x’kellha tkun il-missjoni ta’ Pietru fil-Knisja li Hu kellu jwaqqaf: “Inti Pietru u fuq din il-blata jiena nibni l-knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex. Lilek nagħti l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet”. Dan hu l-irwol ta’ qadi, ta’ tmexxija li kellu jircievi Pietru; u aħna nemmnu wkoll li ngħata lis-suċċessuri tiegħu, l-papiet, lir-rwol tat-tmexxija, u ta’ għaqda fl-imħabba u fil-fidi. (5 sek pawsa)
Fil-fatt Pietru, flimkien mas-suċċessuri tiegħu kellhom ikunu dawk li jmexxu l-Knisja matul is-sekli, bl-awtorità ta’ Alla u mqanqlin mill-Ispirtu s-Santu. Dawk li kellhom imexxu l-Knisja li tistqarr fil-passat, fil-preżent u fil-futur: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj”
Ejjew nilqgħu minn qalbna bħala don ta’ Kristu, tal-Papa bħala suċċessur ta’ Pietru. Ħalli miegħu verament nistqarru: “Mulej, Inti l-Messija, Inti tassew Bin Alla l-ħaj”
Silenzju 2min
Innu:_______________________
Talbiet tal-Komunitá
Inressqu t-talb tagħna, b’fiduċja sħiħa fil-Mulej li dejjem jisma’ dak li nitolbuh, jekk ikun ta’ ġid għalina.
Nitolbu għas-suċċessur ta’ San Pietru, l-Papa Ljun XIV, biex il-Mulej jagħtih l-għerf, l-imħabba, u l-paċenzja ħalli ma jieqaf qatt jaqdi, jaħdem għall-għaqda, u jwassal il-fidi. Nitolbu.
Nitolbu għall-Knisja, li Ġesù hu stess waqaf, li hija wkoll il-familja tiegħu: biex dejjem inkunu imnebbħin mill-Ispirtu tal-Mulej, nagħrfuh bħala l-Messija s-Salvatur. Nitolbu.
Nitolbu għas-saċerdoti kollha, biex ikomplu jagħtu servizz b’dedikazzjoni kbira, u jgħixu b’fedeltà l-vokazzjoni tagħhom. Nitolbu.
Nitolbu għall-familji biex ikunu dejjem benniena tal-fidi u l-imħabba. Nitolbu.
Nitolbu għall-erwieħ tal-purgatorju, b’mod speċjali għal dawk li m’għandhomx min jitlob għalihom: Mulej ħenn għalihom, u daħħalhom fis-sema pajjiżna . Nitolbu.
Ejjew issa nagħmlu t-talba personali tagħna
Kant: Dal Misteru