Minn Daniel Borg
Il-Vanġelu tal-lum jitkellem mil-Ispirtu s-Santu. Ġesu’ jsejjaħlu l-Paraklitu (Ġw 14, 15-17) dak li jikkonslana u jaqbeż għalina kontra l-ħażin u l-ħażen. Huwa ma jħallina qatt weħidna u jixtieq jgħammar fina. Il-Papa jgħidilna li Huwa paċenzjuż, u jibqa’ magħna anke meta naqgħu. Papa Franġisku jgħidilna li meta jikkoreġina jagħmel dan b’ ġentilezza. Huwa ħabib ta’ vera imma! Huwa ma jaħbilna xejn, jgħidilna x’għandna nibdlu u kif għandna nikbru. U meta jikkoreġina ma jumiljaniex, anzi jagħtina ċertezza li Alla se jkun magħna biex negħlbu id-diffikultajiet tagħna. U din ċertezza kbira!
Imma huwa wkoll difensur li jiddefendina: (a) kontra tagħna nfusna meta ma naħfrux lilna nfsuna u naħsbu li aħna falluti; (b) quddiem id-dinja li tarmi li dawk li ma jaqblux magħha; u (c) quddiem ix-xitan li jdaħħal il-firda, u li jagħmel minn kollox biex iġegħlna nħossuna mdejqin u ma aħna kapaċi għal xejn. U kif jagħmel dan? Biex ifakkarna li aħna dejjem l-ulied maħbuba ta’ Alla.
(Papa Fraġisku, Regina Caeli, 14/05/23)
Tista’ tara l-post fuq facebook hawn: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid034QP97sHbWWmSaiquDXw8rc2YT9RnKEuem3XVpA3KJHH9QktAcXJirmTPEqHevRPyl