L-Ispirtu li jilliberana minn kull biża’

Print Friendly, PDF & Email

Ħsieb minn Daniel Borg

L-Ispirtu li jilliberana minn kull biża’. Illum hija l-festa tal-Pentekoste! Il-Vanġelu tal-lum (Ġw 20,19-23) jitkellem mill-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli, u jeħodna lura fiċ-Ċenaklu fejn id-dixxiplu kienu “flimkien imbeżżgħa . . . bil-bibien magħluqa.”

Il-Papa imma jgħidilna li d-dixxipli ma kienux għalqu biss il-bibien taċ-Ċenaklu, imma anke tal-qlub tagħhom. U l-Papa jistaqsi: Min jaf kemm il-darba nagħmlu hekk aħwa wkoll, ningħalqu fil-preokkupazzjonijiet tagħna, biex niddefendu lilna nfusna, u tonqos fina t-tama. U dan jiġri meta nħallu l-biża’ tirkibna! Il-biża’ li ma jirnexxilniex nagħmlu xi ħaġa, il-biża’ li naffaċċjaw kull ġurnata b’dak kollu li ġġib magħha. Il-biża twaqqafna, tipparalizzana!

Il-biża tħallina weħidna. Il-biża’ ġġagħlna wkoll nibżgħu b’mod ħażin minn Alla, li se jikkastigana per eżempju. Il-biża tagħlaq il-qlub tal-qalb, tas-soċjeta, imma wkoll tal-Knisja! Imma l-Vanġelu jagħtina s-soluzzjoni: L-Ispirtu Qaddis! L-Ispirtu s-Santu jqarribna lejn Alla, idawwalna fil-mixja tagħna, jikkonslana, u jagħtina l-kuraġġ fid-diffikultajiet. Ejja Spirtu Qaddis!

(Papa Franġisku, Regina Caeli, 28/05/23)

Tista’ tara l-post fuq facebook hawnhekk: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0G5H1wv5yMoKUxEHNozGWWb8fsf1e7MrWuXnzniQHBQnEZ4z1JnKGzRPHaMaWiAnPl

%d bloggers like this: