Il-Papa jappella għas-solidarjetà għall-komunitajiet milquta miċ-ċiklun Mocha

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku appella lill-awtoritajiet biex jaċċessaw għall-għajnuna umanitarja biex jiffaċilitaw it-twassil tal-għajnuna lill-popli milquta miċ-ċiklun Mocha fil-Bajja ta’ Bengal. Waqt id-diskors tiegħu fir-Regina Coeli, tal-Ħadd li għadda, l-Papa nnota li “aktar minn 800,000 elf ruħ,” minbarra l-ħafna refuġjati Rohingya li qed jaħarbu mill-vjolenza fil-Myanmar u li qed jaslu l-Bangladesh huma f’“kundizzjonijiet prekarji”, huma fil-bżonn tal-għajnuna.

“Nistedinkom titolbu għan-nies li jgħixu fuq il-fruntiera bejn il-Myanmar u l-Bangladesh li ntlaqtu ħażin miċ-ċiklun,” qal il-Qdusija Tiegħu.

41 persuna tilfu ħajjithom, u madwar 700 ndarbu meta ċ-Ċiklun qawwi bl-isem ‘Mocha’, fl-14 ta’ Mejju, laqgħat l-art bejn Cox’s Bazar fil-Bangladesh u l-belt ta’ Kyaukpyu fil-Myanmar. Rapport tal-OCHA jistma li dan iċ-ċiklun affettwa madwar 5.4 miljun ruħ fil-Myanmar bi 3.2 miljun fil-bżonn ta’ għajnuna umanitarja.

Fil-Bangladesh, skont dak ir-rapport, iċ-ċiklun affettwa madwar 2.3 miljun ruħ, u qered madwar tnax-il elf dar. Livell ta’ ħtiġijiet għolja li kien jeżisti minn qabel ifisser li r-refuġajti Rohingya li jgħixu fil-kampijiet huma l-aktar affettwati.

“Filwaqt li nġedded is-simpatija tiegħi lejn dawn il-popolazzjonijiet, nappella lil dawk responsabbli biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-għajnuna umanitarja,” qal il-Papa Franġisku. Temm b’appell “għas-sens ta’ solidarjetà umana u solidarjetà ekkleżjali, biex jiġu megħjuna dawn l-aħwa tagħna”.  

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-05/pope-francis-appeal-myanmar-bangladesh-cyclone-humanitarian-aid.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading