“Inħeġġiġkom tkomplu bl-isforzi tagħkom biex tikkontribwixxu għal qawmien mill-ġdid tal-fidi u l-imħabba lejn l-Ewkaristija Mqaddsa, ‘l-għajn u l-quċċata tal-ħajja Nisranija’”. B’dan il-kliem, il-Papa Franġisku esprima l-gratitudni tiegħu lill-membri tal-Kumitat li qed iħejju għall-Kungress Ewkaristiku Nazzjonali li ġej fl-Istati Uniti tal-Amerika, għall-isforzi tagħhom biex jippromwovu l-imħabba lejn l-Ewkaristija.
“Tabilħaqq, l-Ewkaristija hija r-risposta ta’ Alla għall-ġuħ l-aktar profond tal-qalb tal-bniedem, il-ġuħ għall-ħajja awtentika, għax, fl-Ewkaristija, Kristu nnifsu jinsab tassew f’nofsna, biex imantnina, jikkonslana u jsostnina fil-mixja tagħna.”

Il-Papa lmenta, li “sfortunatament illum il-ġurnata, hemm dawk fost il-fidili Kattoliċi, li jemmnu li l-Ewkaristija hija aktar simbolu milli r-realtà tal-preżenza u tal-imħabba tal-Mulej”. Il-Qdusija Tiegħu ddeċida li s-sens proprju tal-adorazzjoni Ewkaristika qed jintilef dejjem aktar, u ħeġġeġ lill-fidili biex jiġġieldu din it-tendenza. Iktar minn hekk, ħeġġeġ, li jeħtieġ jingħata valur lill-anzjani, ħafna drabi mormija, u li, minflok, bit-talb u d-devozzjoni tagħhom, jagħtu eżempju sabiħ u qawwi ta’ fidi.
Il-Papa esprima x-xewqa tiegħu li jġib fuq quddiem it-tifsira vera tal-Ewkaristija.
“Hija t-tama tiegħi, li l-Kungress Ewkaristiku jispira lill-Kattoliċi madwar il-pajjiż biex jiskopru mill-ġdid is-sens ta’ stagħġib għad-don kbir tiegħu nnifsu tal-Mulej…”
Stqarr ukoll ix-xewqa tiegħu li l-Kungress jispira lill-fidili biex “iqattgħu ħin miegħu fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u fit-talb u l-adorazzjoni personali, quddiem is-Sagrament”. “Ma nistax ma nsemmix,” qal il-Papa, “l-ħtieġa li jitrawmu l-vokazzjonijiet saċerdotali, għax kif qal San Ġwann Pawlu II, ‘Ma jistax ikun hemm Ewkaristija mingħajr is-saċerdozju’”. Huwa saħaq, li “jeħtieġ is-saċerdoti, biex jiċċelebraw l-Ewkaristija Mqaddsa”.
Il-Kap tal-Knisja Kattolika sejjaħ lill-fidili biex jimpenjaw ruħhom, b’ħeġġa dejjem akbar, biex ikunu dixxipli missjunarji tal-Mulej, fid-dinja. “Fl-Ewkaristija”, qal il-Papa, “niltaqgħu ma’ Dak li ta kollox għalina, li ssagrifika lilu nnifsu biex jagħtina l-ħajja, hu li ħabbna sal-aħħar. Insiru xhieda kredibbli tal-ferħ u l-ġmiel li jbiddel il-ġmiel tal-ħajja. Evanġelju biss meta nagħrfu li l-imħabba li niċċelebraw f’dan is-sagrament, ma tistax tinżamm għalina nnfusna, imma titlob li tinqasam ma’ kulħadd”. Għal din ir-raġuni, qal, il-Ġisem ta’ Kristu, jwassalna għal imħabba qawwija u mpenjata lejn il-proxxmu, speċjalment dawk li qed ibatu, dawk li huma fil-bżonn jew għajjiena.
Waqt li ndirizza lil dawk miġbura quddiema bħala ħbieb, il-Papa rrikonoxxa, “l-Kungress Ewkaristiku Nazzjonali jimmarka mument sinifikanti fil-ħajja tal-Knisja fl-Istati Uniti”. “Jalla dak kollu li qegħdin tagħmlu,” qal il-Papa, “jkun okkażjoni ta’ grazzja għall kull wieħed minnkom, u jalla jagħti l-frott li jiggwida l-irġiel u n-nisa, madwar in-nazzjon tagħkom, lejn il-Mulej li bil-preżenza tiegħu fostna, jerġa’ jqajjem it-tama u jġedded lil ħajjitna.”
Il-Papa Franġisku temm billi afdhom f’idejn l-interċessjoni materna ta’ Marija Immakulata, assigurahom it-talb tiegħu għalihom, għall-familji tagħhom u għall-Knejjes lokali, u tahom il-barka tiegħu.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-06/pope-thanks-americans-organizing-national-eucharistic-congress.html