Fil-21 ta’ Ġunju, l-Papa Franġisku laqgħa għandu fil-Vatikan lill-President Brażiljan Inácio Lula da Silva. Din kienet l-ewwel żjara tal-President Lula fil-Vatikan minn meta reġa’ ġie elett f’Novembru 2022 biex imexxi l-pajjiż għat-tielet darba.
Wara l-laqgħa li kellu mal-President tal-Italja, Sergio Mattarella, l-President Brażiljan wasal il-Vatikan fejn iltaqa’ mal-Papa Franġisku fis-sala żgħira tal-laqgħat biswit is-Sala tal-Udjenza Pawlu VI, fejn hemmhekk qattgħu madwar 45 minuta f’diskussjonijiet fil-privat. Fl-aħħar, bejn ritratti mad-delegazzjoni u ġesti ta’ kordjalitá, sar l-iskambju ta’ rigali.
Il-Qdusija Tiegħu offrielu l-Messaġġ tiegħu għall-Jum Dinji tal-Paċi għall-2023, id-Dokument dwar il-Fraternità Umana ffirmat f’Abu Dhabi, il-ktieb dwar l-Statio Orbis tas-27 ta’ Marzu 2020, ippubblikat mill-pubblikatur tal-Vatikan LEV, u bas-riliev tal-bronż bit-titlu “l-Paċi hija fjura fraġli”. Waqt li ppreżenta l-iskultura, l-Papa Franġisku tkellem ftit kliem bl-Ispanjol fejn innota li “qegħdin fi żmien ta’ gwerra, u l-paċi hija fraġli ħafna”. L-mara tal-President offriet statwa tal-Madonna ta’ Nazarè minn Belem, il-Brażil.
Il-Kap Brażiljan imbagħad mar lejn is-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan għal taħditiet mal-Arċsqof Edgar Peña Parra, Sostitut għall-Affarijiet Ġenerali fis-Segretarjat tal-Istat. Dan peress li l-Kardinal Pietro Parolin, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, bħalissa jinsab Udine, l-Italja, għall-preżentazzjoni ta’ ktieb dwar l-Albanija. Komunikazzjoni mill-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, nnotat, li “waqt it-taħditiet kordjali, intwera sodisfazzjoni għar-relazzjonijiet tajbin bejn il-Brażil u s-Santa Sede, li enfasizza l-kollaborazzjoni tajba bejn il-Knisja u l-Istat bil-ħsieb li jiġu promossi l-valuri morali u l-ġid komuni”.
L-Uffiċċju tal-Istampa nnota wkoll l-iskambju pożittiv ta’ fehmiet dwar is-sitwazzjoni soċjo-politika fir-reġjun u li ġew diskussi temi ta’ interess komuni, bħall-“promozzjoni tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni, l-ġlieda kontra l-faqar u l-inugwaljanza, r-rispett tal-popli indiġeni, kif ukoll il-protezzjoni tal-ambjent”.
Il-President Lula nnota pubblikament li fost is-suġġetti li xtaq jiddiskuti mal-Papa Franġisku kien hemm “il-ġlieda kontra l-inugwaljanza” u l-ġlieda kontra l-ġuħ “fuq pjaneta li tipproduċi aktar ikel milli tikkonsma”. Semma wkoll li għamel stedina lill-Papa biex iżur il-Brażil għat-tieni darba, wara ż-żjara tiegħu fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Rio de Janeiro, f’Lulju 2013, l-ewwel vjaġġ appostoliku tiegħu. Il-President semma fil-midja x-xewqa tiegħu li l-Papa jirritorna għaċ-Ċírio de Nazaré, waħda mill-akbar festi Kattoliċi tal-pajjiż, li ssir kull sena f’Belém, fl-istat ta’ Pará
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-06/pope-receives-brazil-s-president-luiz-inacio-lula-da-silva.html