Il-Papa Franġisku jirringrazzja l-għajnuna umanitarja tal-Knejjes tal-Lvant għall-għajuna lill-Ukrajna, t-Turkija, l-Eritrea u l-Iran.
Il-Ħamis 22 ta’ Ġunju, l-Papa Franġisku ltaqa’ mal-membri tar-ROACO fil-Vatikan. Huwa tahom ir-rimarki ppreparati tiegħu u spjega li mhux se jkun qed jaqra d-diskors tiegħu għax għadu qed ikollu diffikultá biex jieħu n-nifs wara l-anestesija ġenerali li għamel waqt l-operazzjoni tas-7 ta’ Ġunju.
Madankollu, huwa esprima l-ferħ għaż-żjara tar-rappreżentanti tar-“Rijunjoni ta’ Aġenziji ta’ Għajnuna għall-Knejjes Orjentali” u tal-Konferenza taż-żgħażagħ tagħha li qed jagħmlu l-Assemblea Plenarja tagħhom f’Ruma u rringrazzjahom għas-solidarjetá proattiva tagħhom “li jgħinu biex jitfejjqu l-feriti bħal karezzi fuq il-wiċċ ta’ xi ħadd li qed ibati”.
“Żegħilha terġa tqajjem it-tama fost it-taqlib tal-kunflitt”.
“Intom impenjati fl-art niexfa tat-tbatija sabiex tkabbru iż-żerriegħa tat-tama”, qal il-Papa filwaqt li nnota, “Qed naħseb fl-isforzi riċenti tagħkom biex tgħinu jitfejjqu l-feriti tat-terremot fit-Turkija u fis-Sirja, fost it-tbatijiet ta’ kuljum ta’ popli dahrom mal-ħajt”. “Nittama li verament nistgħu nkomlu ngħinuhom; saru tant wegħdiet, iżda xorta għadu diffiċli li tuża sistemi bankarji normali biex tingħata l-għajnuna lill-vittmi”.
Il-Qdusija Tiegħu rringrazzjahom għall-isforzi kbar tagħhom fl-Ukrajna biex jgħinu persuni spostati internament u lir-refuġjati. “Ftit snin ilu, ridt ngħaqqad l-isforz tiegħi stess ma tagħkom f’isem dak il-pajjiż maħbub permezz tal-inizjattiva ‘l-Papa għall-Ukrajna’, u aktar tard bi proġetti oħra li huma għaddejjin”. “Iżda rrid nieħu l-opportunitá wkoll biex inħeġġeġ lil kulħadd”, kompla, “biex ma nkunux nieqsa mill-qrubija konkreta, mill-qrubija tat-talb u tal-karitá, lejn il-poplu Ukren mifni bil-gwerra”.
Il-Papa rrimarka wkoll l-attenzjoni tagħhom għall-Art Imqaddsa u lvant Nofsani, u enfasizza l-proġetti ta’ għajnuna ta’ ROACO fl-Iran, fit-Turkija u l-Eritrea. “Jalla l-ġid enormi uman u naturali li Alla ta lil dawn il-pajjiżi sbieħ jiġi użat tajjeb u jġib ftit paċi lill-abitanti tagħhom”.
Il-Papa stqarr, li fil-preżent, il-pjan ta’ Alla għall-paċi huwa mfixkel. Hu osserva li filwaqt li l-Bibbja titkellem dwar il-pjan t’Alla għall-paċi, “mill-bidu, turina wkoll il-vjolenza bejn l-aħwa: Kajjin u Abel u l-qtil ta’ persuna innoċenti”. “Kemm hu tajjeb, speċjalment għalina l-Insara,” qal il-Papa, “li nisimgħu l-Kelma Mqaddsa b’qalb miftuħa u b’hekk inħallu lilna nfusna niġu mdawla u mmexxija mhux mill-pjanijiet tagħna stess imma mill-pjan ħanin ta’ Alla, li jrid iħaddan u jsalva l-bnedmin kollha, l-aħwa kollha ta’ Ġesù!”
Il-Kap tal-Knisja Kattolika faħħar il-fokus ta’ din il-laqgħa fuq l-aspettattivi li ġejjin miż-żgħażagħ tal-Knejjes tal-Lvant, u appella lil kulħadd biex nisimgħu flimkien ix-xewqat, dawk murija u dawk “li huma miġbura f’qalbhom”. “Iż-żgħażagħ”, qal, “iridu jkunu protagonisti tal-ġid komuni, li għandhom ikunu l-‘boxxla’ tal-azzjoni soċjali”.
“Għeżież żgħażagħ preżenti, intom tgħixu f’territorji fejn ir-restawr tal-ġid komuni huwa f’kundizzjoni essenzjali għas-sopravivenza. Jalla tkunu sentinelli tal-paċi għal kulħadd, profeti li joħolmu u jħabbru dinja differenti u li m’għadhiex maqsuma!”
Il-Papa fakkar kif il-Papa Benedittu XVI, fl-Eżortazzjoni Appostolika tiegħu ‘Ecclesia in Medio Oriente’, ħeġġeġ liż-żgħażagħ “biex jikkultivaw ħbiberija vera u dejjiema ma’ Ġesù permezz tal-qawwa tat-talb”. Għall-insara, qal il-Papa Franġisku, dan huwa s-sors primarju ta’ azzjoni.
“Il-qalb minfuda ta’ Alla teħlisna mill-ħsieb tal-karitá bħala professjoni, kalkolu ta’ filantropija pura, burokrazija ta’ tjubija jew, agħar minn hekk, netwerk ta’ nteressi politiċi”, osserva l-Papa. “Hu s-Salib, is-sehem aħħari ta’ Alla fit-tbatija tal-umanitá”, qal il-Qdusija Tiegħu, “li jipprovdi lill-Insara, b’mod partikolari liż-żgħażagħ, l-awtentiċitá li qed ifittxu, l-kuraġġ li jagħtu xhieda, l-qawwa biex jagħtu xhieda li jgħelbu l-individwaliżmu u l-indifferenza, li llum hija kollha rabja, u żżid il-kompassjoni”.
Il-Papa appella għall-kompassjoni kontiwa, u qal li hija “fil-qalba tal-fidi tagħna għax turina l-imħabba ta’ Alla, li jipparteċipa bis-sħiħ fit-tbatija tal-umanitá”. Il-Papa Franġisku temm billi ġedded il-gratitudni tiegħu għas-servizz tagħhom, u tahom l-barka tiegħu u fuq il-ħidma tagħhom.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-06/pope-francis-roaco-reunion-of-aid-agencies-for-oriental-churches.html