Kors dwar ir-relazzjonijiet fil-familja -fadal l-aħħar żewġ postijiet

Print Friendly, PDF & Email

Għeżież,

Fadal żewġ postijiet għall-kors dwar ir-relazzjonijiet fil-familja li ser ikun qed jitmexxa mill-Isqof Anton Teuma fl-ewwel ġimgħatejn ta’ Lulju.

Dan il-kors jista jkun ta’ interess u għajnuna kbira għall-koppji kif ukoll għall-ġenituri/ carers/ edukaturi ta’ tfal żgħar u adolexxenti.  Jista’ jkun ukoll utli għall-persuni li jaħdmu/ jiġu f’kuntatt mal-familji/ tfal żgħar/ adolexxenti.

Il-kors jgħin lill-parteċipanti jirriflettu dwar il-familja tagħhom u jagħtihom skills siewja biex isaħħu u jsebbħu r-relazzjonijiet.

It-temi trattati waqt il-kors jinkludu:

Ir-relazzjoni ta’ bejn il-koppja

  • L-istadji fl-istorja tal-familja, mill-ġrajjiet għall-valuri
  • Il-komunikazzjoni ta’ bejn il-koppja
  • Il-koppja fi kriżi, kunflitti u kriżi familjari
  • L-imħabba matura u immatura
  • Is-sitwazzjoni preżenti tal-familja Maltija

Ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u tfal (parenting skills)

  • L-istadji tal-iżvilupp tal-ulied
  • Kif ngħinu lil uliedna fil-mixja tagħhom
  • Kif nikkoreġu lil uliedna meta jkun hemm bżonn
  • Kif inġibu ruħna ma’ wliedna adolexxenti
  • Kif ngħinu familja fid-diffikultà.

Agħti rigal lilek innifsek u lill-familja tiegħek!

Leave a Reply

%d bloggers like this: