“Bniedem veru ta’ paċi” u “mibgħut ta’ Alla” li f’din is-sena u nofs ta’ gwerra fl-Ukrajna, “fis-skiet” ħabbat kull bieb possibbli biex “iġib il-ħelsien lin-nies”, biex jipprova jgħin lin-nies, biex isalva t-tfal, jinnegozja biex iġibu l-priġunieri tal-gwerra lura d-dar. Raġel li bagħat għajnuna u anke ambulanzi fil-pajjiż, li ffaċilita l-ħolqien ta’ kurituri umanitarji u li, fl-ewwel jum tal-attakk, mar l-Ambaxxata Russa biex jikkuntattja lill-President Putin f’tentattiv biex iwaqqaf il-gwerra li kienet għada kif bdiet.
Dawn l-azzjonijiet kollha tal-Papa Franġisku li għamel wara “l-purtiera selvaġġa tal-gwerra” fl-Ewropa tal-Lvant, li Jaka Bizilj, kittieb u produttur imwieled fis-Slovenja, spjega r-raġunijiet għalfejn għażel li jagħti lill-Papa l-premju onorarju taċ-Ċinema għall-Paċi. Is-Sur Bizilj stess ippreżenta l-premju lill-Papa nhar it-Tlieta 27 ta’ Ġunju, f’Santa Marta.
Il-premju huwa marka ta’ rikonoxximent mill-organizzazzjoni internazzjonali tal-istess isem, li twaqqfet wara l-attakk tal-11 ta’ Settembru fuq it-Twin Towers bil-għan li tinfluwenza, permezz tal-films, il-perċezzjoni u r-riżoluzzjoni tal-isfidi globali soċjali, politiċi u umanitarji li jopponu l-gwerra u t-terroriżmu.
Fl-2008, twieldet il-Fondazzjoni Ċinema għall-Paċi – organizzazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta’ qligħ u li tippromwovi l-bidla u l-valuri permezz tal-films, bil-għan li tenfasizza l-inugwaljanzi u l-inġustizzji filwaqt li toffri tama u soluzzjonijiet għal futur aħjar. F’dawn l-aħħar snin, Ċinema għall-Paċi appoġġjat għadd ta’ kawżi mportanti u films li fihom ħadmu atturi u personalitajiet ta’ Hollywod bħad-Dalai Lama u Nelson Mandela.
Issa, l-Papa Franġisku rċieva dan is-“simbolu umli”, ppreżentat b’emozzjoni mis-Sur Bizilj fis-sala ta’ Santa Marta. R-Raġuni għall-premju hija l-ħidma umanitarja “unika” li twettaq mill-Isqof ta’ Ruma favur il-vittmi tal-gwerra fl-Ukrajna, ibda mit-tfal. U l-premju huwa ddedikat għat-“tfal maqtula” kollha fil-pajjiż tal-Ewropa tal-Lvant.
Filwaqt li semma l-messaġġi konstanti tal-Papa Franġisku matul dawn ix-xhur ta’ orrur, is-Sur Bizilj qal lill-Papa: “Int qed tagħti tama lil tant nies… Huwa unur daqshekk għalija li nkun nista’ nagħti dan lilek. U, miljuni ta’ nies għandhom tant tama minħabba fik u l-ġenituri kollha li tiflu lil uliedhom jemmnu li wliedhom qegħdin fis-sema. Int, qed tagħti lin-nies tant tama u aspirazzjoni”, hekk irrimarka l-fundatur ta’ Ċinema għall-Paċi.
“Int veru l-mibgħut ta’ Alla”, żied jgħid, “aħna naħsbu l’int l-aktar bniedem importanti tal-paċi fid-dinja, mhux biss eżempju għall-insara, iżda wkoll għan-nies kollha fid-dinja”.
Waqt li rringrazzja lis-Sur Bizilj għall-premju, l-Papa Franġisku, bħal dejjem, talbu biex jitlob għalih: “U inti, itlob għalija”, waqt li nsista fuq il-bżonn “qawwi” ta’ talb.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-06/pope-francis-receives-cinema-for-peace-award.html
Il-Papa Franġisku jirċievi l-premju ‘Ċinema għall-Paċi’, għall-isforzi ta’ appoġġ lill-Ukrajna.