Ir-reskritt tal-Papa Franġisku daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Lulju 2023, skont ‘Canon 120’, paragrafu 1 tal-Kodiċi tal-Liġi Kanonika, li sejjaħ għas-soppressjoni tas-Samiritan it-Tajjeb u l-Fondazzjonijijiet tal-Ġustizzja u l-Paċi u minflokhom titwaqqaf il-Fondazzjoni Van Thuân, imsemmija għall-Kardinal Vjetnamiż li miet fl-2002.
Mill-1998 sal-mewt tiegħu l-Kardinal Van Thuân kien president tal-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi ta’ dak iż-żmien. Għexieren ta’ snin qabel kien miżmum għal 13-il sena fil-ħabsijiet tal-pajjiż. Bħalissa għaddejja l-kawża tiegħu għall-beatifikazzjoni.
Fid-dokument, approvat f’Udjenza, fit-3 ta’ Lulju 2023 mal-Kardinal Michael Czerny, president tad-Dikasteru għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrali tal-Bniedem, il-Papa ddikjara wkoll li, sakemm jinħarġu statuti ġodda, l-patrimonju li baqa’ tas-Samaritan it-Tajjeb u l-Fondazzjoni Ġustizzja u Paċi, jiġu trasferiti lill-Fondazzjoni Van Thuân li għadha kif ġiet stabbilita.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-07/pope-francis-establishes-the-van-thuan-foundation.html
Il-Papa Franġisku jwaqqaf il-Fondazzjoni Van Thuân