Il-Ħajja f’Għawdex, Ġunju-Lulju 2023, No 1049

L-ewwel ħarġa ta’ dan is-sajf tar-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex fiha erba’ paġni iktar mis-soltu, b’varjetà kbira ta’ materjal għall-interess tal-qarrejja. Fost dawn hemm intervista max-xjentista minn San Lawrenz Ruben Cauchi, artiklu speċjali dwar il-100 anniversarju tal-istatwa tal-Qalb ta’ Ġesù tal-Fontana – li tidher ukoll fil-qoxra –, kif ukoll studju mirqum dwar l-oriġni tal-Kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu b’tagħrif ġdid li ħareġ minn riċerka storika.

Naqraw ukoll dwar serje ta’ drama għat-televiżjoni nazzjonali murija fl-aħħar xhur kollha bi ġrajjiet minn Għawdex. Din il-ħarġa fiha għadd ta’ poeżiji, fosthom waħda b’rabta mal-mafkar il-ġdid f’ġieħ l-Isqof Nikol Ġ. Cauchi inawgurat f’Villa Rundle.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading