“L-erba’ Kostituzzjonijiet tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II … għandhom ikomplu jorjentaw u jdawlu lill-poplu qaddis ta’ Alla …”
Dan huwa kliem il-Papa Franġisku nnifsu fl-ittra lil kiteb lill-Monsinjur Rino Fisichella u li fiha ħabbar it-tema tal-Ġublew tas-Sena 2025, Pellegrini tat-Tama.
Imma forsi jkun hemm min jistaqsi, x’għandhom x’jaqsmu dawn id-dokumenti ta’ 60 sena ilu ma’ Ġublew li għad irid jasal? L-ewwel vers tal-Kostituzzjoni Pastorali tal-Koċilju, il-Gaudium et Spes, huwa waħdu eżempju ċar.
“L-hena u t-tama, in-niket u t-tħassib tal-bnedmin tal-lum fuq kollox tal-foqra u ta’ dawk kollha li jbatu, huma wkoll il-hena u t-tama, in-niket u t-tħassib tad-dixxipli ta’ Kristu, u ma hemm ebda ħaġa li hi tassew tal-bniedem li huma wkoll ma jħossuhiex f’qalbhom.”
Nemmen li jekk il-ħidma pastorali li qed issir fil-parroċċi, fl-għaqdiet u l-movimeni, tkun imdawwla minn dan il-vers waħdu, diġà jkun sar pass kbir fid-direzzjoni t-tajba. Huwa vers, li jgħaddi kemm jgħaddi żmien minn fuqu, żgur qatt mhu ha jiġi skadut, għaliex fi kliem il-Papa Franġisku nnifsu, il-bniedem tal-lum tant għandu bżonn tat-tama.
Madankollu, qabel ma noffru tama lil dawk taħt il-kura tagħna, jeħtieġ nagħrblu sewwa jekk fina stess hemmx tama x’noffru. Forsi nista’ qatt noffrilek xi xaqq ta’ daw jekk jiena stess qiegħed fid-dlam?
——
Jekk tixtieq taqra din il-Kostituzzjoni tal-Koncilju Vatikan II fuq il-Knisja fid-dinja tal-lum, tista’ ssibha hawn …
https://www.laikos.org/vat2_gaudium-et-spes_ver2017.htm
Imbaghad hawn issib dokumentarju dwarha … https://www.laikos.org/vat2+60_doc11.htm
Imbaghad hawn issib dokumentarju dwarha … https://www.laikos.org/vat2+60_doc11.htm
Aktar dwar il-Ġublew 2025: Pellegrini tat-Tama … https://laikos.org/g2025/