Il-Ġublew u t-Tħabbira tal-Evanġelju

Print Friendly, PDF & Email

Suġġeriment ieħor mill-Konċilju biex inkunu  tassew Pellegrini tat-Tama

Fost l-erba’ kostituzzjonijiet tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II u li l-Papa Franġisku ssuġġerixxa bħala tħejjija xierqa għall-Ġublew 2025, Pellegrini tat-Tama hemm il-Lumen Gentium.  Għakemm dan huwa dokument dwar il-Knisja, madankollu t-titolu tiegħu – Dawl tal-Ġnus, meħuda mill-ewwel żewġ kelmiet tad-dokument ma jirreferux għall-Knisja, imma għal Kristu stess – dawl biex idawwal il-ġnus (Lq:2:32).

Fl-istess waqt, l-konċilju jfakkar fil-missjoni tal-Knisja li ddawwal il-bnedmin kollha bid-dija ta’ Kristu, u dan tagħmlu bit-tħabbir tal-evanġelju lill-ħolqien kollu (par 1).  Huwa propju għalhekk li fl-istess kostituzzjoni, l-isqfijiet konċiljari jirreferu għat-tama, sa wieħed u għoxrin darba.

Ma nistgħux nimxu l-pellegrinaġġ tat-tama b’ħarsitna fuqna nfusna kif spiss nistgħu nagħmlu.  Jeħtieġ nerġgħu naqbdu f’idejna l-Evanġelju u nħallu lil Kristu jkun Hu dak li jdawwlilna l-mixja tagħna.

Suġġeriment prattiku jista’ jkun li nħeġġu u nanimaw laqgħat ta’ Lectio Divina li matulhom, permezz ta’ persunaġġi mill-Evanġelju, nkunu aħna stess li nidħlu fil-ġrajja u r-relazzjoni ma’ Kristu; hekk nagħmlu l-esperjenza li għamlu huma dakinhar.

Aktar dwar il-Ġublew 2025: Pellegrini tata-Tama …

%d