Ir-Riċetta għat-Tama ta’ Paul Newman

Minn Edwards Tagliaferro

F’Mejju tal-1989 it-tfajjel Matthew Calone spiċċa kors ta’ terapija imħabba kanser.  Spiċċa għajjien, wiċċu safrani u bla xagħar.  Kien qed joqrob iż-żmien fejn it-tfal Amerikani bħalu jqattgħu minn ġimagħtejn sa erba’ f’xi summer camp.  Matthew kien imħasseb u beżgħan biex imur, għax basar li t-tfal l-oħra se joqogħdu jinkuh u jidħku bih.  Imma l-ġenituri serrħulu rasu meta qalulu li se jibagħtuh f’summer camp speċjali.  Hawn se jsib tfal oħra li bħalu qed jirkupraw minn mard serju.  Oħrajn tilfu sieq jew id. 

Waqt l-ikel, ħadd mhu se jistagħġeb  bik jekk ikollok bżonn tieħu xi mediċina jew xi pinnoli, għax kważi kulħadd se jkollu bżonn jagħmel hekk. L-anqas mhu se jiskanta xi ħadd bik jekk ikollok xi pajp ħiereġ minn imnieħrek. Dan il-Park ġie mibni apposta fil-kampanja u ħdejn għadira kbira (lake).  Il-mogħdijiet kollha tajbin għas-siġġu tar-roti. Il-faċilitajiet kollha huma mibnija  b’tali mod biex tfal ta’ kull kundizzjoni jkollhom aċċess għalihom.  F’nofs il-kamp hemm ukoll helipad fejn ikun jista’ jinżel helicopter f’każ ta’ emerġenza.  X’inhu dal-kamp maġiku?   

Huwa “The Hole in the Wall Gang Camp.”  Din kienet ideja tal-attur famuż Paul Newman.  Fl-1982, flimkien ma’ ħabib tiegħu A. E. Hotchner, waqqaf  il-kumpanija Newman’s Own Foods biex tbiegħ il-prodotti li beda joħloq Paul.  L-ewwel beda b’riċetta oriġinali ta’ salad dressing.  Meta din intlaqgħet b’suċċess kbir, kompla b’zalza tal-ispagetti, popcorn u luminata.  Paul ried li l-qliegħ kollu jmur għall-karita’.  Il-kamp kien se jiġi jiswa 22 miljun dollari. Paul investa l-ewwel 10 miljuni biex ikun jista’ jibda x-xogħol mill-aktar fis.  L-aħbar ġriet mal-Amerka kollha, u eluf ta’ nies bdew jorganizzaw maratoni ta’ ġiri, qtugħ  ix-xahar, car washes, eċċ.  B’hekk, Paul seta’ jtemm dil-opra sabiħa u jinkludi wkoll swimming pool ta’ ġewwa, mgħammra bil-heaters u lifters għal kulħadd.

Tifla bil-krozzi bdiet tibki meta missieru wassalha f’dan il-kamp u kien se jitlaq.  Qallha, “Tibża’ xejn, binti. Hawn se tagħmel ħbieb ġodda għax kollha jifhmu int minn x’hiex għaddejja bħalissa.”

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading