Il-Papa jistieden lit-tfal jgħallmu d-dinja permezz tal-ferħ u l-purità tagħhom

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa ltaqa’ mat-tfal minn madwar id-dinja fis-Sala Pawlu VI, biex jaqsam ftit mumenti ta’ ferħ u daħk waqt laqgħa bit-tema: “Ejja nitgħallmu mit-tfal”. Waqt li indirizza lill-udjenza żagħżugħa, l-Papa esprima l-gratitudni tiegħu lejn it-tfal, dawk li akkumpanjawhom, u l-organizzaturi tal-attività, fosthom il-Kardinal José Tolentino u d-Dikasteru għall-Kultura u l-Edukazzjoni, kif ukoll lil Patri Enzo Fortunato, li għamlu din l-attività possibbli. Huwa rrikonoxxa wkoll lill-familji u organizzazzjonijiet l-oħra kollha għall-kontribuzzjonijiet tagħhom biex dan l-avveniment iseħħ.

Il-Papa Franġisku beda l-indirizz tiegħu billi rrikonoxxa t-tema bħala waħda partikolari: “Titgħallmu mit-tfal?” huwa staqsa. “Mhux it-tfal huma dawk li għandhom jitgħallmu?” Huwa wieġeb għal din il-mistoqsija billi enfasizza l-importanza tat-tagħlim mit-tfal, peress li kontinwament joffru lezzjonijiet siewja lid-dinja. L-Papa ddeskriva kif it-tfal jinkorporaw is-sbuħija tal-ħajja fis-sempliċità tagħha u l-ferħ li nkunu flimkien, żewġ rigali mingħand Alla li għandhom jiġu mgħożża.

“Għandna bżonn nitgħallmu mingħandkom”, saħaq il-Papa. “Jien dejjem inkun kuntent meta niltaqa’ magħkom għax kull darba tgħallmuni xi ħaġa ġdida”. L-Papa Franġisku mbagħad ħeġġeġ lit-tfal biex flimkien iħabbru: “Il-ħajja hija rigal! Alla jħobbna! Aħna lkoll aħwa!”

Il-Qdusija Tiegħu kompla billi nnota li din il-ġabra ta’ tfal minn kull rokna tad-dinja kienet eżatt bħala għaqda mill-ġdid ta’ aħwa “f’dar kbira” li pprovda Ġesù, li tissimbolizza t-tgħanniqa tal-Knisja Universali għal kulħadd. Huwa enfasizza l-importanza li jinħoloq ambjent fejn it-tfal, ġejjin minn fejn ikunu ġejjin, dejjem iħossuhom milqugħa, maħbubin, u aċċettati.

Waqt li esprima x-xewqa tiegħu li jsellem personalment lill kull tifel u tifla, l-Papa Franġisku rrikonoxxa li minħabba n-numru kbira preżenti dan ma jkunx possibbli, iżda żgur li żgur li kliemu u l-barkiet tiegħu jiġu estiżi għal kull tifel u tifla, u permezz tagħhom, għat-tfal kollha minn madwar id-dinja.

Il-Papa Franġisku mbagħad qasam il-kompassjoni tiegħu għal dawk it-tfal li qed ibatu minħabba l-gwerra, l-ġuħ, il-mard, id-diżastri klimatiċi, u l-faqar.

Il-Papa ħeġġeġ lil dawk preżenti biex dejjem jiftakru li l-ħajja hija rigal sabiħ, li Alla jħobbhom ħafna, u li hija esperjenza sabiħa li nkunu flimkien, li nikkomunikaw, li naqsmu, u li nagħtu. Fakkarhom biex jitolbu lill-Madonna. “L-Madonna tgħinkom”, qal. “Dejjem itolbu lill-Verġni Mqaddsa Marija”.

Imbagħad il-Papa stieden lit-tfal biex jgħidu l-mistoqsijiet tagħhom stess, li kienu varjati: minn kif tieħu ħsieb l-ambjent u li jagħmlu l-ġid fid-dinja tagħna.          

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-11/pope-francis-address-children-world-paul-vi-hall-november-6.html

%d