It-Tlieta filgħaxija, l-Papa Franġisku żar is-Sala tas-Sinodu l-ġdida għall-wiri tad-dokumemtarju “Freedom on Fire: l-ġlieda tal-Ukrajna għal-libertà” minn Evgeny Afineevsky. Għal din l-attività attendew diversi membri tal-Korp Diplomatiku akkreditati għas-Santa Sede, fosthom l-Ambaxxatur tal-Ukrajna għas-Santa Sede, kif ukoll diversi mistednin Taljani u internazzjonali. Il-Papa baqa’ fis-sala sa tmiem id-dokumentarju u osserva minuta silenzju f’talb għall-vittmi tal-kunflitt.
Wara intervent qasir mid-direttur; il-Papa Franġisku indirizza lil dawk preżenti u esprima l-gratitudni tiegħu għax-xhieda tagħhom għal tali uġigħ. “Il-gwerer huma dejjem telfa”, enfasizza, filwaqt li ħeġġeġ lil kulħadd biex jibqgħu ma’ dawk li qed ibatu. Stieden ukoll lil kulħadd biex jitolbu għall-paċi.
Imbagħad il-Papa sellem individwalment lil uħud mill-mistednin u mbagħad mar lura fir-residenza tiegħu f’Casa Santa Marta.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-11/pope-francis-freedom-on-fire-ukraine-war-vatican-screening.html