VIŻTA LILL-ISKOLA TAL-ISTUDENTI CARABINIERI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Is-Sibt, 9 ta’ April 1983
1. “Ikkuntemplajna o Alla, l-għeġubijiet ta’ mħabbtek” (Psalmus responsorius Dominicae II post Pascha). Dan il-kliem, meħud mil-liturġija ta’ din il-Quddiesa prifestiva tat-tieni Ħadd tal-Għid, iqiegħed fl-atteġġjament intern ġust quddiem il-misteru paskwali, li hawn illum qegħdin niċċelebraw flimkien, u jqanqal fil-qalb ukoll sentiment ta’ ferħ, li llum ninsab hawn magħkom. Niżżikom ħajr tal-istedina u nsellmilkom bil-qalb. U jiena nixtieq, qabel xejn, nesprimi lil kulħadd il-ferħ tiegħi. Nindirizza t-tislima tiegħi lill-awtoritajiet hawn preżenti, lill-Kmandant tal-Arma tal-Carabinieri, il-Ġeneral Valditara, lill-Kmandanti tal-Iskejjel uffiċjali, sottufficjali u studenti, lill-istudenti ta’ kull ordni u grad, kif ukoll lir-rappreżentanzi tad-dipartimenti ta’ Ruma u tal-Italja, lil dawk tal-Opra nazzjonali orfni tal-Carabinieri li mietu waqt xogħlhom. Nixtieq nirriserva li nsemmi b’mod speċjali lill-Ordinarju militari u lill-Kappillani, li jipprovdu għall-assistenza tagħkom reliġjuża. Għalikom ilkoll imur il-ħsieb tiegħi rispettuż u, anzi, mimli mħabba .
Irrid ukoll ngħidilkom l-apprezzament tiegħi għall-attivita mwettqa minnkom. Huma magħrufa l-kwalitajiet li kontrajiddistingwukom: fedeltà lejn l-Istat, dedikazzjoni għad-dmir, spirtu u servizz. Dawn huma virtujiet li ġustament jirrendu popolari lill-Korp tagħkom, u li tagħhom għandkom dejjem turu ruħkom xhieda denji. Naf, madankollu, li diġa kellkom mod li tippruvawhom b’mod wiesà fl-istorja twila u glorjuża tal-Arma. Ħafna drabi, u wkoll fis-snin riċenti, il-Carabinieri ħallsu personalment, u b’ħajjithom stess, l-attakkament mal-ideal tagħhom, billi wrew b’dan il-mod altruiżmu, ġenerożità, spirtu ta’ sagrifiċċju, li f’jiemna donnhom ħaġa rari. Nieħu pjaċir, għal dan il-għan, nikkwota l-imġieba erojka tal-viċi brigadier Salvo D’Acquisto waqt it-tieni konflitt mondjali, eżempju mdawwal ta’ abnegazzjoni u ta’ sagrifiċċju, imma naf li bosta oħrajn la kienu u inqas huma inqas. Dawn huma eżempji li jiddu ‘il fuq minn kull interess partiġġjan u jimponu mhux biss rispett, imma wkoll għall-ammirazzjoni u r-rikonoxxenza ta’ kulħadd. U jien illum irrid ukoll nagħmel lili nnifsi nterpretu ta’ sentiment mifrux, billi niżżi ħajr lilkom u lill-kollegi kollha tagħkom għal dak li twettqu, billi toffru nstankabilment lilkom infuskom favur ħajja iktar sikura u iktar umana fl-għażiż Nazzjon Taljan.
2. Għeżież, ninsabu hawn illejla miġburin biex niċċelebraw liturġija tal-Ħadd, li jqiegħed lilu nnifsu mill-ġdid u eżatt wara l-Festività tal-Għid, waqt li minnha jieħu d-densità ta’ sinifikat tiegħu. U llum hija offruta lilkom ilkoll il-possibiltà għal-laqgħa paskwali tagħkom ma’ Kristu f’din is-Sena tal-Ġublew tar-Redenzjoni.
Ftit ilu tkellimt dwar dedikazzjoni u sagrifiċċju bħala kwalitajiet tipiċi tagħkom. Imma intom tafu sewwa li fiċ-ċentru fokali tal-messaġġ nisrani hemm propju s-sagrifiċċju ta’ bniedem, anzi ta’ “Bin il-bniedem”, kif isejjaħlu t-tieni qari bibbliku (Ap 1, 13), jiġifieri Ġesù Kristu, veru Alla u veru bniedem, li ħabbna u ta lilu nnifsu għalina (cf. Ef 5, 2; Gal 2, 20). Demmu kien l-istrument providenzjali tal-fidwa tagħna, tar-rikonċiljazzjoni tagħna ma’ Alla, tas-sejbien mill-ġdid tal-libertà nterna l-iktar radikali tagħna. Huwa, infatti, mar jiltaqà ma’ xortih mhux biss bħala sens tad-dover, minkejja li “għamel lilu nnifsu ubbidjenti sal-mewt u għall-mewt tas-salib” (Fil 2, 8), imma ferm iktar minħabba aċċettazzjoni libera u b’imħabba: “Wara li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom sal-aħħar” (Ġw 13, 1). Tali sagrifiċċju, imħabba simili, ma setgħetx tiġi fgata mill-mewt. Minnu ġiet għandna l-ħajja, għaliex il-ħajja kellha tittrijonfa fuq il-mewt. Is-sagrifiċċju ta’ Ġesù kien jitlob il-qawmien mill-imwiet tiegħu. Huwa għalhekk, bħalma jesprimi l-Apokalissi ta’ Ġwanni, ippreżenta ruħu quddiemna b’dak il-kliem sollenni: “Jiena l-Ewwel u l-Aħħar u l-Ħaj; jiena kont mejjet, imma issa ngħix għal dejjem” (Ap 1, 17-18). Hawn huma l-meravilji tal-imħabba ta’ Alla li, bħalma jesprimi ruħu s-Salm responsarjali, aħna msejħin biex nikkuntemplaw.
Dan kollu jinsab quddiemna mhux biss bħala eżempju biex nimitawh, bħala mudell biex nipproduċuh f’ħajjitna, ukoll jekk dan ikun diġa ħafna. Iktar minn hekk u qabel kollox, is-sagrifiċċju ta’ Ġesù huwa oriġni u kawża ta’ twelid mill-ġdid tagħna, li jikkonsisti fil-maħfra ta’ dnubietna kollha (cf. Kol 2, 13-14) u fl-għotja ta’ identità ġdida. Bħallieku konna sirna “trabi għadhom kemm twieldu” (1 Pt 2, 2). Is-sollenitajiet paskwali, għalhekk, jerġgħu jeħduna fil-waqt deċiżiv tal-Magħmudija tagħna, meta, biex nużaw il-kliem tal-Appostlu Pawlu, inżajna l-bniedem il-qadim u erġajna lbisna il-bniedem il-ġdid (cf. Kol 3, 9-10; Ef 4, 22-23) waqt li fi Kristu sirna krejatura ġdida (cf. 2 Kor 5, 17).
3.Hawn iżda titqanqal mistoqsija: dejjem jewwilla mxejna “fin-novità tal-ħajja”? (Rm 6, 4); jiġifieri dejjem konna responsabbli, fil-ħajja konkreta ta’ kuljum, ta’ dk in-novità fundamentali prodotta fina il-grazzja?
It-tweġiba qiegħda fil-kliem stess ta’ Ġesù, meta jwissina li ħadd ma jistà jitfà l-ewwel ġebla tal-innoċenza assoluta kontra kwalunkwè midneb (cf. Ġw 8, 7). Imma “tqgħmel l-Għid” tfisser tikseb dejjem mill-ġdid it-teżor bla tarf ta’ dak Alla, li huwa “għani bil-ħniena” (Ef 2, 4), u li propju fl-awtodonazzjoni ta’ Ġesù wera ruħu inekwivokabilment bħala “Alla għalina” (Rm 8, 31). Huwa biss “huwa ikbar minn qalbna u jaf kollox” (1 Ġw 3, 20). Mela, “tagħmel l-Għid” għal kull wieħed u waħda minna, bħalma naqraw fl-Ittra lil-Lhud, ifisser li nersqu “B’fiduċja sħiħa lejn it-tron tal-grazzja, biex nirċievu ħniena u nsibu grazzja u nkunu mgħejjuna fil-waqt opportun” (Eb 4, 16).
Dan kollu tassumi fina l-fidi ħajja, fl-istess ħin umli u ferrieħa, Il-Vanġelu li qrajna ftit ilu fakkarna l-episodju tan-nuqqas ta’ twemmin ta’ Tumas, Bla dubju l-atteġġjament titubanti ta’ dak l-Appostlu jiġi b’xi mod li jgħin l-indeċiżjoni tagħna stess, ladarba kien okkażjoni ta’ wirja ġdida u konvinċenti ta’ Ġesù. Quddiemu finalment huwa waqà għarkubtejh, waqt li stqarr apertament; “Mulej tiegħi u Alla tiegħi” (Ġw 20, 28). Bdanakollu Ġesù ma jfaħħarx l-ewwel atteġjament ta’ Tumas u jifformula iżda bejatitudni, li hija ndirizzata lil dawk kollha li ġew wara, għal kull wieħed u waħda minna; “Imberkin dawk li minkejja li ma jarawx jemmnu” (Gv 20, 29). Hija dan it-tip ta’ fidi li aħna hemm bżonn inġeddu, fuq il-passi tal-ġenerazzjonijiet bla numru ta’ nsara li għal elfejn sena stqarrew lil Kristu, Mulej inviżibbli, saħansitra wkoll sal-martirju. Għandhom jgħoddu għalina, bħalma kellhom valur għal oħrajn bla numru, il-kelmiet antiki tal-ewwel Ittra ta’ Pietru: “bla ma tarawh emmnu fih” (1 Pt 1, 8). Din hija fidi ġenwina; dedikazzjoni assoluta għal ħwejjeġ li ma jidhrux (cf. Eb 11, 1),u jinnobilixxu imma li għandhom il-ħila jimlew u jinnobilixxu ħajja sħiħa (cf. Lh 11, 13. 38). L-ideali li intom tipprofessaw u taqdu huma wkoll inviżibbli. Imma jekk intom minflok konċetti astratti ta’ dmir, liġi, servizz tqiegħdu lil Ġesù Kristu, allura dawk l-istess ideali jirċievu isem u intom ikollkom għan iktar biex tirregalaw ruħkom b’mod iktar ġeneruż għall-ġid tal-bnedmin ħutkom.
4. Għeżież, jalla l-laqgħa paskwali tagħkom tallum ma’ Kristu tkun għalikom ilkoll stimolu u vjatku fi triqtkom, u sors bla jaqtà ta’ qawwa, ta’ kuraġġ, fl-impenn biex twettqu l-funzjonijiet marbutin mal-istat tagħkom u, ukoll għal xhieda inċisiva nisranija. Jalla din is-Sena Mqaddsa, mibdija ftit ilu, tkun ukoll okkażjoni feliċi, li ma tonqosx, milli tikkonferma lil kull wieħed u waħda minnkom fl-impenji nsara tagħkom, li ma jkunu qatt mifruda minn tkabbir uman untegrali .
Naf bid-devozzjoni filjali tagħkom lill-Madonna “Virgo Fidelis”: lill-protezzjoni materna tagħha nirrakkomandakom ilkoll, lil ħbiebkom, lill-familjari tagħkom. U takkumpanjakom dejjem il-Barka tiegħi li għandi l-pjaċir li ngħaddilkom fi tmiem din il-Quddiesa.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.