“L-imħabba weħidha ssir servizz gratwit, l-imħabba li Ġesù għallem u ħaddan, se tressaq lill-Insara separati eqreb lejn xulxin.” Din kienet l-istedina li l-Papa Franġisku offra fl-omelija tiegħu waqt is-servizz ekumeniku fit-talba tal-Għasar li saret fil-Bażilka ta’ San Paolo Fuori le Mura.
Fi tmiem il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda tal-Insara, l-Papa ngħaqad mal-kapijiet u r-rappreżentanti ta’ diversi Knejjes għat-Talba tal-Għasar, fosthom Polikarpu Metropolitan tal-Italja, li jirrappreżenta lill-Patrijarkat Ekumeniku ta’ Kostantinopli. Bħala sinjal ta’ Għaqda Nisranija, l-Papa Franġisku u l-Arċisqof Justin Welby, Arċisqof ta’ Canterbury u mexxej tal-Anglikani, taw mandat lill-Isqfijiet tal-Knejjes Kattoliċi u dawk Anglikani, membri tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Għaqda u l-Missjoni, biex flimkien ikunu jistgħu “jagħtu xhieda tal-għaqda mixtieqa minn Alla fir-reġjuni rispettivi tagħhom”.
Fl-omelija tiegħu, l-Papa Franġisku fakkar li l-firda qatt ma tiġi minn Alla, imma biss mix-xitan. Irrifletta fuq is-silta fl-Evanġelju ta’ San Luqa (Lq 10, 25-37) li fiha studjuż tal-liġi jistaqsi lil Ġesù x’għandu jagħmel biex jiret il-ħajja ta’ dejjem. Ir-raġel jistaqsi mistoqsija oħra, wara li Ġesù afferma l-importanza li nħobbu lil Alla u lill-proxxmu: “U min hu l-proxxmu tiegħi?”
Bil-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb, Ġesù warrab il-mistoqsija li tifred li għamillu l-istudjuż, u l-Papa nnota li dak ir-raġel li ta l-għajnuna kien meqjus bħala eretiku mill-qassis u l-Levita, li naqsu milli joffru l-għajnuna lir-raġel midrub. “L-imħabba biss li ma tappellax lill-imgħoddi, biex tibqa’ ‘l bogħod jew tipponta s-saba’”, qal il-Papa Franġisku, “Hija biss din l-imħabba li f’isem Alla tpoġġi lil ħutna quddiem id-difiża tal-ħadid tal-istrutturi reliġjużi tiegħu stess, din l-imħabba li tgħaqqadna.
Minflok ma nistaqsu min hu l-proxxmu tagħna, għandna nistaqsu “Jiena naġixxi ta’ proxxmu?” qal il-Papa, filwaqt li żied li kulħadd f’din id-dinja huma ħutna. Huwa stieden lill-insara biex iqisu jekk l-ispiritwalità personali u komunitarja tagħhom hix imsejsa fl-interess personali jew fil-fraternità umana u l-koeżjoni tal-Ġisem ta’ Kristu.
Meta nduru għall-ewwel mistoqsija tal-istudjuż tal-liġi lil Ġesù – “X’għandi nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem” – il-Papa qal li San Pawl fil-konverżjoni tiegħu jistaqsi sempliċiment: “X’għandi nagħmel, Mulej?”. Diġà f’dak il-mument, Pawlu ħalla barra mill-mistoqsija tiegħu l-kwistjoni tal-wirt għax kien jaf li Ġesù kien l-uniku wirt veru tiegħu. “Jekk Alla hu t-teżor tagħna, il-pjan ta’ azzjoni ekkleżjali tagħna żgur għandu jikkonsisti f’li nagħmlu r-rieda tiegħu, fit-twettiq tax-xewqat tiegħu”, qal il-Kap tal-Knisja Kattolika.
L-isforzi tagħna biex nivvjaġġaw lejn l-għaqda Kristjana, hi li rridu nimxu fuq l-istess rotta ta’ San Pawl, billi nitbiegħdu mill-ideat tagħna stess u nagħtu lil Alla l-ispazju biex jieħu l-inizjattiva biex jikkonverti l-qalbna. “Din hi t-triq li għandna quddiemna: nimxu flimkien u naqdu flimkien, nagħtu prijorità lit-talb”, qal il-Qdusija Tiegħu. “Għax meta l-insara jikbru fis-servizz ta’ Alla u tal-proxxmu, aħna nikbru wkoll fil-fehim reċiproku”.
Bħala konklużjoni, l-Papa Franġisku qal lill-insara diġà għandhom it-tweġiba għall-mistoqsija ta’ San Pawl dwar x’għandna nagħmlu, jiġifieri t-talb. It-talb għall-għaqda, qal, “hija responsabbiltà sagra, għax tfisser li tkun f’komunjoni mal-Mulej, li talab fuq kollox lill-Missier għall-għaqda”. Hekk kif nitolbu flimkien, temm jgħid il-Papa Franġisku, l-insara m’għandhom qatt jinsew li jitolbu biex jintemmu l-gwerer, speċjalment fl-Ukrajna u fl-Art Imqaddsa. “Ejja nqumu f’isem Kristu mir-rutina għajjiena tagħna u nibdew mill-ġdid,” qal il-Papa, “għax Hu jridha ‘biex id-dinja temmen’,”
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-01/pope-francis-ecumenical-vespers-week-prayer-christian-unity.html