Ġwanni Pawlu II f’ċelebrazzjoni tas-Sena tar-Redenzjoni

ĊELEBRAZZJONI TAL-ĠUBLW SOLLENNI
TAS-SENA MQADDSA TAR-REDENZJONI MAL-ISQFIJIET TALJANI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika Vatikana – Il-Ħamis, 14 ta’ April 1983

 1. “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi . . .” (Lq 4, 18). Il-kliem tal-Profeta Iżaija li Ġesù qara fis-sinagoga ta’ Nażzaret waqt li ħabbar it-twettiq fil-persuna tiegħu, joffru lilna, għeżież ħuti, l-aħjar prospettiva li minnha niġbru kompletament, mill-ġdid għal darb’oħra, is-sinifikat u l-valur ta’ din il-laqgħa tagħna. Aħna miġbura hawn biex nistqarru b’fidi mġedda, f’isem il-Knisja kollha Taljana, li Kristu huwa l-Messija mħabbar mill-Profeti, ikkonsagrat mid-dlik tal-Ispirtu ta’ Alla, mibgħut fid-dinja mill-Missier biex jistabilixxi l-era l-ġdida u definittiva tas-salvazzjoni.

Għalhekk aħna nagħrfu, f’isimna u f’isem il-fidili afdati għall-attenzjonijiet pastorali tagħna, li kull bniedem għandu l-bżonn li jkun salvat. Nammettih jew ma nammettihx, kull esseri uman jappartieni lill-kategorija tal-foqra, tal-għomja u tal-maħqura, li dwarhom jitkellem it-test tal-profeta. Huwa għandu jagħmel il-kontijiet mal-faqar radikali tal-kundizzjoni tiegħu ta’ krejatura, magħfusa bejn limiti ta’ kull xorta; huwa wkoll għandu jteftef qalb id-dellijiet ħoxnin li jfixklu mixjietu li fuqha jgħejji l-intelliġenza tiegħu għatxana għall-verità; huwa fuq kollox jisperimenta l-irbit tqil ta’ fraġilità morali, li tesponih għall-iktar kompromessi umiljanti.

l-bniedem huwa priġunier tal-ħażin, dan nagħrfuh mingħajr ebda spekulazzjonijiet ipokriti. Fl-istess ħin, iżda, aħna nixhdu quddiem id-dinja tallum il-Ġrajja glorjuża li mmarkat il-punt tat-tidwira deċiżiva fl-istorja tal-umanità: Kristu “mogħti għall-mewt għad-dnubiet tagħna, kien irxuxtat għall-ġustifikazzjoni tagħna” (cf. Rm 4, 25). Fi Kristu Mulej, il-bniedem huwa meħlus mill-iskjavitujiet multipli tiegħu u huwa mdaħħal għall-ferħ tar-rikonċiljazzjoni ma’ Alla.

2. Dan huwa s-sens profond ta’ din is-Sena Ġubilari: wara 1950 sena mit-twettiq ta’ dik il-Ġrajja li tat mill-ġdid it-tama lid-dinja, kienet ħaġa ġusta li l-Knisja timponi ruħha b’adorazzjoni iktar qawwija bi gratitudni f’riġlejn Sidha, biex tikkontempla il-“marka tal-imsiemer” u l-ġerħa tal-“kustat” (cf. Ġw 20, 20. 25. 27) u tagħraf fid-Demm imxerred minn dawk is-sorsi divini l-“banju” li “ppurifikaha”, billi neħhielha kull “tebgħa, tikmixa jew kwalunkwè ħaġa simili” u rrendiha “qaddisa u mmakulata” (cf. Ef 5, 26-27).

Fl-aħħar minn l-aħħar kull Sena Mqaddsa ġġib magħha dan l-għarfien ravvivat tar-Redenzjoni mwettqa minn Kristu, u x-xewqa ħarxa konsegwenti li tistà dejjem tikseb b’mod iktar abbundanti mill-mewġa purifikatriċi tad-Demm imxerred minnu fuq is-Salib. Tul l-istorja, ibda mill-ewwel Sena Mqadsa tal-1300, iċ-ċelebrazzjoni ta’ dawn l-anniversarji sagri, għalkemm b’forom differenti  bejniethom, kellha dimensjoni kostanti: dik tax-xenqa għall-grazzja tal-maħfra totali bis-saħħa ta’ applikazzjoni  iktar abbundanti tal-merti tar-Redentur.

Fl-għeruq ta’ tali xenqa hemm fidi qawwija fil-ħniena nfinita, murija minn Alla fuq il-Kalvarju permezz tas-sagrifiċċju ta’ Ibnu Uniġenitu. U hemm ukoll il-fiduċja fil-“ministeru tar-rikonċiljazzjoni” (2 Kor 5, 18), afdat minn Kristu lill-Knisja tiegħu għar-riġenerazzjoni spiritwali tal-umanità. L-essenza l-iktar intima ta’ kull Sena Mqaddsa tinsab propju f’dan il-moviment spiritwali ta’ fidi u ta’ tama, li ġġiegħel lill-fidili biex jiffukaw b’momentum imġedded lejn Kristu redentur li, permezz tal-Knisja, jkompli jħoll mill-irbit tad-dnub lil dawk li għadhm miżmuma priġunieri.

3. Din hija mela, meqjumin ħuti, l-ewwel preokkupazzjoni tagħkom matul ix-xhur li ġejjin: li tħabbru bil-ferħ lill-Komunitajiet li huma afdati lilkom din is-“sena ta’ grazzja tal-Mulej” (Lq 4, 19). Terġa lura biex tidwi fuq xuftejkom il-kelma ppronunzjata minn Kristu fis-sinagoga ta’ Nażżaret. Il-ġenerazzjoni tagħna għandha bżonn li tħossha migħuda, bil-qawwa li tiġi mill-Ispirtu, il-kelma profetika tal-akkuża u tal-wegħda, il-kelma ta’ twissija u tat-tama. Għandha bżonn, b’mod partikolari, li tismà pproklamata, b’qawwa mġedda li fi Kristu “twettqet l-Iskrittura” (cf. Lq 4, 21), għaliex huwa hu s-Salvatur imħabbar minn qabel fl-orakli antiki u mistenni b’mod anzjuż, jistà jkun bla ma kienu jafu, minn kull qalb umana mtaqqla mid-dnub.

La tibżgħux twissu lill-bnedmin tallum dwar ir-responsabiltajiet morali tagħhom! Fost il-ħafna ħażen, li jnikket id-dinja kontemporanja, dak l-iktar inkwetanti huwa kostitwit minn dgħufija tal-biżà tas-sens tal-ħażin. Għal uħud il-kelma “dnub” saret espressjoni vojta, li warajha m’għandhomx jaraw il-mekkaniżmi psikoloġiċi devjanti, li jmexxuhom luraa għan-normalità permezz ta’ trattament terapewtiku opportun. Għal oħrajn id-dnub jirriduċi ruħu għall-inġustizzja soċjali, frott tad- deġenorazzjonijiet oppressivi tas-“sistema” u għalhekk dovut għal dawk li jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tiegħu.  Għal oħrajn, id-dnub, għadu, realtà inevitabbli, dovuta għall inklinazzjonijiet mhux invinċibbli tan-natura umana u mhux għalhekk attribwibbli għas-suġġett bħala responsabiltà personali. Fl-aħħarnett, hemm dawk li, minkejja li jammettu kunċett ġenwin tad-dnub, jinterpretaw b’mod arbitrarju l-liġi morali u, waqt li jiddistakkaw ruħhom mill-indikazzjonijiet tal-Maġisteru tal-Knisja, jaljenaw ruħhom b’mod servili għall-mentalità permissiva tad-drawwa kurrenti.

Il-konsiderazzjoni ta’ dawn l-atteġjamnenti differenti tirrivela kemm huwa diffiċli li tasal għal sens awtentiku tad-dnub, jekk ningħalqu għad-dawl li jiġi mill-Kelma ta’ Alla. Meta wieħed jistrieħ unikament fuq il-bniedem u fuq il-veduti tiegħu limitati u unilaterali, jintlaħqu forom ta’ “liberazzjoni” li jispiċċaw biex iħejju kondizzjonijiet ta skjavitù morali ġodda u spiss iktar gravi. Huwa meħtieġ li wieħed jerġa jqiegħed ruħu għas-smigħ tal-Kelma li biha Alla jqiegħed quddiemna “il-ħajja hija l-ġid, il-mewt hija l-ħażin” u jistedinna biex “nimxu minn triqatu, biex nosservaw il-kmandi tiegħu, il-liġijiet tiegħu u r-regoli tiegħu”, biex hekk inkunu nistgħu naslu għall-ħajja, aħna u dawk kollha li jiġu warajna (cf. Dt 30, 15 ss.).

4. Fis-sejħa mill-ġdid tal-kuxjenzi tal-fidili għal sens iktar ħaj tad-dnub aħna għandna wkoll nipproponulhom l-aħbar tal-ħniena, li Alla stqarrilna fid-don ta’ Ibnu stess. Kif nistgħu ma ninfasiżżawx, għal dan il-għan, l-eżempju eżemplari li huwa offrut lilna mill-katekeżi ta’ Pietru fid-diskorsi lill-poplu ta’ Ġesusalem u lill-membri tal-istess Sinedriju? Il-passaġġ tal-Ktieb tal-Atti, li għadna kemm smajna, jippreżentalna il-Kap tal-Kulleġġ Apostoliku fl-att tas-sejħa lill-kbarat għar-responsabiltà tagħhom fil-mewt ta’ Ġesù: “Intom qtiltuh billi dendiltuh fuq is-salib” (At 5, 30). L-akkuża tad-dnub hija bla ebda tidwir mal-lewża; imma daqstant ieħor ċara u immedjata hija l-aħbar tal-maħfra: “Alla għollih bil-leminija tiegħu billi għamlu mexxej u salvatur, biex jagħti lill-Iżrael l-grazzja tal-konverżjoni u l-maħfra tad-dnubiet” (At 5, 31).

F’din is-Sena Ġubilari hemm bżonn li nagħmlu lilna nfusna messaġġiera pertikolarment lesti tan-nuqqas ta’ sabar li bih Alla jixtieq li jkun jistà jħaddan mill-ġdid, f’Ibnu uniġenitu, lil uliedu addottivi li tbiegħdu minnu. Tistimolana għal dan il-viċinanza tas-Sinodu tal-Isqfijiet, li tulu l-Knisja se tieqaf tirrifletti, appuntu, dwar it-tema tar-Rikonċiljazzjoni u tal-Penitenza, bil-ħsieb li tesplora l-aħjar toroq li fihom tistà tiltaqà mal-umanità tallum, biex twasslilha d-don inestimabbli tal-maħfra divina, li tagħha għamilha ministra il-Mulej irxuxtat tagħha (cf. Ġw 20, 23).

Ministri tal-ħniena ta’ Alla, bħala missjoni sublimi! U liema servizz imperattiv għal tkabbir awtentiku tsal-Komunità tagħna! Dawk li jafu jerġgħu jidħlu fihom infushom iħossu infatti “il-bżonn – kif qal tant tajjeb il-President tagħkom – li tkunu maħfura biex titgħallmu taħfru, il-bżonn li nirkupraw il-ħajja divina biex inkunu difensuri u promuturi tal-ħajja fil-manifestazzjonijiet kollha tagħha u, fl-aħharnett, il-bżonn li nkunu meħudin lura fil-komunjoni mal-Missier biex inkunu bennejja ta komunjoni vera, mingħajr ebda esklużjonijiet u mingħajr ebda limitazzjoni”.

5. Bennejja ta’ komunjoni. It-terminu jqanqal t-tema li li dwarha ħadmet f’dawn il-jiem il-laqgħa tagħkom: “Ewkaristija, komunjoni, komunità”. Jiena ċert li t-test elaborat minnkom jiġbor fih ġid kbir ta’ duttrina u esperjenza, u għalhekk nafda li diversi komponenti ekkleżjali jistgħu jsibu fih indikazzjonijiet stimolanti biex jaslu li jiċċelebraw u biex jgħixu b’mod dejjem iktar xieraq il-Misteru ewkaristiku, billi waqt li jipparteċipaw fih jibnu dik il-komunjoni fil-karità, li hija r-ruħ tal-komunità ekkleżjali.

Kif tistà ma terġax tmur bil-ħsieb għal dik il-konnessjoni intima, imbuttata sal-identifikazzjoni, li s-Santi Padri raw bejn il-ġisem ewkaristiku u l-gisem mistiku ta’ Kristu? Ireġġgħu lura l-moħħna, bil-qawwa tagħhom kollha ta’ suġġesrjonijiet tejoloġiċi, l-espressjonijiet kuraġġużi li bihom Santu Wistin kien jindirizza lill-insara tiegħu: “Si ergo vos estis corpus Christi et membra, mysterium vestrum in mensa dominica positum est: mysterium vestrum accipitis . . . Estote quod videtis et accipite quod estis” (S. Agostino, Sermo 272).

Fuq il “mensa dominica” tiġġedded l-offerta sagrifikali li biha Kristu fdiena.Waqt li jieħdu sehem, l-insara taż-żminijiet kollha u tal-postijiet kollha jafu jimpenjaw ruħhom biex imexxu eżistenza sagrifikata, li grazzi għaliha jistgħu jaslu, fit-twettiq aħħari, għall-għodwa paskwali tal-qawmien mill-imwiet.

Iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika hija mmexxija mill-presbiteru “in persona Christi”, fit-twettiq tal-irwol afdat lill-Appostli fl-Aħħar Ċena: “Hoc facite in meam commemorationem” (Lq 22, 19; cf. 1 Kor 11, 26). Kif nistgħu ma nagħrfux f’dan ir-rifless tal-istruttura ġerarkika tal-Knisja, mibnija minn Kristu fuq is-sies tal-Appostli (cf. Ef 2, 20) u b’mod organiku ddifferenzjata f’ministeri distinti, għalkemm fl-għaqda tal-istess Ġisem (cf. 1 Kor 12)?

Fir-riċeviment ewkaristiku l-Ħobż jinqasam u jingħata, sabiex ilkoll jieklu b’radd il-ħajr. Fid-dawl ta’ San Pawl (1 Kor 10, 6-7), il-Knisja dejjem rat f’tali misteru ta’ komunjoni in-nixxiegħa dinamika tal-għaqda tagħha wkoll esterna, waqt li argumentat, bħala konsegwenza, l-impossibiltà li tippersevera fil-qsim tal-ikel ewkaristiku ma’ dawk li kienu qasmu is-solidarjetà sħiħa tal-istruttura komunitarja.

U fl-aħħarnett, meta Ġesù fiċ-Ċenaklu jħabbar “li ma jixrobx iktar minn frott id-dielja sal-jum li fih jixorbu ġdid fis-saltna ta’ Alla” (cf. Mk 14, 25),  jenfasizza d-dimensjoni eskatoloġħika tal-misteru ewkaristiku, dimensjoni li l-Knisja taf tajjeb li hija komponent essenzjali ta’ ħajjitha matul l-“aeon” preżenti, imqiegħda bejn id-“diġa” tal-wegħdiet imwettqa u l-“għad mhux” tar-realtajiet definittivi. Il-Knisjsa għalhekk tiċċelebra l-Ewkaristija bejn il-ġrajjiet alternanti ta’ din id-dinja li tgħaddi  (cf. 1 Kor 7, 31), bħala “aħbar tal-mewt tal-Mulej, sa ma jiġi” (cf. 1 Kor 11, 26), u ssabbar lil dawk li tul il-mixja, huma “għajjenin u maħqura” (Mt 11, 28) billi tagħtihom is-“sikurezza tal-glorja futura”.

6. Aħna wkoll, miġburin illejla f’din il-Bażilika li tgħasses il-fdalijiet tal-Appostlu Pietru, “naqsmu l-Ħobż” f’komunjoni fraterna ta’ spirtu, waqt li nipproġettaw ħarsitna tal-qalb lejn id-destinazzjoni fejn diġa waslu ħutna, u nitolbu lill-Feddej tad-dinja sabiex “jiftakar fil-Knisja tiegħu, jeħlisha minn kull deni, jirrendiha perfetta fil-karità  u jilqagħha mill-erbat irjieħ fis-saltna li ħejjilha” (cf. Didachè 10,5).

Aħna nagħrfu d-dgħufija tagħna, imma nistqarru bil-kliem tal-Liturġija: “Int, Mulej, il-qawwa tad-dgħajfin” (Psalmus responsorius) u ma nitfarrkux minħabba d-diffikultajiet li jfixklulna mixjietna, imma nxandru b’kostanza mhux ikkontestata: “Iggustaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej; imbierek il-bniedem li jistkenn fih” (Ivi).

Hija din ix-xhieda li nistedinnkom twasslu lill-fidili tagħkom, meqjuma ħuti tal-għażiża Knisja Taljana. Qatt daqs fis-Sena Mqaddsa l-poplu nisrani ma jistà jagħmel l-esperjenza ta’ “kemm hu tajjeb il-Mulej”! Waqt li tiċċelebraw l-Ewkaristija fil-komunitajiet lilkom afdati, ftakru fl-għarfien kollu tal-ħtijiet tagħkom, sabiex tkunu tistgħu tikkomunikaw lil kull wieħed il-ferħ tal-maħfra ta’ Alla u tistidnuh biex jingħaqad mal-aħwa l-oħra madwar il-“mejda tal-Mulej”, fejn fis-sehem tal-“ħobż maqsum” tinbena l-Knisja ta’ Kristu. Ippridkaw lil kulħadd din is-“sena ta’ grazzja tal-Mulej”, billi toffru lil kull raġel u mara ta’ rieda tajba l-possibiltà li jiltaqgħu ma’ Kristu u li jiskopru fl-“illum” tal-eżistenza tagħhom il-preżenza salvatriċi  ta’ Dak li fih twettqu l-Iskritturi kollha. Hekk ikun!

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb …

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading