L-Akkademja Pontifikali għall-Ħajja, dwar l-abbozz ta’ liġi Franċiża dwar l-abort: Ma jistax ikun hemm ‘dritt’ li jieħu l-ħajja umana

L-Akkademja Pontifikali għall-Ħajja espremiet l-appoġġ tagħha għall-oppożizzjoni soda li qed tieħu l-Knisja Franċiża kontra l-emenda kostituzzjonali li tagħmel lil Franza l-ewwel pajjiż li jdaħħal l-abort bħala dritt kostituzzjonali.

L-abbożż ta’ liġi propost ippreżentat mill-gvern tal-President Emmanuel Macron ġie approvat kemm mill-Assemblea Nazzjonali kif ukoll mis-Senat, u t-Tnejn wara nofsinhar ġie diskuss f’sessjoni konġunta tal-Parlament; għall-approvazzjoni finali mistennija tiegħu b’maġġoranza ta’ tlieta minn ħamsa.

It-Tnejn, l-Akkademja Pontifikali għall-Ħajja ħarġet stqarrija, fejn tenniet l-pożizzjoni mressqa mill-Konferenza tal-Isqfijiet Franċiżi li l-abort, “jibqa’ attakk fuq il-ħajja”, u ma jistax jitqies “esklussivament mill-perspettiva tad-drittijiet tan-nisa”, u ngħaqad mal-Isqfijiet fejn esprima d-dispjaċir li l-proposta “ma ssemmix miżuri ta’ appoġġ għal dawk li jixtiequ jżommu lil uliedhom”. L-Akkademja Pontifikali insistiet li “fl-era tad-drittijiet umani universali, ma jistax ikun hemm ‘dritt’ li tieħu l-ħajja umana”.

“Il-gvernijiet u t-tradizzjonijiet reliġjużi kollha”, qallet l-istqarrija, jridu “jagħmlu l-almu tagħhom biex f’dan l-istadju tal-istorja, l-protezzjoni tal-ħajja ssir prijorità assoluta, b’passi konkreti favur il-paċi u l-ġustizzja soċjali u b’miżuri effettivi għal aċċess universali għar-riżorsi, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa.”

“Is-sitwazzjonijiet partikolari tal-ħajja u l-kuntesti diffiċli u drammatiċi ta’ żmienna jridu jiġu ndirizzati bl-għodda taċ-ċiviltà legali li tħares l-ewwel nett lejn il-protezzjoni tal-aktar dgħajfa u vulnerabbli”, qalet l-Akkademja Pontifikali għall-Ħajja. “L-protezzjoni tal-ħajja, għandha tkun l-‘ewwel għan’ tal-umanità, u hija xi ħaġa li tista’ tiżviluppa biss f’vuċi dinjija ta’ kunflitt u bl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija, u l-industrija li jaqdu kemm “il-persuna umana kif ukoll il-fratellanza.”

L-Akkademja Pontifikali għall-Ħajja kkwotat lill-Papa Franġisku, fejn qal li għall-Knisja Kattolika, “d-difiża tal-ħajja mhix ideoloġija, hija realtà, realtà umana li tinvolvi lill-insara kollha, proprju għax huma Kristjani, u għax huma umani”.

“Huwa li naġixxu fuq livell kulturali u edukattiv biex tgħaddi lill-ġenerazzjonijiet futuri l-attitudni ta’ solidarjetà, ta’ ħarsien, ta’ merħba, billi nafu sew li, l-kultura tal-ħajja mhix wirt esklussiv tal-Insara, imma hija ta’ dawk kollha li, jaħdmu biex jibnu relazzjonijiet fraterni, jagħrfu l-valur ta’ kull persuna, anke dawk fraġli u li qed ibatu”, intqal fl-istqarrija.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2024-03/pav-on-french-abortion-bill-taking-a-human-life-is-not-a-right.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading