Tama Ġdida

Minn Daniel Borg

Filwaqt li t-tendenza llum tkun li niffokaw fuq l-episodju ta’ San Tumas, li ma jemminx li Ġesu kien deher lid-dixxipli, fir-Regina Caeli il-Papa jiffoka fuq l-aħħar vers tal-Vanġelu, fejn l-Evanġelista jgħidilna li permezz ta’ Ġesu’ aħna jkollna “l-ħajja f’ismu” (Ġw 20:31).

Il-Papa jgħidilna li t-triqat tal-poter u tal-pjaċir, qatt ma jistgħu jtuna l-ħajja vera. Nibqgħu ma nsibux risposta għall-ħafna aspetti fundamentali tal-ħajja tagħna bħall-imħabba, t-tbatija, l-limiti tagħna, il-mewt. Is-sejħa għall-ħajja vera, li nħossuna maħbuba mingħajr limitu, sseħħ biss permezz ta’ Ġesu. It-triqat tiegħu imma ma humiex faċli! Ġesu x’ħin jidher lid-dixxipli jurihom il-marki tal-pjagi. Imma dawn huma wkoll is-sinjali tar-rebħa tiegħu fuq il-mewt. Bħad-dixxipli fil-Vanġelu hu jagħtina wkoll l-għajnuna tiegħu permezz tal-Ispirtu s-Santu li jagħtina ħajja u tama ġdida. Ejjew inżommu ħarsitna fuq Ġesu!

Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0DeTrKWuEfD4JPSU1Tr1qduK6kj2M9sJc4tF8N7XpdKtbfmhuQXjfF1gpp6StoeNcl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading