PELLEGRINAĠĠ APOSTOLIKU Fil-POLONIA
(16-23 ta’ ĠUNJU 1983)
LITURĠIJA EWKARISTIKA F’JASNA GÓRA
GĦALL-GĦELUQ TAĊ-ĊELEBRAZZJONI ĠUBILARI
OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦU ĠWANNI PAWLU II
Czestochowa, 19 ta’ Ġunju 1983
1. “Kbir hu l-Mulej u ta’ min ifaħħru ħafna / fil-belt ta’Alla tagħna. / L-għolja qaddisa tiegħu, għolja mill-isbaħ, / l-għaxqa tal-art kollha. / Bħalma konna smajna, hekk rajna / fil-belt tal-Mulej tal-eżerċti. / fil-belt ta’ Alla tagħna: Alla bniha għal dejjem (Sal48, 2-3. 9).
B’dan il-kliem tas-Salm tal-Liturġija tallum nixtieq fuq kollox nagħti glorja lil Alla uniku. Għall-glorja ta’ Alla Etern, Missier, Iben u Spirtu Santu, għall-glorja tat-Trinità Qaddisa, il-Knisja fil-Polonja, taħt il-gwida tar-Rgħajja tagħha, tiċċelebra b’mod sollenni l-Ġublew nazzjonali, flimkien mas-600° anniversarju ta’ Jasna Gora; ilha sitt sekli preżenti fuq din il-muntanja qaddisa, il-Ġenitriċi ta’ Alla, bħala Omm u Sultana tan-Nazzjon tagħna, permezz tax-Xbiha tagħha famuża għall-grazzji maqlugħa.
Hekk hu, jiena ġejt f’pellegrinaġġ biex nagħti glorja lil Alla Etern f’dan is-santwarju nazzjonali ta’ Art Twelidi, li fih is-Sinjura stess ta’ Jasna Gora, bħala l-Qaddejja tal-Mulej, tagħti lit-Trinità Qaddisa, kull imħabba u gratitudni, dak li hi nfisha tirċievi hawn.
2. Nizzi ħajr lil Alla, li ppermettieli li nippreżenta ruħi fuq l-għetiebi tas-santwarju ta’ Jasna Gora – kif jesprimi ruħu l-poeta – “Basta tkun quddiem l-għatba, basta tieħu n-nifs, biex tieħu nifs Alla” (C. K. Norwid,Prave); li tana llum li niċċelebraw hawn is-Sagrifiċċju ewkaristiku mqaddes, li jinkuruna ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ ringrazzjament għas-sitt sekli, li issa ilhom għaddejjin sena u li ġew imtawla mill-ġdid għal dan.
Għal tali sollennità l-Knisja fil-Polonja ħejjiet ruħha għal sitt snin kif kienet diġa għamlet qabel għall-millennju tal-Magħmudija, tul disà snin, permezz tan-Novena l-Kbira.
Insellem b’mod kordjali lil dawk kollha preżenti, Kardinali, Arċisqfijiet, Isqfijiet, Saċerdoti, Familji reliġjużi rġiel u nisa; il-Pellegrini kollha: konnazzjonali jew mistednin li ġew minn artijiet oħra Flimkien magħkom, għeżież ħuti, bħala Isqof ta’ Ruma u fl-istess ħin iben din l-art Pollakka, nifraħ li nistà nagħti glorja lit-Trinità Qaddisa, billi nfaħħar lil-Omm Alla wara s-sitt sekli ta’ permanenza fil-post partikolari minnha favorit.
“Naħsbu, o Alla, fuq it-tjieba tiegħek / f’nofs it-tempju tiegħek. / Bħal ismek, o Alla, / hekk tifħirek, / sa truf l-art jasal; / il-leminija tiegħek bis-sewwa mimlija” (Sal47, 10-11).
Ġejna biex infaħħru l-ġustizzja ta’ Alla u l-ħniena tiegħek, li wrew ruħhom fl-intern ta’ dan it-tempju; u flimkien mal-kant tas-salmi ta’ tifħir tal-Liturġija, qlubna jixxennqu ma’ Marija waqt li jtennu: “Int, l-unur splendidu ta’ ġensna” (Gdt15, 9).
3. Il-Liturġija tesprimi l-misteru meraviljuż tas-santwarju ta’ Jasna Gora, l-ewwel u qabel kollox, billi tippreżentalna s-silta tal-Vanġelu ta’ Ġwanni dwar it-tieġ f’Kana tal-Galilea.
Dan it-test jitkellem dwar il-preżenza ta’ Omm Ġesù – “kien hemm Omm Ġesù –, u dwar l-istedina ta’ Ġesù stess u tad-dixxipli tiegħu. Il-ħaġa nfatti sseħħ fil-bidu tat-tagħlim ta’ Bin Marija, fil-bidu tal-attività pubblika fil-Galilea.
Il-ġrajja evanġelika ġġibilna f’moħħna, qabel kollox, il-millennju stess tal-Magħmudija. Infatti, permezz tal-ġrajja tas-sena 966, permezz tal-Magħmudija fil-bidu tal-istorja tagħna, Ġesù Kristu ġie mistieden f’Art Twelidna, kważi f’Kana Pollakka. U miegħu mistiedna, ġiet minnufih Ommu. Ġiet u kienet preżenti flimkien ma’ Binha, kif iwettqu xhieda numerużi tal-ewwel sekli tal-Kristjaneżmu fil-Polonja, u b’mod partikolari il-kantiku “Bogurodzica” (Ġenitriċi ta’ Alla).
Fis-sena1382-1383 turi ruħha mill-istorja tagħna forma ġdida ta’ dik l-istedina. Ix-xbiha ta’ Jasna Gora ġġib magħha sinjal ġdid tal-preżenza ta’Omm Ġesù. Wieħed jistà jgħid li dakinhar Kristu wkoll ġie mistieden fl-istorja tagħna b’mod ġdid. Ġie midstieden biex juri l-qawwa salvifika tiegħu, hekk kif kien għamel l-ewwel darba f’Kana tal-Galilea. Ġie mistieden sabiex l-ulied subien u bniet tal-art Pollakka jsibu ruħhom fir-raġġ tal-qawwa feddejja tar-Redentur tad-dinja.
F’Kana tal-Galilea, Marija tgħid lill-qaddejja tal-festin tat-tieġ: “Agħmlu dak li jgħidilkom” (Ġw2, 5), jiġifieri kull ma jgħidilkom, għamluh. Billi nibdew mill-1382, Marija tippreżenta ruħha quddiem l-ulied subien u bniet ta’ din l-art, quddiem ġenerazzjonijiet sħaħ, u tirripeti l-istess kliem. B’dan il-mod, Jasna Gora ssir post speċjali ta’ evanġelizzazzjoni. Il-Bxara t-Tajba takkwista hawn espressività eċċezzjonali, u fl-istess ħin l-Omm kważi tagħmilha ta’ medjatriċi. Jasna Gora ikkontribwiet fl-istorja tal-Knisja ta’ artna u fil-kristjaneżmu Pollakk tagħna kollu dawk il-fatturi materni, li l-bidu tagħhom jingħaqdu mal-ġrajja ta’ Kana tal-Galilea.
4. “Dak kollu li jgħidilkom, agħmluh”. U x’jgħidilna Ktistu? Mhux forsi qabel kollox, dak li nsibu fit-test hekk sfiq tal-ittra ta’ San Pawl lill-Galatin, li jifforma t-tieni qari tallum?
“Alla bagħat lil Ibnu, mwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, sabiex jirċievu l-addozzjoni ta’ wlied. U li intom ulied huwa prova l-fatt li Alla bagħat fi qlubna l-Ispirtu ta’ Ibnu li jgħajjat: Abba, Missier! Mela mintix iktar ilsir, imma iben; u ladarba int iben, int ukoll werriet bir-rieda ta’ Alla” (Gal4, 4-7).
Dan igħidilna Kristu, minn ġenerazzjoni għal oħra. Jgħidulna permezz ta’ dak kollu li jagħmel u dak kollu li jgħallimna. Jgħidu qabel kollox permezz ta’ dak li hu. Huwa Bin Alla – u jiġi biex jagħtina l-adozzjoni bħala wlied. Waqt li nirċievu mill-qawwa tal-Ispirtu Santu d-dinjità ta’ wlied Alla, bil-qawwa ta’ dak l-Ispirtu ngħidu lil Alla: “Missier”. Bħala wlied Alla ma nistgħux inkunu lsiera. Il-filjolanza ta’ Alla tagħna ġġib fiha l-wirt tal-libertà.
Kristu preżenti flimkien ma’ Ommu f’Kana Pollakka jqiegħed quddiemna, minn ġenerazzjoni għal oħra, il-kawża kbira tal-libertà. Il-libertà tiġi mogħtija lill-bniedem minn Alla bħala qies tad-dinjità tiegħu. Bdanakollu, fl-istess ħin, hija tiġih mogħtija bħala dmir: “Il-libertà mhix solliev, imma iktar ix-xogħol iebes tal-kobor” (L. Staff,Ecco il tuo canto). Il-bniedem, infatti, jistà juża l-libertà tajjeb jew ħażin. Jistà permezz tagħha jibni jew jeqred. Fl-evanġelizzazzjoni tav Jasna Gora hemm konvenuta s-sejħa għall-wirt ta’ wlied Alla. Is-sejħa biex tgħix il-libertà, biex tagħmel użu tajjeb tal-libertà. Biex tibni u mhux biex teqred.
Din l-evanġelizzazzjoni ta’ Jasna Gora, biex ngħixu f’libertà denja ta’ wlied Alla, għandha storja twila, ta’ sitt sekli. Marija f’Kana tal-Galilea tikkollabora ma’ Binha. L-istess ġara f’Jasna Gora. Kemm pellegrini għaddew mis-santwarju ta’ Jasna Gora tul is-sitt sekli? Kemm ikkonvertew hawnhekk, billi għaddew mill-użu ħażin għat-tajjeb tal-libertà propja? Kemm reġgħu akkwistaw d-dinjità vera ta’ wlied addottivi ta’ Alla? Kemm tistà tirrakkonta għal dan il-għan il-kappella tax-xbiha ta’ Jasna Gora? Kemm jistgħu jgħidu l-konfessjunarji tal-bażilika kollha? Kemm tistà tgħid il-Via Crucis tul il-ħitan? Kapitlu enormi ta’ storja tal-erwieħ! Din, forsi, hija d-dimensjoni l-iktar fundamentali tas-600° anniversarju ta’ Jasna Gora. Hija baqgħet u għadha tibqà fil-bnedmin ħajjin, fl-ulied bniet u subien ta’ din l-art, meta Alla jingħata fi qlubhom l-Ispirtu tal-Iben, hekk li bil-verità kollha interna jistgħu jgħajtu: “Abbà, Missier!”
5. Madankollu, l-evanġelizzazzjoni tal-libertà f’Jasna Gora għad għandha dimensjoni oħra. Din hija d-dimensjoni tal-libertà tan-Nazzjon, ta’ Art Twelidna ħielsa, mogħtija lura lid-dinjità ta’ Stat sovran. In-nazzjon ikun verament liberu meta jkun jistà jikkostitwixxi ruħu bħala komunità deċiża mill-għaqda ta’ kultura, ta’ lingwa, ta’ storja, L-istat ikun solidament sovran meta jiggverna s-soċjetà u fl-istess ħin jaqdi l-ġid komuni tas-soċjetà u jippermetti lin-Nazzjon li jitwettaq fis-soġġettività tiegħu, fil-propjs identità tiegħu. Dan jinvolvi fost oħrajn il-ħolqien ta’ kondizzjonijiet opportuni ta’ żvilupp fil-qasam tal-kultura, tal-ekonomija u f’setturi oħra tal-ħajja tal- komunità soċjali. Is-sovranità tal-Istat hija marbuta b’mod profond mal-ħila tiegħu li jippromwovi l-libertà tan-Nazzjon, jiġifieri li jiżviluppa kondizzjonijiet li jippermettulhom li jesprimu l-identità unika storika u kulturali, li jkunu jiġifieri sovrana permezz tal-Istat.
Dawn il-veritajiet elementari ta’ oriġni morali jipproponu ruħhom b’mod drammatiku fl-ispazju tas-sekli, li matulhom l-Immaġni ta’ Jasna Gora ċċertifikat l-preżenza speċjali ta’ Omm Alla fl-istorja tan-Nazzjon tagħna.
6. Il-bidu ta’ din il-preżenza jintrabat mal-perijodu tal-passaġġ taż-żminijiet tal-Piast u dawk tal-Jagelloni. Wieħed jistà jgħid li dan il-bidu jippreċedi l-perjodu l-iktar favorevoli tal-istorja tagħna: is-“seklu tad-deheb”. Illum nixtiequ wkoll nizzu ħajr għal dawn is-sekli ta’ żvilupp u ta’ prosperità kbar. L-esperjenza storika tindika, madankollu, li Marija ingħatatilna fix-Xbiha ta’ Jasna Gora qabel kollox għaż-żminijiet diffiċli.
L-aħbar ta’ dawn iż-żminijiet kienet, fis-seklu XVII, il-perjodu tad-“Dilluvju” (minna magħruf hekk tajjeb mir-rumanz Sienkiewicz). Miż-żmien; li fih Jasna Gora rreżistiet għall-pressjoni tal-Isvediżi, minn mindu wara dan Art Twelidna kollha ħelset mill-invażuri, bdiet ir-rabta partikolari tas-santwarju ta’ Jasna Gora mal-istorja dejjem iktar diffiċli tan-Nazzjon. Omm Alla ġiet ipproklamata, bil-vot ta’ Ġwanni Casimiro, is-Sultana tal-Polonja.
Mal-mogħdija taż-żmien, it-3 ta’ Mejju, marbut mat-tifkira anniversarja tal-kostituzzjoni, isir il-festa tas-Sultana tal-Polonja, ta’ Dik li “ngħatat għad-difiża tan-Nazzjon Pollakk”. Din il-kodstituzzjoni tixhed b’mod irrefutabbli r-rieda tal-konservazzjoni tal-indipendenza ta’ Art Twelidna permezz tal-promulgazzjoni ta’ riformi opportuni. Sfortunatament, kważi l-għada tal-proklamazzjoni tal-kostituzzjoni, il-Polonja ġiet imċaħħda minn din l-indipendenza, billi ċediet għall-prepotenza b’mod kontemporanju minn tlett ibnadi. B’dan il-mod kien vjolat id-dritt fundamentali tan-Nazzjon, dritt ta’ ordni morali.
Waqt il-pellegrinaġġ preċedenti f’Art Twelidi, fl-1979, għidt f’Jasna Gora li hawn, dejjem, aħna konna liberi. Huwa diffiċli li nesprimu xorta oħra dak li saret ix-Xbiha tas-Sultana tal-Polonja għall-Pollakki kollha fiż-żmien li tulu Art Twelidhom kienet imħassra mill-mappa tal-Ewropa bħala Stat indipendenti. Iva! Hawn, f’Jasna Gora straħet ukoll it-tama tan-Nazzjon u t-tensjoni perseveranti lejn l-irkuprar tal-indipendenza, espressa f’dan il-kliem: “Quddiem l-altari tiegħek inġibu talbna, Mulej, indenja ruħek li tagħtina l-Art Twelidna libera”.
U huwa wkoll hawn li tgħallimna l-verità fundamentali dwar il-libertà tan-Nazzjon: in-Nazzjon jgħib jekk jitlef l-ispirtu tiegħu, in-Nazzjon jikber meta l-ispirtu tiegħu dejjem jippurifika ruħu dejjem iktar, u ebda qawwa estera mhi kapaċi teqirdu.
7. Iffesteġġjajna l-Millennju tal-Magħmudfija meta – mis-sena 1918 – il-Polonja bħala Stat sovran sabet ruħha fuq il-mappa tal-Ewropa; iċċelebrajnieh wara l-esperjenza terribbli tat-tieni gwerra dinjija u tal-okkupazzjoni. Il-Ġublew tas- 600° anniversarju tax-Xbiha ta’ Jasna Gora hija kważi twettiq indispensabbli għal dak tal-millennju. It-twettiq tal-kawża l-kbira, ta’ kawża essenzjali għall-istorja tal-bnedmin u għall-istorja tan-Nazzjon.
L-isem ta’ din il-kawża hu: Sultana tal-Polonja.
L-isem ta’ din il-kawża hu: Omm.
Għandna sitwazzjoni ġeopolitika diffiċli ħafna. Għandna storja diffiċli ħafna, speċjalment fl-ark tal-aħħar sekli. L-esperjenzi ta’ niket tal-istorja ħarrxet is-sensibiltà tagħna fil-qasam tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tan-Nazzjon: b’mod partikolari tad-dritt għal-libertà, għall-esseri liberi, għar-rispett tal-libertà tal-kuxjenza u tar-reliġjon, tad-drittijiet tax-xogħol uman . . . Għandna wkoll ċerti dgħufijiet u difetti umani, dnubiet, anzi dnubiet gravi, li għandna nżommu kontinwament preżenti, u kontinwament ninħelsu minnhom . . .
Imma – għeżież ħuti, maħbubin kompatrijotti – minkejja f’nofs dan kollu, għandna f’Jasna Gora Omm. Din hija Omm konsideranti, kekk kif kienet f’Kana tal-Galilea. Din hija Omm esiġenti, bħal ma kull Omm tajba hija esiġenti. Din hija iżda fl-istess ħin Omm li tgħin: f’dan tesprimi ruħha l-qawwa tal-Qalb tagħha materna.
Din hija fl-aħħarnett l-Omm ta’ Kristu, ta’ dak Kristu li, biex nuża l-kliem ta’ Pawlu, tirrepeti b’mod kostanti lill-bnedmin u lill-popli; u la int iben, inti wkoll werriet bir-rieda ta’ Alla” (Gal4, 7).
8. Skont il-kontenut tal-Vanġelu tallum, nixtiequ nistiednu lil Kristu fl-iżvilupp futur tal-storja ta’ Art twelidna, l-istess kif kien mistieden, flimkien ma’ Ommu, fit-Tieġ ta’ Kana tal-Galilea. Propju dan ifisser il-Ġublew ta’ Jasna ora f’Art Twelidna. Dan huwa ż-żmien tar-ringrazzjament u fl-istess ħin iż-żmien tal-istedina.
Hekk seħħ, li dan il-Ġublew nazzjonali tagħna ta’ Jasna Gora ħabat fil-Knisja universali mal-Ġublew tas-Sena tal-Fidwa. Ejjew nerġgħu ningħaqdu mal-Fidwa tad-dinja mwettqa fuq is-Salib, matul l-1950 sena li għaddew, billi flimkien inħarsu lejn id-data li għandha tagħlaq it-tieni millennju wara Kristu fl-istorja tal-umanità, u billi ninawguraw it-tielet millennju.
U hekk hu li, f’tali kuntest storiku, nixtiequ nistiednu lil Kristu, permezz tal-Madonna ta’ Jasna Gora, fil-futur tagħna. Qabel kollox f’dan il-futur immedjat, li issa huwa nkluż fil-limiti tal-ġenerazzjoni ta’ bnedmin u tan-Nazzjon. U fl-istess ħin fil-futur iktar imbiegħed, skont ir-rieda u d-digrieti ta’ Alla Omnipotenti. Ejjew ngħidu lil Kristu permezz ta’ Marija: kun magħna f’kull żmien! U din l-istedina niddepożitawha hawn, f’Jasna Gora.
9. Ejjew inħaddnu b’ħarsitna u b’qalbna dan is-santwarju kollu: Jasna Gora, il-Kana tal-Galilea Pollakka tagħna. Ejjew naħsbu għall-futur tagħna. U l-futur jibda llum. Illum ninsabu hawn magħqudin fis-sena tal-Mulej 1983.
Illum inħarsu f’għajnejk,
o Omm!
Marija, li rajt f’Kana tal-Galilea
li “m’għandhomx iktar imbid” (Ġw2, 3) . . .
Marija!
Bdanakollu inti taf
tdak kollu li jonqosna!
Dak kollu li jweġġagħna.
Int taf t-tbatijiet tagħna,
il-ħtijiet tagħna u l-aspirazzjonijiet tagħna.
Int taf liema problemi jweġġgħu
qlub in-Nazzjon
ikkonsagrat lilek għall-millennju
“fl-iskjavitù matern tal-imħabba . . .”.
Kellem lil Ibnek!
Kellem lil Ibnek dwar l-“illum” diffiċli tagħna.
Kellem dwar l-“illum” diffiċli tagħna
lil dan Kristu,
li ġejna biex nistiednu
għall-ġejjieni kollu tagħna.
Dan il-ġejjieni jibda “illum”,
u dan jiddependi
minn kif sejkun l-“illum” tagħna.
F’Kana tal-Galilea,
meta ġie li naqsahom l-imbid,
tint għidt lill-qaddejja,
waqt li wrejthom lil Kristu:
“Agħmlu dak li jgħidilkom” (Ġw2, 5).
Tenni dan il-kliem ukoll lilna.
Ternnih dejjem!
Tennih bla ma tgħejja !
O Omm ta’ dak Kristu li hu Mulej
tas-seklu futur . . .
U agħmel iva li aħna,
f’dan l-“illum” diffiċli tagħna,
nisimgħu lil Ibnek.
Jalla nisimgħuh jum wara jum
u opra wara opra.
Jalla nisimgħuh
ukoll meta hu jgħidilna ħwejjeġ
diffiċli u esiġenti.
Għand min se nmorru?
Huwa għandu kliem ta’ ħajja eterna! (cf.Ġw6, 68).
Il-Vanġelu huwa l-ferħ tal-għeja,
u huwa fl-istess ħin l-għeja
tal-ferħ u tas-salvazzjoni.
Omm! Għinna biex ngħaddu,
bil-Vanġelu f’qalbna,
matul l-“illum” diffiċli tagħna”
lejn il-ġejjieni,
li fih stedinna lil Kristu.
Għinna biex ngħaddu matul l-“illum” diffiċli tagħna
lejn dak il-ġejjieni li fih stedinna wkoll lil Kristu,
il-Prinċep tal-Paċi.
10. Ejjew nerġgħu nħaddnu għal darb’oħra b’ħasrsitna u b’qalbna s-santwarju ta’ Jasna Gora. Ejjew nagħtu widna lill-kliem tas-Salm tal-liturġija tallum: “Duru ma’ Sijon, duru dawra magħha, / araw kemm-il torri għandha, / ħarsu lejn is-swar tagħha, / duru bir-reqqa lejn il-fortizzi tagħha, / biex ixxandru lin-nisel ta’ warajkom” (Sal48, 13-15).
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb