Minn Daniel Borg
Il-Papa jerġa’ jara l-Vanġelu tal-lum (Lq 24: 35-48) minn perspettiva differenti.
Ġesu jidher lill-appostli fiċ-Ċenaklu, hekk kif id-dixxipli ta’ Emmaus ikunu qed jgħidulhom kif dehrilhom Ġesu fit-triq u kif għarfuh fil-qsim tal-ħobż. Kuljum inkunu ibbumbardjati minn elf messaġġ, uħud tajbin, u uħud ħżiena, imma ħafna drabi nsibu diffikuta biex nitkelmu mil-laqgħa tagħna ma’ Ġesu!
Il-Papa jistaqsi kif insibu diffikulta’ biex nitkelmu fuq ħaġa daqshekk sabiħa. Mhux biex ngħallmu lill-oħrajn, imma biex naqsmu magħhom il-ferħ li ħassejna. L-istess għandna naqsmu ma’ ħutna l-esperjenza u l-mixja tagħna ta’ fidi.
Tista’ tara dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02ZwrrM8v8hCAJ8uA73KrmaoAXKXZZSNptJPKv2QfY21T8e7eJ2VW8CQn2R5ujDEqgl