Minn Daniel Borg
Il-Papa llum fl-Angelus, fis-solennita’ ta’ San Pietru u San Pawl jirrifletti fuq il-figura ta’ San Pietru, speċjalment fuq il-vers li nsibu fil-Vanġelu tal-lum: “Lilek nagħtik l-imfietah tas-Saltna tas-Smewwiet” (Mt 16,19).
L-imfietaħ jirrapreżentaw l-awtorita’, awtorita’ li trid tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Ġesu’ jiddeskrivi s-Saltna tas-Smewwiet, bħala żerriegħa żgħira, teżor moħbi f’għalqa, ftit ħmira (Mt 13, 1-33), xejn kbir, xejn li jidher minn barra! U għalhekk biex nidħlu għaliha m’għandniex bżonn ta’ affarijiet ikkumplikati, imma ta’ virtujiet, bħal paċenzja, l-umilta, l-attenzjoni lejn l-oħrajn, is-servizz.
Il-missjoni li Ġesu’ ta lil Pietru hi li jiftaħ il-bieb ta’ din is-Saltna lil kulħadd, u biex jgħin lil kulħadd jasal għaliha. Ġesu għażel lil Pietru mhux għax kien perfett. Anzi! Huwa għażlu għall-fidi sinċiera li kellhu fiH. Pietru dam ma fehem dak li ried minnu Ġesu’ imma x’ħin fehem kien ta’ servizz kif xtaqu Ġesu’.
Dan il-ħsieb tista’ ssibu wkoll fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0Aa4TokkNNq4SKFsCfHG31AaPoS9v9cbuMuH1w1sLowYG8xFaRroN8mq7hUk1penEl