Il-Ħniena u l-Mistrieħ

Minn Daniel Borg

Fil-Vanġelu tal-lum (Mk 6, 30-34) naraw lil Ġesu jistieden lill-appostli biex jistrieħu wara l-ħidma li wettqu, imma fl-istess ħin il-folla x’ħin tinduna tmur warajhom u Ġesu jkollu ħniena minnhom.

“Il-mistrieħ” u “l-ħniena” donnhom jidhru ma jaqblux ma’ xulxin, għax biex tistrieħ għandek bżonn titwarrab, u biex titwarrab trid titbiegħed mix-xogħol. Papa Franġisku fl-Angelus jgħid li dan mhux minnu. Il-Papa jgħid li kemm fil-Knisja u kemm f’ħajjitna naqgħu fil-periklu tal-attiviżmu li ħafna drabi jbegħdna mill-iktar affarijiet essenzjali: fil-Knisja li niffokaw fil-pastorali u ninsew il-ħajja interjuri, u fil-ħajja li niffokaw fuq ix-xogħol u ninsew l-persuni ta’madwarna. Il-Papa jħeġġiġna biex f’ħajjitna niffokaw fuq dak li hu essenzjali!

Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02EuoSkjhk2BXSTYFsujo6DKiyirWGCftpugYYkrGppVMwzFY5ipdqzymYSxjm78pYl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading