Riflessjoni minn Angelo Xuereb
Il-Knisja fis-6 ta’ Awissu taghmel il-festa tat-Trasfigurazjoni tal-Mulej. Xieraq li nirriflettu fuq il-messagg li taghtina u imbaghad napplikawh fil-hajja taghna.
Billi din il-festa hija ibbazata fuq silta mill-Vangeli Sinottici (Mt 17, 1-9; Mk 9, 2-10, Lq 9, 28-36), jaqbel li niehdu l-punti principali li nsibu fit-tliet rakkonti u naghtuhom tifsira teologika, biblika, u spiritwali.
It-tliet Vangeli jghidulna li Sidna Gesù Kristu tela fuq gholja. Jekk inqallbu l-Bibbja naraw li bosta interventi divini sehhew fuq muntanja. Fil-Ktieb tas-Slaten naraw li l-qaddejja tas-sultan ta’ Aram qalu dawn il-kelmiet “allat ta’ l-igbla allathom” (Sl 20, 23). Infatti Abraham tela’ fuq gholja biex jissagrifika lil Izakk; Mosè fuq il-Horeb ra s-sigra taqbad, filwaqt li Alla ta l-ghaxar kmandamenti lil Mosè fuq s-Sinaj. B’dan il-mod l-poplu Lhudi kien jara l-muntanja bhala l-post tal-presenza ta’ Alla.
Anki Gesù wettaq bosta hwejjeg fuq l-gholjiet; prietka l-Beatudnijiet (Mt 5, 1-12), ghazel it-tnax-il Appostlu (Mk 3, 13-19), tela jitlob wara l-ewwel tkattir tal-hobz (Mt 14, 23), kif ukoll offra ruhu bhala sagrificcju fuq l-gholja tal-Kalvarju. B’dan il-mod Sidna Gesù Kristu tela’ flimkien mat-tliet dixxipli tieghu, Pietru, Gakbu u Gwanni fuq il-gholja Tabor biex jittrasfigura ruhu.
It-Trasfigurazzjoni tfisser li Sidna Gesù Kristu deher b’mod specjali biex jaghmel qalb lill-Appostli qabel ma jmur ghall-passjoni, sinjal li se jirxoxta u johrog rebbieh fuq il-mewt u d-dnub. Jekk inqallbu l-Evangelji nsibu li din il-grajja sehhet bejn l-ewwel u t-tieni thabbira tal-passjoni. L-Evangelisti jiddeskrivulna lil Gesù b’dan il-mod. San Mattew jghidilna “U tbiddel quddiemhom, u wiccu idda bhax-xemx u lbiesu sar abjad bhad-dawl” (Mt 17, 2), filwaqt li San Mark jiddeskrivi l-bjuda tieghu li tfisser glorja “U lbiesu sar jiddi bil-bjuda, li l-ebda hassiel fid-dinja ma kien jista jaghmel bojod daqshom” (Mk 9, 3). San Luqa huwa daqsxejn xott fid-deskrizzjoni tat-trasformazzjoni ta’ Gesù: “Hu u jitlob, wiccu ha dehra ohra u lbiesu sar jiddi bil-bjuda” (Lq 9,29).
F’din id-dehra ta’ glorja dehru Mosè u Elija li kienu jitkellmu mieghu. Ghalhekk biex nifhmu din il-grajja rridu ngibu quddiem ghajnejna stampa b’Gesù trasfigurat u fuq naha ghandu lil Mosè u n-naha l-ohra ghandu lil Elija. U b’dan il-mod nistghu nfissru t-tifsira ta’ dawn iz-zewg persunaggi biblici.
Mosè huwa figura tal-Ligi. Jekk naqraw it-Testment il-Qadim naraw li Alla tah l-ghaxar kmandamenti kif ukoll l-ligijiet tal-poplu t’Izrael. Gesù, b’Mosè hdejh jfisser li huwa l-milja tal-Ligi. Kieku Kristu ma fdieniex b’demmu mill-jasar tad-dnub u l-mewt, kieku l-ligi kienet tkun ta’ kundanna ghalina kif jghid San Pawl fl-Ittra lir-Rumani. Il-missjoni ta’ Gesù ma kenitx li jeqred l-ligi izda li jaghtina tifsira gdida kif qal: “La tahsbux li jien gejt biex inhassar il-ligi u l-profeti; ma gejtx biex inhassar imma biex inwassalhom ghall-perfezzjoni” (Mt 4, 17). Il-persuna ta’ Elija tfisser li Sidna Gesù Kristu huwa l-milja ta’ dak li habbru l-Profeti. Huma tkellmu minn qabel fuq is-saltna messjanika filwaqt li ppruvaw jfissru l-Ligi li Alla ta’ lil Mosè ahjar, attakkaw l-ingustizzji ta’ zmienhom u b’hekk wittew it-triq ghall-Mulej. Ghal dan l-ideal huma stinkaw u batew. U proprju Elija huwa wiehed mill-Profeti l-kbar li kien mixghul b’hegga kbira ghall-Alla.
B’dan il-mod Sidna Gesù Kristu huwa l-milja tal-Ligi u l-Profeti. Izda jekk inharsu fuq il-gholja tat-Tabor naraw ukoll lil Pietru, Gakbu u Gwanni. Is-Santi Padri kienu jaraw f’dawn l-Appostli l-pedament tal-Knisja. Huma xhieda li Kristu huwa dak li kien imhabbar fir-Rabta l-Qadima kif ukoll r-ras tal-gisem mistiku li huwa l-Knisja.
Importanti li naraw l-attegjament ta’ dawn it-tlett Appostli quddiem din l-wirja hekk tal-ghageb. San Luqa jghidilna “Qabad Pietru u qal lil Gesù: “Mghallem, tajjeb li ahna hawn; ha naghmlu tlett gharajjex, wiehed ghalik, wiehed ghal Mosè u wiehed ghal Elija” (Lq 9, 5). Hawnhekk nistghu naraw kemm il-bniedem spiritwali jiehu gost bil-konsolazzjonijiet li jaghtih Alla waqt it-talb. Kif jghidulna l-awturi spiritwali, ma ghandniex nfittxu fit-talb il-konsolazzjonijiet imma lil Alla nnifsu. Izda din id-dehra hekk tal-ghageb biex taghmilhom kuragg kienet ghall ftit tal-hin biss.
Kienet esperjenza tal-ghageb li taghtihom tama u kuragg. Izda s-sejha taghhom kient ukoll li jimxu wara Kristu sofferenti u umiljat. Ghalhekk nistghu nisiltu din it-taghlima minn din il-grajja. Kultant Alla idewwaqna l-hlewwiet spiritwali biex jaghmlilna kuragg u ma naqtghux qalbna. Imma ma ghandniex norbtu qalbna maghhom u nibqghu fis-servizz tal-Mulej, anki meta dawn jghibu. In-nisrani jrid ikun lest li jimxi ma’ Kristu mhux biss fuq it-Tabor izda ukoll fuq il-Golgota.
Fil-grajja tat-Trasfigurazzjoni naraw wirja tat-tliet persuni tat-Trinità Qaddisa. San Luqa jiddeskrivi hekk din it-teofanija “ Hu u jghid hekk giet shaba li ghattiehom, u bezghu x’hin dahlu fis-shaba. Gie lehen mis-shaba: ‘Dan huwa Ibni l-mahbub, isimghuh’. U f’daqqa wahda harsu u ma raw ’il hadd izjed, hlief ’il Gesù wahdu maghhom” ( Lq 34, 34-35).
Infatti s-shaba hija simbolu ta’ l-Ispirtu s-Santu u tal-presenza divina. Naqraw fil-ktieb tal-Ezodu “Mbaghad is-shaba ksiet it-tinda tal-laqgha; u l-glorja tal-Mulej imliet it-tabernaklu. Mosè ma setax jidhol fit-tinda tal-laqgha, ghax fuqha kien hemm tistrieh is-shaba, u l-glorja tal-Mulej kienet timla t-tabernaklu (Ez 40, 34-35). Insibu wkoll fl-ewwel kiteb tas-Slaten li meta t-tempju ta’ Salamun gie kkonsagrat, shaba ghattietu; “X’hin il-qassisin hargu mis-santwarju ta’ barra, is-shaba mliet it-tempju tal-Mulej, u minhabba fiha l-qassisin ma setghux ikomplu s-servizz taghhom , ghax il-glorja tal-Mulej kienet imliet it-tempju tal-Mulej” (Slat 8, 10-11). Kienet ukoll shaba li hadet lil Gesù minn quddiem l-Appostli “Wara li qal dan, huma u jharsu lejh, kien mehud ’il fuq u shaba haditulhom minn quddiem ghajnejhom “ (Atti 1,9).
Nistghu naghmlu parallelizmu bejn il-grajja tal-Maghmudija ta’ Gesù u t-Trasfigurazzjoni, fejn sehhet il-wirja tal-Missier, ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu. Il-maghmudija taghtina l-grazzja li nimxu wara Gesù, nimxu mieghu fit-triq tas-salib kif wkoll nirxuxtaw mieghu. U proprju din hija t-tifsira tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej … sinjal li huwa se jqum minn bejn l-imwiet u fl-ahhar jum jqajjimna mieghu.
Jalla din l-festa tkun ta’ stedina ghalina sabiex nimxu wara Gesù, li huwa l-qofol ta’ kollox.